Chris Fearne irid jagħmel l-impossibbli

By
2023-02-26T12:18:32+01:00Sun, 26th Feb '23, 10:28|

Politikament Chris Fearne ma jridx jegħreq u jrid li jibqa' jimraħ fil-wiċċ. Mhux biss għaliex għandu għatx għas-setgħa u jibża li jitlifha. Iżda għaliex jinsab konvint li hu ma kellu x'jaqsam xejn mal-ħadma ta' Steward u dan minkejja l-fatt li ta' madwaru lkoll huma mċappsin. Dalgħodu s-Sunday Times of Malta tkellmet dwar id-diżgwid li hemm [...]

L-iskandlu tal-Isptarijiet: irranġaw għall-festi lis-sidien tal-ishma tal-Bank of Valletta

By
2023-02-25T10:46:23+01:00Sat, 25th Feb '23, 09:49|

Waħda mill-elementi ewlenin tal-iskandlu kumpless tal-Electrogas kienet il-wegħda li kienu għamlu l-"investituri" li ser iħallu l-flus fil-pajjiż bis-saħħa ta' investiment f'power station ġdida. Wegħda li baqgħet biss fuq il-karta. Il-Gasol, li kellha tiffinanzja l-proġett, spiċċat biex falliet iżda l-gvern, minflok bgħathom jixxejru, ġiegħel lill-Bank of Valletta tislef flus b'garanzija lill-Electrogas f'każ li dawn ifallu wkoll. [...]

L-Isptarijiet: il-qerq u s-serq iċċertifikati mill-qorti

By
2023-02-24T15:08:39+01:00Fri, 24th Feb '23, 13:27|

Anki li kieku kien minnu li Adrian Delia qatt m'għamel xejn ta' ġid f'ħajtu – u din m'hi xejn ħlief stqarrija retorika – illum, u tul dawn l-aħħar ħames snin sakemm wasalna għas-sentenza li ngħatat dalgħodu mill-qorti, għamel opra kbira b'riżq in-nazzjon tagħna. Saħansitra anki l-gvern għandu għaliex ikunlu grat. Minkejja l-fatt li llum kulħadd [...]

Baħnan. Mhux ipokrita.

By
2023-02-17T18:49:31+01:00Fri, 17th Feb '23, 07:28|

Fil-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba vvota favur riżoluzzjoni li esprimiet l- appoġġ għall-għajnuna militari li qed tingħata lill-Ukrajna u dan sakemm tibqa' l-ħtieġa. Ewroparlamentari oħra tal-Labour Josianne Cutajar ukoll ivvotat favur ir-riżoluzzjoni, iżda Alfred Sant u Cyrus Engerer baqgħu ma vvutawx għax ma kinux fis-sala meta ttieħed il-vot. Skont ir-rapport ta' hawn isfel imxandar minn [...]

Il-ħames kmandament: is-skiet

By
2023-02-16T14:39:24+01:00Thu, 16th Feb '23, 07:56|

Karl Cini mingħalih li għadda mill-għarbiel. Il-ħames kmandamenti jafhom kollha bl-amment. Karl bniedem ubbidjenti u leali. Jemmen fl-unur u allaħares tmur tgħidlu li m'huwiex kburi bix-xogħol li jagħmel. Il-ħames kmandament huwa s-skiet. Il-ġurament tal-omertà. Dak li hu ta' ġewwa għandu jibqa' ġewwa. Mal-awtoritajiet m'għandekx ikollok x'taqsam. M'għandek qatt tgħaddilhom informazzjoni. Jekk tikxef, jidfnuk ħaj. Is-sigrieti [...]

Ikla tal-Milied mingħajr dundjan

By
2023-02-15T20:54:03+01:00Wed, 15th Feb '23, 16:31|

Illum saret laqgħa ta' konsultazzjoni msejħa mill-Kumitat ta' Esperti li kien ħatar il-gvern madwar 13 il-xahar ilu biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-mod kif għandhom jitwettqu r-rakkomandazzjonjiiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dan bil-għan li tiġi mħarsa l-libertà tal-kelma f'Malta. Ippermettuli nfakkar kif wasalna s'hawn. Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata fis-16 [...]

Il-qtugħ tad-dawl: għaliex ma qalux il-verità mill-bidu nett?

By
2023-02-11T14:48:23+01:00Sat, 11th Feb '23, 07:32|

Forsi hawn ser naqdef xi ftit kontra l-kurrent, iżda ma nħossx li l-qtugħ tad-dawl għal madwar 45 minuta f'maltemp qawwi aktar mis-soltu bħalma kellna f'dawn il-ġranet għandu jwassal biex ikollna kriżi nazzjonali kbira. M'hix ħaġa ta' barra minn hawn li, f'perijodu ta' maltemp straordinarju, l-infrastruttura tal-enerġija tista' ċċedi taħt pressjoni. Fil-ġejjieni x'aktarx ser ikollna aktar [...]

Aqra dan li ġej

By
2023-02-10T11:36:57+01:00Fri, 10th Feb '23, 08:07|

Kull min isegwi l-ħidma ta' Repubblika jew ta' dan il-blog ta' sikwit semgħana nilmentaw li, kull darba li nieħdu passi bil-qorti, qed inkunu kostretti li nġibu prova li għandna interess fil-kawża li nkunu bdejna. L-interess, f'sens legali, huwa punt rilevanti għal min jidħol il-qorti minħabba xi kwistjoni li jista' jkollu ma' ħaddieħor. Jekk sid id-dar [...]

Ħaġa waħda

By
2023-02-08T20:33:15+01:00Wed, 8th Feb '23, 16:54|

Bejn id-doveri tal-politiċi li jmexxu l-gvern u dawk tal-impjegati tal-gvern suppost għandu jkun hemm distinzjoni netta. Il-politiċi li jmexxu l-gvern qegħdin hemm biex ifasslu l-politika u jippromovuha. L-impjegati tal-gvern, ikollhom kemm ikollhom dubji dwar din il-politika, huma mistennija li jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex iwettquha. Huma u jwettqu din il-politika, l-impjegati tal-gvern jeħtieġ li jkunu [...]

Ma tridx tkun għaref wisq biex tifhem

By
2023-02-01T21:13:41+01:00Wed, 1st Feb '23, 16:38|

Diġà għaddew kważi sentejn minn dakinhar li wieħed mill-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia għall-ewwel darba stqarr fil-beraħ li kien jaf bi pjan ieħor biex tinqatel il-ġurnalista, liema pjan kien spiċċa biex ma twettaqx. Sentejn ilu, Vince Muscat il-Koħħu kien qed iwieġeb mistoqsijiet li kien għamillu fil-qorti Jason Azzopardi u stqarr li hu kien wassal lil [...]

Go to Top