GUEST POST: Fhimtek sew, Joe?

By
2019-12-02T13:22:00+01:00Mon, 2nd Dec '19, 12:39|

Mela. Ara fhimtekx sew Joseph. Int kont lest biex tagħti proklama lil min kien labranzetta ma' Keith Schembri, iċ-chief of staff tiegħek, ġewwa Kastilja, imma ma kontx komdu tirrakkomanda maħfra, jew għall-inqas plea bargaining, biex titnaqqas is-sentenza, ta' min kien qiegħed jallega illi l-mandant u allura l-mastermind wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kien Keith [...]

Infakkru x’kien kiteb Joseph Muscat: “Il-Partit Laburista ma jistax jerġa’ jgħix l-imgħoddi tiegħu”

By
2019-12-02T12:29:37+01:00Mon, 2nd Dec '19, 12:29|

L-aħħar darba li ktibt dwar dan kien f'April 2018. Jeħtieġ li lil Joseph Muscat infakkruh dwar iż-żgħożija idealista li kellu. Rajna b'għajnejna wħud mill-manigoldi li qaflu lill-ġurnalisti f'Kastilja. L-istil li għażel għad-diskors tiegħu "lin-nazzjon" il-bieraħ filgħaxija fakkar li dawk li għandhom ċerta età fit-tensjoni li kienu jħossu kull darba kienu jisimgħu l-innu nazzjonali bħala introduzzjoni [...]

Iridu jibqgħu jerdgħulna demmna

By
2019-12-02T12:28:47+01:00Mon, 2nd Dec '19, 08:22|

Konrad Mizzi qed jippretendi li jerġa' jiddaħħal fil-kabinett biex jibqa' jgawdi mill-immunità mhux biss mill-investigazzjonijiet iżda anki mill-prosekuzzjoni u biex ikompli jgawdi wkoll mill-korruzzjoni tar-roadmap li kien ippropona biex jerdagħlna demmna permezz tal-għajta leġġendarja "shame on you, minister". Lil Joseph Muscat kitiblu ittra mimlija mħabba u kitiblu li "jħobbu -- il-proġett tagħna ser jissokta". Kieku [...]

Lill-prim ministru l-ġdid, il-mafja trid tagħżlu hi

By
2019-12-02T12:27:22+01:00Mon, 2nd Dec '19, 08:07|

Il-kriżi kostituzzjonali li ninsabu fiha kompliet tiħrax il-bieraħ. Il-Partit Laburista ħareġ stqarrija dwar il-laqgħa li saret fil-Girgenti tal-grupp parlamentari tal-Labour. Din l-istqarrija qalet li l-grupp għandu fiduċja sħiħa u f'Joseph Muscat. Dan huwa politikament problematiku u dubjuż. Nibdew biex, għandna sitwazzjoni li fiha ċ-chief of staff tal-mexxej għamel attentat ta' frame up fuq ministru Laburista [...]