Ħaddiem li kien fuq xogħlu f’sit ta’ kostruzzjoni kien il-vittma ta’ inċident wara li waqa’ m’għola żewġ sulari. M’għandniex xi ngħidu, weġġa’ gravi. L-imgħallem tiegħu rikkbu f’karozza u ftit wara telqu fuq bankina fit-triq.

Il-ħaddiem jibża’ li se jaqlagħha għax kien qed jaħdem illegalment. L-imgħallem jibża’ li se jaqlagħha għax ħaddmu illegalment.

Id-diskorsi filosofiċi erħulhom.

Min għandu l-ħila li jabbanduna bniedem ferut fi triq?

Int għandek din il-ħila?