Joseph Muscat qed igħid li ma jaqbilx mal-għoti tal-immunità sħiħa jew parzjali lix-xhieda biex dawn ikunu jistgħu jikxfu l-verità.

Tkellem ukoll dwar l-esperjenzi tal-imgħoddi u stenna li kulħadd kien ser jiftakar li Meinrad Calleja ma kienx instab ħati ta’ attentat ta’ omiċidju minkejja l-fatt li Joseph Fenech — magħruf bħala Żeppi l-Ħafi — kien ingħata l-immunità biex ikun jista’ jixhed kontra tiegħu.

M’għandniex xi ngħidu, Joseph Muscat mhux ser joqgħod ifakkarna fil-kampanja qalila li l-eks imgħallem tiegħu Alfred Sant kien għamel sabiex jassigura li l-moħħ wara l-attentat ta’ qtil tal-assistent personali tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, Richard Cachia Caruana jibqa’ ma jħallasx ta’ għemilu. Meinrad Calleja kien il-mimmi t’għajnejn il-Partit Laburista kemm qabel ġie mixli b’attentat ta’ qtil kif ukoll anki fiż-żmien li għamel il-ħabs wara li kien instab ħati ta’ traffikar ta’ droga.

Qabel Daphne Caruana Galizia, l-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana kien l-ewwel attentat ta’ qtil politiku li qatt seħħ f’Malta. Meinrad Calleja kien magħruf li jittraffika d-droga u kien intbagħat il-ħabs fl-Italja u aktar tard, f’Malta.

Meta oħt Calleja kienet inqabdet b’ammont kbir ta’ drogi fil-pussess tagħha, missier Meinrad Calleja u missier kien il-Kap tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Dak iż-żmien, ħaġa bħal din ċertament ma kinitx meqjusa bħala sitwazzjoni aċċettabbli u l-Prim Ministru kien ġiegħel lill-Kap tal-Armata jirriżenja.

Meinrad Calleja kien waħħal f’Richard Cachia Caruana għall-umiljazzjoni li kien għaddha minnha missieru. M’għandniex xi ngħidu, Calleja ma waħħalx fih innifsu talli nqabad jittraffika d-droga u qabbad lil Joseph Fenech flimkien ma oħrajn biex joqtlu lil Richard Cachia Caruana.

hu u jirritorna lejn daru tard bil-lejl, Richard Cachia Caruana qala’ daqqa sikkina f’dahru. B’xorti tajba ma nqatilx u rnexxielu jitlob għall-ajjut.

Joseph Fenech kien l-uniku bniedem li kien jaf min kien il-moħħ wara l-attentat ta’ qtil u kien ingħata l-immunità biex jixhed kontra Meinrad Calleja u kontra l-kompliċi tiegħu. Wieħed mill-konpliċi kien ammetta l-ħtija qabel beda’ l-ġuri u ntbagħat il-ħabs. Il-kompliċi l-ieħor qal li ma kienx ħati u kellu bħala avukat difensur waqt il-ġuri lil Anġlu Farrugia – ġuri li taħ biżżejjed popolarità li wasslitu biex aktar tard ġie elett bħala deputat mexxej tal-Labour. Għaliex f’fan l-imbierek pajjiż jekk tiddefendi lil xi ħadd li ipprova joqtol Nazzjonalist, dlonk issir eroj Laburista.

Tal-Labour kienu niedew kampanja politikament feroċi: riedu lin-nies temmen li Joseph Fenech b’xi mod kien qed iservi l-interessi tal-gvern minkejja l-fatt li kien perċimes fl-attentat ta’ qtil tal-assistent personali tal-prim ministru.

Kienet kampanja Laburista li ħadmet kif kienu xtaqu. Il-kompliċi li kien iddikjara li ma kienx ħati ġie liberat u dan minkejja l-fatt li fil-post fejn sat l-attentat kieni nstabu l-fingerprints tiegħu. Meinrad Calleja kien ġie liberat ukoll.

Dwar dan l-episodju ried ifakkarna Joseph Muscat.

Iżda Joseph muscat kien messu wkoll tkellem dwar il-każ l-ieħor ta’ George Farrugia li kien fiċ-ċentru ta’ ‘skoperti’ minn Manuel Mallia u mill-Malta Today lejlet l-elezzjoni tal-2013 li fihom tal-Labour ippruvaw kemm felħu li jitfgħu d-dellijiet fuq ministri tal-gvern – b’mod partikolari fuq Austin Gatt – biex iġegħlu lin-nies temmen li kienu mdaħħlin fl-iskandlu tat-tixħim fix-xiri taż-żejt. Dak iż-żmien jien kont naħdem fil-ministeru ta’ Austin Gatt.

George Farrugia nnifsu kien għadda rigali lil uffiċjali tal-Enemalta u kien il-persuna li kien jaf bit-tixħim u l-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien John Rizzo – l-istess Rizzo li kien tefgħa prim imħallef u żewġ imħallfin il-ħabs minħabba tixħim – u l-avukat ġenerali Peter Grech kienu talbu lill-prim ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi biex japprova l-għoti tal-immunità lil George Farrugia sabiex b’hekk dan ikun f’pożizzjoni li jikxef l-istorja kollha.

Lawrence Gonzi aċċetta mill-ewwel minkejja l-fatt li kien jaf li George Farrugia seta’ jinkrimina Ministri tal-gvern tiegħu dwar korruzzjoni. Kif jaf kulħadd, George Farrugia kien ikkonferma li ma kien hemm ebda ministru mdaħħal fit-tixħim fix-xiri taż-żejt.

Li hu mportanti huwa l-fatt li, qabel approva l-għoti tal-immunità lix-xhud skond id-diskrezzjoni li kellu, Lawrence Gonzi ma qgħadx iwieżen biex jara din l-immunità kif kienet ser teffettwaħ politikament. Jien jidhirli li mhux sewwa li l-prim ministru għandu din id-diskrezzjoni. Iżda li hemm agħar huwa l-fatt li Joseph Muscat qed jabbuża mis-setgħat li għandu biex iservi l-interessi politiċi u forsi wkoll l-interessi personali tiegħu.

Infakkar li fl-2014, kienet ingħatat l-immunità lil kull min ammetta li xaħħam lill-impjegati tal-Enemalta biex jitbagħbsu l-meters tad-dawl. Min ixaħħam huwa ħati ta’ reat kriminali daqs min jaċċetta t-tixħim. Iżda skont il-mentalità partiġġjana tal-Labour, negozjanti u sidien ta’ djar li setgħu kiluha talli xaħħmu lil uffiċjali tal-Enemalta kien ifisser telfien ta’ voti. Dan kien il-mod li bih rraġuna il-gvern ta’ dak iż-żmien, b’Owen Bonnici fuq quddiem: li dawk li xaħħmu u ammettew li xaħħmu kienu fil-fatt “whistleblowers” u allura kellhom jingħataw l-immunità biex jixhdu kontra l-uffiċjali tal-Enemalta.

Dan ifisser li biex isib tarf is-serq tad-dawl, Joseph Muscat ma ħasibhiex darbtejn biex jippermetti l-għoti tal-immunità.

Iżda biex isib tarf l-assassinju politiku ta’ Daphne Caruana Galizia, f’daqqa waħda sar “xettiku”.

Dan kien qal li kien ser jagħmel “minn kollox” biex isib tarf dan id-delitt.

Il-verità hi li Joseph Muscat jinsab imwerwer li ż-żejt ser jitla’ f’wiċċ l-ilma u jinkixfu xi għawwar.