Pieter Omtzigt, ir-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, illum għamel tweet dwar il-kunflitt ta’ interess sfaċċat ta’ Joseph Muscat li qed jippreżenta ruħu bħala l-kap investigatur tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u bħala l-persuna li waħdu għandu l-jedd li jiddeċiedi dwar l-għoti ta’ maħfriet presidenzjali li jistgħu ikollhom effett ħażin fuq il-kabinett tiegħu stess.
Imħasseb dwar dak li qed iseħħ f’Malta.
Min qed imexxi l-investigazzjoni: il-PM Muscat?
Min jiddeċiedi jekk dak li kixef Theuma ħaqqhux maħfra: il-PM?
X’inhi r-raġuni li jum minnhom dak li kixef Theuma kien ħaqqu l-maħfra,u l-għada l-PM stqarr li l-maħfra ma kienx hemm il-ħtieġa tagħha biex ġie arrestat Fenech?
(1)— Pieter Omtzigt (@PieterOmtzigt) November 22, 2019
Omtzigt kompla jgħid “Is-suspetti ta’ interessi personal u politiċi huma qawwijin ħafna, u l-influwenza potenzjali tal-Prim Ministru ta’ Malta fuq is-sistema ta’ ġustizzja kriminali hi kbira wisq.”