Ir-rivista ewlenija Ġermaniża li x’aktarx hi wkoll l-aqwa rivista fl-Ewropa, Der Spiegel xandret artiklu dettaljat dwar is-sitwazzjoni f’Malta. Tistgħu taqrawħ hawn bl-Ingliż. Din l-ġejja hi kwotazzjoni qasira:
“F’Malta mhuwiex faċli li titkellem mal-Maltin dwar il-politika. F’pajjiż li għamel 150 sena bħala kolonja tar-Renju Unit, hemm qasma kbira bejn iż-żewġ naħat politiċi: jew int segwaċi tal-Partit Laburista jew inkella tal-Partit Nazzjonalista. Din is-sitwazzjoni tfakkrek f’dawk li huma segwaċi tal-isport li jsegwu l-iskwadra tagħhom skond kif dejjem segwewha tul is-snin skond ir-razza. Il-politiċi li ssegwi dejjem għandhom raġun u għandhom jitħarsu minn kull attakk. Għaldaqstant, wara numru ta’ arresti u ta’ akkużi ta’ barra minn hawn, nhar it-Tnejn numru ta’ partitarji Laburisti nġabru quddiem il-kwartier tal-partit biex juru solidarjetà mal-mexxejja tagħhom”.