Carlo Bonini, ġurnalist ma’ La Repubblica u msieħeb fid-Daphne Project, John Sweeney li kien jippreżenta BBC Newsnight u Panorama u jien flimkien ktibna ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Daphne Caruana Galizia: dwar ħajjitha u dwar ix-xogħol tagħha, l-assassinju tagħha u x’seħħ minn dakinhar ‘l hawn.

Min jirrakkonta l-istorja ta’ Daphne jkun qed jirrakkonta l-istorja ta’ Malta.

F’dawn l-aħħar sentejn, għamilt ħilti mill-aħjar li nista’ biex nipprova nifhem dak li seħħ f’pajjiżi u r-raġuni għaliex seħħ. Anki issa – speċjalment issa – għandi aktar mistoqsijiet milli għandi tweġibiet. U m’hemm ebda raġuni il-għala għandi nieqaf milli nkompli nagħmel il-mistoqsijiet.

Kif kien igħallem Sokrate, l-aħjar mod li bih wieħed ikun jista’ jifhem kwistjoni huwa billi jittanta jispjegaha lil ħaddieħor.

Tifhmunix ħażin: il-qtil ta’ ġurnalista ma jista’ qatt joħroġ xejn pożittiv minnu. Qtil bħal dan ma joħloq xejn ħlief weġgħat, biża’ u disperazzjoni. Hu minn ewl id-dinja li nħossu dawn l-emozzjonijiet.

Iżda kif darba kitbet Daphne, f’perijodu diffiċli għaliha, meta kienet għadha mimlija bil-għomor, taħdem u tipprova tispjega dak kollu madwarna li ma jistax jiġi spjegat “il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-qerda tas-saltna tad-dritt jeħtieġ li titkompla”.

Fl-aħħar erba’ xhur ta’ ħajjitha, jien kont ippruvajt nassorbi t-tagħlimiet li tatni. Għalija dan kien privileġġ li tatni u li ma kienx jistħoqqli.

Minn dakinhar ‘l hawn, qrajt u erġajt qrajt bosta mill-kitbiet tagħha. Meta taqra’ l-blog ta’ Daphne għall-ewwel darba, tintebaħ bl-istejjer li kienet kixfet u l-kummentarji li kkomponiet.  Iżda meta terġa’ taqra l-kitbiet tagħha, tista’ tapprezza aktar il-metodu, l-għerf u il-ġudizzju li huma s-sisien tax-xogħlijiet tagħha.

Kelli wkoll il-privileġġ li nsir naf ġurnalisti bravi minn madwar id-dinja li ġew f’pajjiżna bil-għan li jippruvaw jifhmu l-istorja ta’ Daphne u biex imbagħad ikunu f’pożizzjoni li jirrakkuntawha lit-telespettaturi u lill-qarrejja tagħhom. Fost dawn hemm Carlo u John. Ma’ dawn ingħatatli l-opportunità li naħdem magħhom fil-produzzjoni ta’ dan il-ktieb.

Biex stajt inlesti l-ktieb kelli nnaqqas il-kitbiet tiegħi fil-blog li okkupa l-ħin tiegħi għal dawn l-aħħar sentejn. Aħfruli talli għal xi żmien kelli nnaqqas il-kitbiet tiegħi iżda naħseb li taqblu miegħi li din kienet għażla f’waqtha.

Il-ktieb mistenni joħroġ għall-bejgħ fl-14 ta’ Ottubru. Dan il-ktieb, l-istess bħal dan il-blog, sar b’dedika lil Daphne. Madankollu din id-darba, x-xogħol qsamtu ma’ żewġ kittieba ta’ esperjenza u ta’ ħila kbira.

Għamilna ħilitna biex niktbu ktieb b’tifkira ta’ Daphne.

It-tlieta li aħna nafu li, l-għada li jixxandar il-ktieb, ‘il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-qerda tas-saltna tad-dritt jeħtieġ li titkompla’.

Nirringrazzjakom tal-paċenzja li ħadtu bija. Nittama li l-paċenzja tagħkom tkun ġustament ippremjata.