Guest Post miktub minn attivisti tal-PN magħruf minni:

Mhux bi ħsiebni noqgħod nomgħodha. Adrian Delia huwa l-akbar diżastru li l-PN seta’ qatt sab ma’ wiċċu.

L-elezzjoni ta’ Roberta Metsola u ta’ David Casa wriet li l-biċċa l-kbira tal-elettorat Nazzjonalista jinsab inkwetat bil-korruzzjoni u, b’mod aktar speċifiku, bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u t-tfittxija tal-ġustizzja għal Daphne.

Waqt li qegħdin tikkunslaw bil-fatt li Adrian Delia kien ‘wiret’ problema u tilef biss b’2000 vot aktar minn dak li tilef fl-2017, li m’inthomx tifhmu hu li hemm eluf ta’ votanti li l-biċċa ‘l kbira tal-votanti tagħkom li ma kienux jivvutaw PN li kieku ma kienx hemm l-ismijiet ta’ dawn iż-żewġ kandidati stampati fuq il-polza tal-vot. In-nies ivvutat għal dawn iż-żewġ MEPs minkejja li ma jaqblux mat-tmexxija.

Ejjew għall-grazzja tal-argument ngħidu li l-analiżi tiegħi m’hix totalment korretta u li nistgħu nassumu li nofs il-votanti Nazzjonalisti ma kinux jivvutaw PN li kieku ma kienx għal dawn iż-żewġ kandidati – bejn wieħed u ieħor dawn ikunu jammontaw għal madwar 30,000 inqas, li jfisser li tkun qed ittellaq f’elezzjoni ġenerali li fiha l-nies se tintalab tivvota biex fl-2022 Adrian Delia jsir Prim Ministru b’distakk ta’ 72,000 vot. Fl-2022 m’hu ser ikun hemm ebda raġuni jew motivazzjoni għala l-vot għandu jinxteħet favur il-PN jekk Adrian Delia jkun għadu kap tal-partit u jekk ma jkunx ġie sostitwit b’kandidat ieħor kompetenti u nadif.

Forsi jkun aħjar jekk nistennew ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali biex ikollna idea aħjar tad-distakk bejn iż-żewġ partiti u biex ma jibqgħux jivvintaw l-iskużi biex Adrian Delia iżomm postu. X’aktar li r-riżultat ta’ dawn l-elezzjonijiet se jkun ħafna aktar diżastruż għall-PN.

Nistennew u naraw.