Fejn huma l-mexxejja?

By
2019-12-29T22:56:15+01:00Sat, 28th Dec '19, 10:02|

Jekk għandu jkun hemm bidla, jeħtieġ li nifhmu sewwa x'kwalità ta' bidla għandu jkun hemm. Il-ħsara li l-ħallelin wettqu lil Malta matul dawn l-aħħar 6 snin m'hi xejn ħlief delitt kriminali kontra l-istorja tagħna, kontra r-rispett li konna ngawdu mal-bqija tad-dinja, kontra l-identità tagħna bħala nazzjon u kontra soċjetà tagħna li hi "bażata fuq ix-xogħol". [...]

Din m’hix ġustizzja. Fil-5 ta’ Jannar nerġgħu noħorġu biex nipprotestaw.

By
2019-12-28T09:38:58+01:00Sat, 28th Dec '19, 09:16|

Fi stqarrija li xxandret dalgħodu, Repubblika, #occupyjustice u din il-website qalu jinsabu rrabjati u mħassbin dwar dak li qed iseħħ f'pajjiżna. Bosta huma dawk li fehmu li l-cover-up għat-tiġrif istituzzjonali tad-demokrazija tagħna qed tiġi mpinġija bħallikieku hi xi ħaġa normali. Pajjiżna jeħtieġ viżjoni ġdida b'riżq il-bini ta' soċjetà, ekonomija u demokrazija li jkunu sostenibbli u [...]

Provokazzjoni

By
2019-12-28T15:55:16+01:00Sat, 28th Dec '19, 09:06|

Il-kelma ‘provokazzjoni’ ilissnuha biss il-ġwejjef. U jlissnuha meta ma jkollhomx argumenti bis-sens x'joffru u meta jkunu qed ilestu ruħhom biex iwieġbu bil-vjolenza. Meta ma jkunx fadlilhom skużi biex igħawwġu l-fatti u meta ma jibqgħux fil-pożizzjoni li jpinġu l-ġennati bħallikieku dawn għandhom mir-raġuni, isibu ġustifikazzjoni biex ixammru l-kmiem u jfajjru d-daqqiet. Meta l-gvern spiċċawlu l-argumenti u [...]