Studenti Universitarji li kienu qed isegwu strixxun bil-kliem “Studenti Bla Biża” waqqfu t-traffiku ħdejn il-monument tal-gwerra barra s-swar tal-belt Valletta wara li l-Pulizija għalqet kull aċċess għal misraħ Kastilja u l-misraħ ta’ quddiem il-Parlament ingħalaq permezz tal-barrikati.
Għal diversi minuti t-traffiku u t-trasport pubbliku mill-venda tal-Belt Valletta waqfu ħesrem hekk kif din il-protesta spontaneja inbidlet ukoll f’protesta kontra x-xkiel għal-libertà tal-kelma u tal-assoċjazzjoni.
Din tal-lum kienet it-tielet protesta konsekuttiva tul din il-ġimgħa li permezz tagħha Joseph Muscat ġie msejjaħ biex iwarrab wara li l-uffiċċju tiegħi ġie mplikat fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dak li kien iċ-chief of staff tal-prim ministru Keith Schembri u l-eks ministru Konrad Mizzi l-bieraħ ġew imġiegħla jwarrbu filwaqt li l-ministru Chris Cardona qal li kien “issospenda lilu nnifsu” mid-dmirijiet ministerjali tiegħu.
Din kienet l-ewwel darba li KSU ħadet sehem formali f’dawn il-protesti u dan wara li ġiet mgħoddija riżoluzzjoni mill-maġġoranza tal-għaqdiet tal-istudenti.
Madankollu l-għaqda tal-istudenti tal-liġi (GħSL) ma qablitx mad-deċiżjoni tal-KSU u qalet li l-protesti jmorru kontra l-“valuri tal-imparzjalità”. Il-lejla studenti universitarji tal-liġi minn għaqda oħra tal-istudenti tal-liġi (ELSA) qed torganizza seminar fil-palazz tal-President dwar “il-libertà tal-kelma online”.
Kif spjegajt f’artiklu ieħor, deherli li għandi nirtira d-diskors li kelli nagħmel f’dik il-konferenza wara li l-organizzaturi fittxew li jiċċensuraw riferenzi “politiċi” għall-esperjenza professjonali u l-assassinju eventwali ta’ Daphne Caruana Galizia.