X’tambihom il-ħbieb?

Xi żmien ilu l-editur tal-Orizzont xandar lista ta’ persuni mistmerrijin minħabba r-rabtiet – veri jew ivvintati – li kellhom mal-Partit Nazzjonalista. Il-persuni f’din il-lista l-Orizzont lestiethom għall-“forka”.

Fiż-żminijiet li qegħdinninsabu fihom, l-Orizzont qed timmira lejn persuna fil-PN – mhux biex teliminah – imma pjuttost biex tara li żgur jibqa’ f’postu.

L-Orizzont m’hix waħedha. Kulma qiegħda tagħmel hi li timxi fuq il-passi tal-kelliema tal-Partit Laburista li qed isejħu biex Adrian Delia jibqa’ jmexxi lill-PN. Hija sitwazzjoni surreali li bilkemm titwemmen għaliex b’id waħda dawn qed juruh il-ponn u bl-oħra qed jmellsuh.

L-editur tal-Orizzont illum tant ħareġ għonqu żżejjed biex jiddefendi lill-kap tal-PN li Albert Gauci Cunningham – dak li kien deher b’mod prominenti fil-posters tal-Partit Laburista – staħa. Aqraw il-post li dan tella’ aktar kmieni llum.