Il-mod dwar kif wieħed jista’ jwaħħal it-twettiq ta’ assassinju fuq ħaddieħor huwa element naturali ta’ konfoffa. Chris Cardona stqarr pubblikament li l-assassini li wettqu d-delitt qed jippruvaw iwaħħlu fiħ. Milli jidher Cardona qed igħid li Keith Schembri kien qabbad lil Yorgen Fenech biex iwaħħal fiħ.
Iżda hemm ukoll persuna oħra li qed jippruvaw iwaħħlu fiha. Bil-għan li jiddikjaraw l-innoċenza tagħhom, l-assassini – jiġifieri l-gvern ta’ Malta – fittxew li jikkalunjaw lil Matthew, iben Daphne stess, li kien responsabbli għall-qtil ta’ ommu. Ftakru biss li din m’hix xi inizjattiva ta’ xi miġnun li forsi ħolom b’ġennata bħal din. Din l-inizjattiva maħmuġa ttieħdet mill-uffiċjali li jaħdmu spalla ma’ spalla ma’ Keith Schembri u Joseph Muscat u mhux ħaġa kbira li wieħed jassumi li kienet ukoll deċiżjoni li ttieħdet minnhom.
Dawk li jinsabu fgati f’demmhom għax issa ntebħu li r-reġim wasal fit-tmiem, għadhom għaddejjin bil-qerq tagħhom. Għadhom jittamaw li ma kienux ġew ingannati. Għadhom jittamaw li l-karattru ta’ Joseph Muscat kienu ġġudikawh sewwa. Għadhom jittamaw li l-eroj tagħhom fil-fatt huwa l-vittma u mhux dak li mexxa’ reġim li wettaq assassinju.
Din m’hi xejn ħlief l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ Malta: li Daphne ġiet assassinata biex il-gvern ta’ Joseph Muscat jitpinġa ikraħ f’għajnejn id-dinja. Il-verità hi li Daphne ġiet assassinata għaliex lill-gvern ta’ Joseph Muscat kixfitu ta’ dak li tassew hu.
Dan huwa l-element tar-responsabbiltà enormi li jeħtieġ jerfa’ Joseph Muscat hu u jġiegħel lis-segwaċi tiegħu jemmnu li kien it-tifel il-kbir ta’ Daphne li kien responsabbli għall-qtil tagħha.
Qiegħed inxandar dawn ir-ritratti minkejja l-uġiegħ ta’ qalb li naf li jikkawżaw. Iżda dawk li jiktbu kitbiet tal-waħx bħal dawn xi darba għad jintebħu bil-kefrija u bil-kattiverja tagħhom u dwar il-mod li biħ id-diċenza bażika parrtuha mal-lejaltà li għandhom lejn l-assassini.