Rajnihom mal-faxxisti u xebbaħnihom magħhom

By
2019-12-18T21:26:14+01:00Wed, 18th Dec '19, 16:58|

Il-membri tal-Parlament Ewropew illum intalbu jivvutaw dwar jekk Joseph Muscat għandux iwarrab minnufiħ jew inkella jitħalla jgawdi l-aħħar Milied tiegħu f'Kastilja. Il-biċċa l-kbira tagħhom qalu li għandu jwarrab issa. Il-lista ta' dawk li vvutaw kontrih ma tispiċċa qatt. Mela ejjew nagħtu daqqa t'għajn lejn il-lista ta' dawk li għalihom ma jkun ġara' xejn jekk Joseph [...]

Se nkunu l-aqwa fl-Ewropa, kien qalilna

By
2019-12-19T08:58:17+01:00Wed, 18th Dec '19, 13:26|

581 membru tal-Parlament Ewropew ivvutaw favur riżoluzzjoni li tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex minnufiħ "tibda' djalogu" ma' Malta biex tissewwa l-ħsara li din għamlet lis-saltna tad-dritt fil-pajjiż. Jidher ċar li kliem Owen Bonnici ma mpressjonaw xejn. Kienu biss 26 ewroparlamentari li vvutaw kontra l-mozzjoni, ħafna minnhom nazzjonalisti tal-lemin estrem li għalihom il-Parlament Ewropew lanqas biss għandu [...]

Egrant (7): L-oppożizzjoni għandha tinfluwenza l-ġrajjiet u mhux toqgħod gallarija ssegwihom

By
2019-12-18T20:53:37+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:30|

Xogħol l-oppożizzjoni m'huwiex dak li jikkummenta dwar ġrajjiet kurrenti. Oppożizzjoni għandha r-rwol kostituzzjonali li tagħmel l-għassa fuq il-gvern u m'għandhiex titkellem biss. Il-battalja prinċipali għandha tkun miġġielda fil-Parlament iżda huwa fatt li din l-istituzzjoni mhix taqdi d-dmirijiet li kienet nħolqot biex taqdi. F'dan il-każ, il-qorti ntalbet tidħol fil-mertu dwar jekk kienx sewwa li l-gvern ma [...]

Egrant (6): L-eżonerazzjoni tal-koppja Muscat fil-konklużjoni tar-rapport tal-inkjesta ma taqbilx mal-kontenut tal-bqija tar-rapport

By
2019-12-18T19:41:10+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:28|

Il-konklużjonijiet tar-rapport li xxandru aktar minn sena ilu jeżoneraw lill-koppja Muscat fuq premessa li l-inkjesta ma sabitx provi li huma s-sidien ta' Egrant u li allura ma setgħux kienu huma s-sidien. Minn dak li qrajt s'issa - u din il-konklużjoni tiegħi tista' tinbidel wara li nkun flejt sewwa r-rapport - ma jidher li hemm xejn [...]

Egrant (5): Dan il-pajjiż għadu ma fehemx ir-rwol tal-whistleblowers x’inhu

By
2019-12-18T15:28:04+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:25|

Meta l-inkjesta rrakkomandat li Maria Efimova għandha tiġi investigata għall-kalunji u ġurament falz wara li x-xhieda tagħha kienet fetħet tant għajnejn dwar il-frodi u l-qerq li kien għaddej fil-Pilatus Bank, din uriet li ma fehmet xejn dwar x'inhi l-funzjoni ta' whistleblower. Bl-eċċezzjoni ta' Jonathan Ferris li ssemma' fir-rapport tal-inkjesta, Maria Efimova weħidha ma kellha xejn [...]

Egrant (4): Għandna nibqgħu ninsistu biex insiru nafu sid l-Egrant min hu jew min hi

By
2019-12-18T14:49:10+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:23|

Limitati kemm setgħu kienu limitati t-termini ta' riferenza tal-inkjesta u, tenut kont tal-allegazzjonijiet dwar Egrant u l-kuntest li fih kienet inħolqot il-kumpannija sigrieta flimkien ma' Hearnville u Tillgate, l-pulizija kienet fid-dmir li taħdem biex tistabbilixxi min kien il-“bearer” tal-ishma fil-kumpannija sigrieta Egrant bejn  Marzu 2013 u dakinhar li ġiet xjolta l-istess kumpannija. Inkjesta maġisterjali dmirha [...]

Egrant (3): L-inkjesta Egrant m’għarblitx il-provi kollha li nġiebu quddiemha

By
2019-12-18T14:02:30+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:20|

L-inkjesta żgur naqset li tgħarbel prova waħda: il-prova li Michelle Buttigieg, is-sieħba ta' Michelle Muscat fin-negozju falz li semmewħ Buttardi, kienet ħallset f'daqqa dejn li kienet qed tagħmel tajjeb għalih ipoteka reġistrata fuq appartament f'Manhattan, New York u dan ftit jiem wara li allegatament kienet irċieviet parti minn ħlas li kien sar favur Michelle Muscat [...]

Egrant (2): Joseph Muscat huwa giddieb sfaċċat u ma jiskruplax li jabbuża minn sigrieti uffiċjali tal-istat għall-vantaġġ personali tiegħu

By
2019-12-18T13:13:13+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:18|

Matul dawn l-aħħar tmintax il-xahar, Joseph Muscat lagħabha tal-vittma u xela' lil Simon Busuttil li kien iffalsifika dokumenti biex jeħel hu għat-twettiq ta' delitt kriminali. Dakinhar li xxandar estratt żgħir tar-rapport is-sena li għaddiet, taha għat-teatrin u waqt konferenza stampa għamel tabirruħu li ma setgħax iżomm id-dmugħ milli jġelben minn xfar għajnejh. Għal ftit minuti, [...]

Egrant (1): il-kriminalità finanzjarja ma tistax tinvestigaha bis-saħħa ta’ inkjesta maġisterjali

By
2019-12-18T12:18:29+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:16|

Sforzi kemm għamel sforzi Aaron Bugeja biex jikteb rapport ta' inkjesta li fiħ 1,501 paġna, dan ir-rapport juri kemm l-istituzzjonijiet tagħna m'humiex armati biżżejjed biex jiġġieldu kontra l-ħasil ta' flus maħmuġin u kontra l-kriminalità finanzjarja. Malta tiftaħar li hi ġurisdizzjoni finanzjarja ta' kwalità u ta' klassi għolja li adottat kemm liġijiet li jitħaddmu f'tax havens [...]

L-ewwel reazzjoni għar-rapport Egrant (0)

By
2019-12-18T11:24:44+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:12|

Għadni ma sibtx il-ħin biex naqra r-rapport Egrant minn tarf sa tarf. Dan ir-rapport fiħ 1,501 paġna u ma tistax tiflieħ f'ħakka t'għajn. Dan ir-rapport għad irid jiġi mgħarbel bir-reqqa. Mal-medda taż-żmien, Godfrey Leone Ganado bi ħsiebu jipprovdi sensiela ta' kummentarji analitiċi għal din il-website li ser ikomplu jmexxu d-diskussjoni 'l quddiem. Iżda minn dak [...]