Il-Parlament Ewropew ser jiddibatti riżoluzzjoni oħra dwar is-saltna tad-dritt f’Malta

By
2019-12-16T17:23:34+01:00Mon, 16th Dec '19, 16:13|

Il-Parlament Ewropew għada mistenni li jagħmel dibattitu ieħor dwar Malta f'sessjoni plenarja u dan wara li xxandret stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni f'Malta. Id-dibattitu ser isir għada filgħodu u jintemm b'teħid ta' vot fuq riżoluzzjoni li għadha qed tiġi diskussa mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew . Il-kliem tar-riżoluzzjoni mistenni li jiġi diskuss il-lejla fil-kumitat dwar il-libertajiet [...]

L-Imħallef irtirat Antonio Mizzi maħtur mill-gvern biex igħarbel ir-rapport tal-inkjesta Egrant qabel jixxandar

By
2019-12-16T16:06:53+01:00Mon, 16th Dec '19, 14:23|

Jidher li m'hemmx tmiem għal din l-istorja. Joseph Muscat għadu jinsisti li qed imexxi l-pajjiż bħala caretaker minn jum għal jum u li qed jaqgħod lura milli jieħu deċiżjonijiet importanti. Min jaf x'ried ifisser b'dan? Jaqaw qiegħed jissorvelja l-makna li ssaħħan il-bini li tinsab fil-kantina ta' Kastilja? Jew forsi qed jibdel il-washers tal-flushing tal-lokijiet ta' [...]

Kwistjoni ta’ fiduċja

By
2019-12-16T15:27:34+01:00Mon, 16th Dec '19, 14:02|

Forsi għadu kmieni wisq biex wieħed joqgħod jispekula dwar x'ser ikun l-impatt sħiħ tas-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell illum li permezz tagħha l-Avukat Ġenerali ġie ordnat jgħaddi kopja sħiħa tar-rapport tal-inkjesta Egrant lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. S'issa Adrian Delia għadu ma ngħatax kopja tar-rapport. Inkredibilment, l-Avukat Ġenerali qed jipprova jisloħ jumejn oħra li qed jgħid [...]

Dan m’huwiex il-Partit Laburista. Din m’hi xejn ħlief il-Mafja.

By
2019-12-16T14:46:46+01:00Mon, 16th Dec '19, 09:58|

Agħtu daqqa t'għajn lejn il-mod kif Neville Gafà qabeż qabża fuq Evarist Bartolo talli dan m'huwiex jixgħel ix-xemgħat u jfaħħar lill-mafia state ta' Joseph Muscat. Ara ma jkunx hawn min imur jiġri bl-idea li qed nieħu xi pjaċir nara żewġ Laburisti jitlewmu fil-beraħ. Il-litanija dwar l-"għaqda" u l-"firda" fil-partiti politiċi lili ma tappellali xejn. Għalija [...]

Eh, mela issa ma naħmlux lill-paralimpiċi

By
2019-12-16T14:43:57+01:00Mon, 16th Dec '19, 09:31|

Bosta minn ħbiebi u jien bħalissa qed nirċievu biżibilju ta' messaġġi b'theddid, uħud minnhom privatament u oħrajn b'mod pubbliku. B'guffaġni liema bħalha, qed iħeġġuna biex naqtgħu l-vini tal-polz tagħna. Dak li jinkiteb fil-Facebook forsi jkollok il-ħila li tħallih għaddej. Iżda jkun mod ieħor meta tiġi mgħajjar fit-toroq fid-dawl tax-xemx. Meta jseħħu dawn l-affarijiert, ikun diffiċli [...]