Illum ixxandru stejjer dwar wieħed mir-reati politiċi l-aktar serji li seħħ f’Malta. Illum is-Sunday Times of Malta tikkwota għejjun mill-investigazzjoni li hemm għaddejja li jikkonfermaw li “Daphne inqatlet minħabba x-xogħol li kienet qegħda tagħmel”. Jeżistu provi li l-investigazzjoni nżammet lura apposta minħabba l-indħil tal-gvern.
U minkejja dan, l-uniku politiku li qed jagħmel mistoqsijiet pertinenti lill-gvern huwa membru parlamentari Olandiż.
M’hemmx għalfejn noqgħodu nanalizzaw ir-riżultat tas-sondaġġi li xxandar kull xahar il-Malta Today. Kull xahar qed ikollna riżultat identiku.
Fejn hi l-Oppożizzjoni? Baqgħet rieqda? Jew tinsab implikata? Tal-PN għandhom l-istess ħeġġa li għandhom tal-Labour biex f’dan il-każ tinkixef il-verità?