Il-governanza ta’ pajjiż m’hix affari privata tal-uffiċjali tagħha. Ebda uffiċjal tal-gvern m’għandu jitħalla li jisserva b’e-mail accounts privati, b’off-site servers jew b’coded messaging services li ma jkunux decoded ċentralment u mħaddma mill-aġenzija governattiva responsabbli, biex jagħmel xogħol tal-gvern.

Fi kliem ieħor, xogħol governattiv m’għandux isir bis-saħħa ta’ @josephmuscat.com jew bis-saħħa tal-accounts @gmail.com. Lanqas m’għandu jsir bil-WhatsApp jew bis-Signal. M’għandniex xi ngħidu, wieħed jifhem li l-gvern ikun jeħtieġ li jkollu l-kunfidenzjalità u d-data integrity biex b’hekk ikun jista’ jinqeda’ b’messaging services mħaddma b’sigurtà mill-aġenzija tal-IT tal-gvern.

Il-prim ministru issa għandu jserrħilna rasna li m’hux ser jimxi fuq il-passi ta’ dak ta’ qablu u li x-xogħol tiegħu tal-gvern imexxieħ permezz tal-account @gov.mt. Għandu jserrħilna rasna li lil ħaddiema li jaqgħu taħtu fl-uffiċċju tiegħu tahom l-istruzzjonijiet kollha u li lill-ministi tiegħu ordnalhom iwasslu dan il-messaġġ lill-ħaddiema ta’ taħthom. Jiġifieri li għax-xogħol kollu tal-gvern għandhom jindqew bl-accounts @gov.mt u li kemm il-pulizija kif ukoll l-aġenzija tal-IT tal-gvern tkun tista’ taċċedi għal dawk l-e-mails meta jkun hemm investigazzjoni.

Il-prime minister should also immediately instruct Keith Schembri to share with the police the passwords to his accounts, his cloud storage, his data and anything he has denied to the police on the pretext that the data “belongs to the government”.

The prim ministru għandu wkoll jagħmilha ċara li “l-gvern” m’għandu qatt – għal ebda raġuni – jiġi użat biex jgħatti l-provi dwar delitti kriminali.

Fid-dawl tal-aħbarijiet li xxandru mill-bieraħ ‘l hawn fis-sens li Keith Schembri reġa’ tfaċċa, il-pulizija għandha tagħmel tfittxija fid-dar tiegħu sabiex tara x’tista’ ssalva minn dak kollu li huwa ħassar  mill-mobiles u l-kompjuter tiegħu.

Tgħid tal-FBI jkunu lesti li jagħtu daqqa t’id? Tgħid jeħtieġu l-għajnuna tagħna biex jitkixxfu dwar in-numru telefoniku tal-Ambaxxata Amerikana?