Il-Parlament Ewropew għada mistenni li jagħmel dibattitu ieħor dwar Malta f’sessjoni plenarja u dan wara li xxandret stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni f’Malta. Id-dibattitu ser isir għada filgħodu u jintemm b’teħid ta’ vot fuq riżoluzzjoni li għadha qed tiġi diskussa mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew .
Il-kliem tar-riżoluzzjoni mistenni li jiġi diskuss il-lejla fil-kumitat dwar il-libertajiet ċivili tal-Parlament Ewropew. Il-kumitat ser jifli r-rapport tad-delegazzjoni parlamentari li ġiet Malta l-ġimgħa li għaddiet u li waslet għall-konklużjoni li Joseph Muscat kien tilef il-fiduċja li hi meħtieġa biex tkun tista’ tiffunzjona l-governanza Erwopea.
Permezz ta’ din il-link tista’ ssegwi l-laqgħa tal-lejla tal-kumitat LIBE. Malta mistenni li tiġi diskussa għal ħabta tal-10 ta’ bil-lejl.
Hawn tista’ ssib il-link għad-dibattitu ta’ għada fil-plenarja. Id-diskussjoni dwar Malta mistennija li tibda’ fid-9 ta’ filgħodu