Fidwa għall-kotra

By
2021-10-17T16:57:57+02:00Sun, 17th Oct '21, 01:43|

Din hi l-omelija ta’ Patri Charlò Camilleri, O.Carm. waqt il-quddies ilbieraħ b’suffraġju għal Daphne Caruana Galizia: F’dan il-jum li fih inġbarna hawnhekk biex infakkru l-ħajja u l-qtil ta’ Daphne, u nitolbu għall-mistrieħ tagħha ta’ dejjem, filwaqt li nqiegħdu tamietna f’Alla li kif tlabna fis-Salm “It-tjieba tiegħu hija fuqna” u li “hu l-għajnuna u t-tarka tagħna”, [...]

Daphne mfakkra

By
2021-10-16T18:31:08+02:00Sat, 16th Oct '21, 17:27|

Dawn ir-ritratti nġibdu minn Simon Sansone waqt laqgħa fis-skiet li saret fil-Bidnija aktar kmieni llum wara nofsinhar. Aktar dettalji dalwaqt.

Id-dlam jintrebaħ bid-dawl tal-ħeġġa u tad-determinazzjoni

By
2021-10-16T13:22:28+02:00Sat, 16th Oct '21, 09:37|

Dalgħodu qgħadt inħabbel moħħi biex insib il-kliem li huwa adattat biex titfakkar ir-raba' sena minn dak il-jum iswed li fih inqatlet Daphne. Moħħi beda' jberren dwar ideat li kont għadni ma ħsibtx dwarhom u dwar dak li, f'dawn l-aħħar erba' snin, għadu ma ngħadx. Moħħi berren ukoll dwar kliem li għadhom ma tlissnux u dwar [...]

Kampanja ta’ intimidazzjoni u ta’ miżinformazzjoni biex iħawdu l-imħuħ tal-ġurati

By
2021-10-16T11:10:19+02:00Fri, 15th Oct '21, 10:39|

Il-fatt li Yorgen Fenech ilu arrestat għal kważi sentejn u mistenni li jgħaddi ġuri fejn jista' jeħel għomru l-ħabs bis-saħħa tal-fatt li l-prosekuzzjoni għandha biżibilju ta' provi li juru li huwa kompliċi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma jfissirx li l-ġustizzja tinsab wara l-bieb. Malta kellha ġuri ieħor simili dwar attentat ta' qtil li forsi [...]

Erba’ snin mill-qtil ta’ Daphne, NGOs li jirrappreżentaw il-libertà tal-kelma jinsabu f’Malta

By
2021-10-14T21:20:56+02:00Thu, 14th Oct '21, 11:24|

Dalgħodu, rappreżentanti tal-NGOs dwar il-libertà tal-kelma marru biswit il-mafkar fejn ta' spiss isiru l-protesti favur il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta u dan bħala parti mill-missjoni tagħhom f'Malta biex ifakkru r-raba' anniversarju mill-qtil tagħha. Rappreżentanti ta' ARTICLE 19, il-Committee to Protect Journalists (CPJ), il-European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF), il-European Federation of [...]

Jeħtieġ li nibqgħu hemm sal-aħħar

By
2021-10-12T19:38:04+02:00Tue, 12th Oct '21, 11:02|

Ftit hemm dubju li d-diskors tal-budget kien intenzjonat biex iġedded iċ-ċens tal-Partit Laburista fuq is-siġġu tas-setgħa politika. Tfassal biex jagħmel proprju dan, ikun hemm kemm ikun hemm dubji dwar il-kredibilità ta' dak li ngħad. Madankollu ma nistgħux ninsew li l-kwistjoni dwar it-tiġdid taċ-ċens fuq is-setgħa politika mhix il-problema ewlenija. Il-ħallelin kienu ħejjew pjan sabiex ir-riżultat [...]

Go to Top