Il-ġurnal ewlieni Ġermaniż Die Welt kellu kliem iebes dwar dak li qed iseħħ f’Malta bħalissa: “Kif rajna f’dawn l-aħħar ġranet, Malta saret stat tal-mafja. Din hi kwistjoni ta’ mistħija għall-Ewropa. Issa jmiss li jintervjenu l-istituzzjonijiet Ewropej li ilhom jagħlqu għajnejhom għax-xkiel f’Malta lis-saltna tad-dritt u lil-libertà tal-istampa.”

Tim Roehn kiteb f’Die Welt taħt it-titlu “Metodi tal-Mafja – fil-qalba tal-Unjoni Ewropea”.

Tistgħu ssibu l-artiklu (bil-Ġermaniż) hawn.

Il-mistħija ta’ Malta saret il-mistħija tal-Ewropa. “X’aktarx li ftit jeżistu pajjiżi madwar id-dinja fejn il-kap tal-gvern jista’ jibqa’ ggranfat mas-setgħa f’sitwazzjoni bħal din. F’Malta, l-prim ministru Muscat b’mod kategoriku qed jirrifjuta li jwarrab.”

L-unika ħaġa li jeħtieġ li nagħmlu sabiex ninħallu minn mar-reputazzjoni ta’ pajjiż mafjuż hi li nitbiegħdu minnha.

Permezz tal-protesta tal-lejla nistgħu nuru lill-ġurnalisti minn madwar id-dinja li l-Maltin mhumiex mafjużi.