Robert Abela ser jieħu post Joseph Muscat. Jew aħjar, Joseph Muscat daħħal floku lil Robert Abela.

Ma nagħmlux l-iżball li lil Chris Fearne inpinġuħ bħala dak li kien fuq in-naħa tas-sewwa u li tilef il-battalja. Chris Fearne huwa, jew għallinqas sal-bieraħ kien, bniedem arroganti, mimli biħ innifsu u mhux konxju dwar kif bosta jqisuh.

Iżda l-elezzjoni ta’ Robert Abela m’hi aħbar tajba xejn u din hi r-raġuni il-għala Joseph Muscat llum riedu li jilħaq minfloku.

Kif wasalna għal dan ir-riżultat?

Joseph Muscat ippjana t-tluq tiegħu fil-ġimgħat u x-xhur li fihom kien jaf li, tant kien ser jitla’ ħmieġ fil-wiċċ, li b’xi mod jew ieħor kien ser ikollu jwarrab. Ma riedx iwarrab minnufih. U ta lilu nnifsu biżżejjed żmien biex iserraħ rasu dwar l-għażla ta’ min kien li ser jilħaq minfloku biex b’hekk ikun jista’ jsalva ġildu.

Hekk kif Joseph Muscat ħabbar li kien ser iwarrab, il-membri tal -Partit Laburista tħawwdu, rrabjaw u tnikktu. Għal żmien qasir, tħassbu dwar jekk wara kollox Joseph Muscat kienx għaddiehom minn għajn il-labra. Li kieku ammettew li ġew mgħoddija biż-żmien, il-moral tagħhom kien jitfarrak.

Telfa f’elezzjoni ġġib magħha n-niket u ġġib magħha wkoll l-istennija illużorja li kien jistħoqqlok li tirbaħ. Iżda ma tistejqirx malajr wara li jkollok tammetti li ħadt falza stikka u li għaddewk minn għajn il-labra.

Joseph Muscat kien jeħtieġ biss jassigura li jgħibu d-dubji u l-għali. Dawk ir-ritratti mal-Papa, mat-tfal u fil-knisja tal-grotta ta’ Betlem kienu parti minn pjan fuq One TV li leħaq l-quċċata tiegħu f’dak id-dokumentarju ultra-partiġġjan li ttanta jbellgħa lit-telespettaturi verżjoni perversa tal-istorja ta’ Malta tul dawn l-aħħar 6 biex snin dwar l-infallibilità ta’ Joseph Muscat.