X’inhu għaddej minn moħħ dawk li issa stenbħu

By
2019-12-11T14:31:20+01:00Mon, 9th Dec '19, 17:09|

Is-sitwazzjoni hi waħda mwiegħra. Il-gvern għadu qed iġib ruħu bħallikieku kollox miexi ħarir u din l-imġieba qiegħda tħasseb saħansitra lil dawk li minn dejjem taw l-appoġġ tagħhom lil Joseph Muscat. Dalgħodu semmejt lill-eks membru parlamentari Ewropew tal-Labour Marlene Mizzi u lill-eks President Marie Louise Coleiro Preca. Dak li stqarrew huwa ta' sinjifikat kbir għaliex dawn [...]

L-Industrija tal-Gaming tgħid li l-ġrajjiet li qed iseħħu f’Malta huma “ta’ tħassib kbir”

By
2019-12-11T14:30:17+01:00Mon, 9th Dec '19, 16:21|

L-għaqda li fiha tiġbor ir-rappreżentati tal-industrija tal-gaming f'Malta ħabbret li l-ġrajjiet li seħħew f'Malta f'dawn il-ġranet "kienu u għadhom ta' tħassib kbir għall-industrija tal-iGaming li topera madwar id-dinja u li hi bażata f'Malta. Bħal kull industrija oħra, l-Industrija tagħna tikber sforz l-istabilità u titlob li jkun hemm livelli għoljin fi ħdan l-istituzzjonijiet f'dik li hi [...]

Joseph Muscat warrab issa

By
2019-12-09T17:46:24+01:00Mon, 9th Dec '19, 12:12|

Issa kulħadd kelma waħda. Milli jidher kulħadd, ħlief dawk li jridu li jkollhom kariga fil-gvern wara l-Milied. L-eks President Marie Louise Coleiro l-bieraħ qalet li "kull min kien imdaħħal fl-assassinju ta' Daphne għandu jwarrab issa". Ma eskludietx lil Joseph Muscat. Marlene Mizzi għadha kemm kitbet fil-Facebook u għamlet sejħa lil Joseph Muscat biex iwarrab issa. [...]

Hawn Malta, kull jum huwa jum kontra l-korruzzjoni.

By
2019-12-09T17:45:31+01:00Mon, 9th Dec '19, 12:07|

Il-Kunsill tal-Ewropa llum ifakkar il-Jum Dinji kontra l-Korruzzjoni. Hawn Malta ilna nikkumbattu l-korruzzjoni kuljum għal xhur u snin. Hawn qed taraw attivisti bħalissa barra l-bini ta' Kastilja u hemm oħrajn li ilhom jokkupaw id-daħla tal-istess bini minn dalgħodu u li magħhom ma nistax nikkomunika għaliex il-pulizija qafluhom ġewwa. Hawn nieżla xita qliel. Iżda maħruqin kif [...]