Araw x’qalu tliet imħallfin

By
2019-07-17T10:29:07+02:00Mon, 15th Jul '19, 19:42|

Is-sentenza li nqatgħet dalgħodu m'hi xejn ħlief dikjarazzjoni ċara dwar kemm ma jiswew xejn l-hekk imsejjħa riformi fil-ġudikatura ta' Own Bonnici. Il-gvern, permezz ta' Owen Bonnici, il-u jgħid li tal-Labour kienu saħħew l-indipendenza tal-ġudikatura permezz tal-emendi li saru fil-Kostituzzjoni fl-2016 u bil-ħolqien tal-"Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura". Il-gvern ried ibellagħha li ġaladarba l-Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura [...]

Żmaga

By
2019-07-16T12:47:03+02:00Mon, 15th Jul '19, 18:41|

Fil-paġna li għandu fil-Facebook, Frank Portelli ta' sikwit jiftħilha. Skont il-fissazzjoni l-aktar riċenti tiegħu, qalilna li huwa "jaf" li Daphne Caruana Galizia kienet titħallas — skont hu madwar miljun Ewro għalkemm ma jgħidx min ħallas miljun lil min — biex tikteb dwar ħaddieħor jew dwar xi ħaġa. Imbagħad jinfexx f'ħafna diskors misoginistiku li sar it-timbru [...]

Inkjesta li tkun tassew indipendenti

By
2019-07-15T20:04:06+02:00Thu, 11th Jul '19, 19:47|

Il-gvern fl-aħħar ċeda u ntebaħ li ma setax ikompli jirreżisti t-tnedija ta' inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan wara li għaddew 20 xahar ta' pressjoni pubblika, wara li l-familja tagħha rebħet kawża fil-qorti dwar aspett ieħor tal-klawsola in kwistjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, wara li għaddiet riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, wara li [...]

Atmosfera serena

By
2019-07-11T09:23:48+02:00Thu, 11th Jul '19, 09:23|

Agħtu daqqa t'għajn lill-intervista li Herman Grech dalgħodu għamel lil Louis Galea fuq timesofmalta.com. Hemm ħafna x'wieħed x'jixtarr dwar din il-konversazzjoni. Bi ħsiebni nitkellem fuq aspett wieħed. Louis Galea għamel trietaq mill-argument li ta' sikwit nisimgħu mingħand dawk li jaqbżu għal Adrian Delia: il-fatt li ġie “elett mit-tesserati” m'huwiex daqstant importanti. Il-biċċa l-kbira tat-tesserati huma [...]

Il-vot ta’ fiduċja li ser jittieħed fil-Kunsill Ġenerali “m’huwiex imsejjes fuq it-trasparenza u s-sewwa” – il-firmatarji

By
2019-07-15T20:02:58+02:00Wed, 10th Jul '19, 13:45|

Dawk li qed imexxu l-mozzjoni ta'' fiduċja dwar Adrian Delia qed jilmentaw fil-beraħ li s-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli qed jisfida l-ordnijiet tal-Kumitat Eżekuttiv dwar it-termini ta' riferenza tal-kunsill ġenerali li ser jissejjaħ fis-27 ta' Lulju. Laqgħa tal-Kunsill Ġenerali ssejħet wara li aktar minn 150 firmatarju talbu li din tissejjaħ. Madankollu, l-amministrazzjoni tal-Partit qalet li [...]

Strument ta’ għaqda

By
2019-07-09T16:45:53+02:00Tue, 9th Jul '19, 16:45|

Il-membri tal-Kunsill Ġeneral tal-PN ser jitlaqqgħu aktar tard dan ix-xahar sabiex jivvutaw fuq mozzjoni ta' fiduċja fil-mexxej tal-partit Adrian Delia. Il-mozzjoni, bil-mod kif tfasslet mill-mexxej innifsu, qiegħda toħloq konfużjoni sħiħa fl-imħuħ. Jidher li Delia ma jridx li l-proċess ikun wieħed nieqes mill-ambigwità. L-iktar messaġġ ovvjament kontradittorju li qed jipprova jwassal lill-Kunsilliera hu li peress li l-mexxej [...]

Il-faċċata l-oħra tal-munita

By
2019-07-10T08:56:39+02:00Tue, 9th Jul '19, 16:21|

Jista' ikollok disgħa u disgħin elf, disa' mija u disgħa u disgħin xjentist li b'leħen wieħed igħidulek li ż-żjieda katastrofika fis-sħana madwar id-dinja jaħti għaliha l-bniedem. Iżda dejjem ser issib lil xi ħadd li, jekk iżżoqqu sewwa u tagħtih l-attenzjoni li jkun ħerqan għaliha, l-fehma ta' dawn ix-xjentisti kollha jkun lest li jmeriha. Jekk fuq [...]

Lagħab karta jisimha “Louis Galea”

By
2019-07-07T10:06:02+02:00Sun, 7th Jul '19, 10:06|

Dalgħodu segwejt il-kummenti li ta' Louis Galea fuq l-istazzjoni televiżiv tal-PN dwar l-inkarigu li ngħatalu 'l bieraħ waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li fiha ġiet approvata proposta ta' Adrian Delia biex huwa jiġi mqabbad biex ifassal programm ta' riforma għall-PN. Għandi x'ingħid mhux ħażin dwar dak li seħħ il-bieraħ iżda bi ħsiebni nidħol f'aktar dettall nhar [...]

Baqa’ bir-riħa

By
2019-07-07T10:04:50+02:00Wed, 3rd Jul '19, 07:29|

Ir-rappurtaġġ tal-istazzjon nazzjonali TVM u  tal-Malta Today kien patetiku għall-aħħar x'aktarx għaliex ma kienx jum tajjeb biex wieħed isegwi l-linja tal-mezzi tax-xandir tal-Labour. Għal xhur sħaħ, tal-Labour kienu ilhom iħejju biex jiċċelebraw it-trasformazzjoni tal-"kink" tagħhom Joseph Muscat f'ikona tal-glorja Ewropea. Madankollu jidher kemmxejn stramb il-fatt li dawn ħolmu li Joseph Muscat kien se jkun saħansitra [...]

Skont Adrian Delia dan żmien tajjeb għal btala politika

By
2019-07-03T09:57:14+02:00Mon, 1st Jul '19, 18:30|

Lanqas li qiegħed iqatta' ħafna żmien f'xatt il-baħar. Adrian Delia kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta' Newsbook li staqsieħ il-għala, għal tlitt Iħdud wara xulxin, għadu ma lissinx kelma li hi kelma u ħalla l-arena politika esklussivament f'idejn Joseph Muscat. Dawn l-attivitajiet politiċi ta' kull nhar ta' Ħadd tan-Newsbook isejħulhom "tradizzjonali" u d-diskorsi li jagħmlu l-mexxejja [...]

Go to Top