Erba’ qtates anarkiċi nazzjonalisti

By
2019-12-04T06:35:45+01:00Tue, 3rd Dec '19, 16:35|

Christian Peregin, li qed jikteb sensiela ta' kummentarji ta' kwalità, kiteb li jkun żball kemm il-darba il-Partit Laburista jipprova jpinġi l-kriżi li hawn bħalissa fil-pajjiż bħala kwistjoni ta' natura tribali bejn Laburisti u Nazzjonalisti. Meta Michael Farrugia stqarr li d-dimostranti huma "PN", l-NGO Aditus tgħidx kemm irrabjaw. Dawn għandhom kredenzjali li huma akbar minn dawk [...]

Diskors dwar tixrid ta’ demm

By
2019-12-04T06:34:42+01:00Tue, 3rd Dec '19, 15:49|

Wara madwar ġimgħa ta' aljenazzjoni jidher li, mid-dar ta' Keith Schembri, Neville Gafà lill-ministri u d-deputati tal-Labour qed joħorġilhom l-ordnijiet dwar x'għandu jingħad. Deputat wara l-ieħor issa qiegħdin jixlu lid-dimostranti li "jridu t-tixrid tad-demm".  Mhux magħruf kif saru jafu d-dimostranti "xi jridu" ġaladarba dawn qatt ma talbu li jkun hemm it-tixrid tad-demm. Tgħid Michael Falzon, [...]

Waqqalna wiċċna l-art mad-dinja

By
2019-12-04T06:33:48+01:00Tue, 3rd Dec '19, 15:27|

Dan huwa l-mod li bih wieħed għandu jsellem lil dak li għadu jridha ta' prim ministru li ma jridx iżarma mill-uffiċċju tiegħu għax jibża' li jispiċċa b'idejn maqfulin fil-manetti. Joseph Muscat għandek twarrab issa. Kullħadd qed igħidlek l-istess kelma: l-avukati, l-ispiżjara, l-awdituri, ġurnalisti ta' kull fehma politika inklużi dawk li kienu jappoġġjawk u persuni li [...]

Qrajtuha t-Times of Malta tal-lum? Keith Schembri f’liema pajjiż fid-dinja kien jitħalla jiġri barra bħalissa? F’pajjiż wieħed biss: dak li jinsab taħt il-kontroll ta’ Joseph Muscat. Illejla nipprotestaw mill-ġdid.

By
2019-12-03T16:10:54+01:00Tue, 3rd Dec '19, 08:39|

Keith Schembri huwa msemmi b'mod ċar f'dokument miktub minn Melvin Theuma u li nstab fil-pussess ta' Yorgen Fenech, il-bniedem li ngħata maħfra minn Joseph Muscat bħala l-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. U minkejja dan kollu, fuq ordni ta' Joseph Muscat, Keith Schembri diġà ġie eżonerat mill-pulizija. Dan m'huwa xejn ħlief cover-up ta' assassinju [...]

Bewweġ ‘il barra bħal ġurdien imxarrab

By
2019-12-03T16:11:38+01:00Tue, 3rd Dec '19, 08:16|

Inkiss inkiss bewweġ 'il barra mill-kantina tal-bini tal-Parliament u fid-dlam ħarab jiġri mill-foss. Joseph Muscat kien qisu ġurdien imxarrab jitqagħbad biex jaqbeż 'il barra minn vapur inkaljat. Mhux dak kien il-pjan: ried joħroġ mill-bieb ta' barra biex juri l-arroganza tiegħu. Qalilna li ried jagħmel dibattitu fil-Parlament biex jitkellem dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dam [...]