Mhux soltu li nissuġġerixxi li toqgħodu taraw qabda kapijiet tal-gvern jippużaw għar-ritratt. Iżda dan li ġej ta’ min isegwih.
Segwuh b’attenzjoni sal-aħħar u taraw kif kull kap ta’ gvern fl-Ewropa għamel l-almu tiegħu biex jagħmel tabirruħu li Joseph Muscat ma jeżistix. Tintebaħ li tassew għandna għalxiex nirringrazzjawħ li, minħabba l-imġieba tiegħu, llum il-bqija tal-Ewropa kellha ssib mezz biex timmaġina li Malta m’hix parti mill-Ewropa.
Paragunat ma’ Joseph Muscat, Victor Orban jidher li hu aktar aċċettabbli. Iġiegħel lill-estrem jidher moderat u lill-iżlealtà tidher bħala lealtà.
Il-pretensjoni ta’ Joseph Muscat li qed imexxi gvern mhix tiġi aċċettata mill-bqija tad-dinja. Il-maskra nkixfet u qed jarawh bħala kap ta’ ċorma kriminali. Sa waslu biex jistmerruh f’wiċċu. Huma u jwieġbu mistoqsijiet tal-istampa, numru ta’ kapijiet ta’ gvern qalu li huma mejtin biex ma jarawħx aktar b’għajnejhom. Il-Finlandiżi qalu li bi ħsiebhom jissorveljaw is-sitwazzjoni f’Malta. Dan wara li l-Ġermaniżi u l-Olandiżi stqarrew, ftit sigħat qabel, li ser jagħmlu l-istess.
Il-President tal-Parlament Ewropew qal li jeħtieġ li tittieħed azzjoni dwar Malta mingħajr aktar dewmien.
Mark Rutte, il-prim ministru Olandiż, wera’ li jinqala’ għas-sarkażmu. ‘Iva, lil Muscat ħadtlu b’idejħ” qal. “Iżda kont ħadt b’idejn Bouterse ukoll.’ Desi Bouterse kien id-dittatur tas-Suriname li kien intbagħat 20 sena ħabs minħabba delitti kriminali li kien wettaq.
Inqas minn 6 xhur ilu, Joseph Muscat serjament ippretenda li jinħatar bħala l-president tal-Kunsill tal-kapijiet ta’ gvern tal-Unjoni Ewropea.
Min jaf kemm għoxew bid-daħk.