About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Bewweġ ‘il barra bħal ġurdien imxarrab

By
2019-12-03T16:11:38+01:00Tue, 3rd Dec '19, 08:16|

Inkiss inkiss bewweġ 'il barra mill-kantina tal-bini tal-Parliament u fid-dlam ħarab jiġri mill-foss. Joseph Muscat kien qisu ġurdien imxarrab jitqagħbad biex jaqbeż 'il barra minn vapur inkaljat. Mhux dak kien il-pjan: ried joħroġ mill-bieb ta' barra biex juri l-arroganza tiegħu. Qalilna li ried jagħmel dibattitu fil-Parlament biex jitkellem dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dam [...]

Infakkru x’kien kiteb Joseph Muscat: “Il-Partit Laburista ma jistax jerġa’ jgħix l-imgħoddi tiegħu”

By
2019-12-02T12:29:37+01:00Mon, 2nd Dec '19, 12:29|

L-aħħar darba li ktibt dwar dan kien f'April 2018. Jeħtieġ li lil Joseph Muscat infakkruh dwar iż-żgħożija idealista li kellu. Rajna b'għajnejna wħud mill-manigoldi li qaflu lill-ġurnalisti f'Kastilja. L-istil li għażel għad-diskors tiegħu "lin-nazzjon" il-bieraħ filgħaxija fakkar li dawk li għandhom ċerta età fit-tensjoni li kienu jħossu kull darba kienu jisimgħu l-innu nazzjonali bħala introduzzjoni [...]

Iridu jibqgħu jerdgħulna demmna

By
2019-12-02T12:28:47+01:00Mon, 2nd Dec '19, 08:22|

Konrad Mizzi qed jippretendi li jerġa' jiddaħħal fil-kabinett biex jibqa' jgawdi mill-immunità mhux biss mill-investigazzjonijiet iżda anki mill-prosekuzzjoni u biex ikompli jgawdi wkoll mill-korruzzjoni tar-roadmap li kien ippropona biex jerdagħlna demmna permezz tal-għajta leġġendarja "shame on you, minister". Lil Joseph Muscat kitiblu ittra mimlija mħabba u kitiblu li "jħobbu -- il-proġett tagħna ser jissokta". Kieku [...]

Lill-prim ministru l-ġdid, il-mafja trid tagħżlu hi

By
2019-12-02T12:27:22+01:00Mon, 2nd Dec '19, 08:07|

Il-kriżi kostituzzjonali li ninsabu fiha kompliet tiħrax il-bieraħ. Il-Partit Laburista ħareġ stqarrija dwar il-laqgħa li saret fil-Girgenti tal-grupp parlamentari tal-Labour. Din l-istqarrija qalet li l-grupp għandu fiduċja sħiħa u f'Joseph Muscat. Dan huwa politikament problematiku u dubjuż. Nibdew biex, għandna sitwazzjoni li fiha ċ-chief of staff tal-mexxej għamel attentat ta' frame up fuq ministru Laburista [...]

Joseph Muscat għandu jwarrab issa. Jeħtieġ ikun jaf issa.

By
2019-12-02T09:51:59+01:00Sun, 1st Dec '19, 21:19|

L-hekk imsejjaħ prim ministru Joseph Muscat, li għadu qed jokkupa l-uffiċċju tiegħu f'Kastilja, qal li f'soċjetà demokrtika d-diżubbidjenza ċivili m'hix aċċettabbli. Dan qalu għar-raġuni li għall-imperatur Joseph 1 id-demokrazija tfisser dak li tifhem bih il-Korea ta' Fuq meta tgħid li hi r-Repubblika Demokratika tal-Korea. Id-diżubbidjenza ċivili m'hix biss hi aċċettabbli f'soċjetà demokratika. Lanqas hi biss [...]

Repubblika: Joseph Muscat irreżenja biex jibqa’ f’Kastilja flok biex jitlaq minnha.

By
2019-12-01T21:11:40+01:00Sun, 1st Dec '19, 21:11|

Stqarrija ta' Repubblika Illejla Joseph Muscat irreżenja biex jibqa’ ġewwa l-Uffiċju tal-Prim Ministru minflok jitlaq minnu. Joseph Muscat hu fil-qalba tal-akbar skandlu fl-istorja politika ta’ Malta. Imma mhux għalhekk biss imissu jitlaq minn Kastilja immedjatament. Jeħtieġ jitlaq minn Kastilja immedjatament għax hemm bżonn li jkun investigat. Hemm bzonn jitlaq biex ikunu ppreservati l-provi. Jeżisti suspett [...]

Joseph Muscat kellem lin-nazzjon. U n-nazzjon iwieġeb lura: Warrab issa. Protesta nhar it-Tnejn quddiem il-bini tal-Parlament 4pm

By
2019-12-02T09:54:20+01:00Sun, 1st Dec '19, 20:32|

In a piece of iron curtain hifalutin propaganda the disgraced Joseph Muscat, formerly known as prime minister, announced he’s staying on as Labour Leader until 12 January but will stay on indefinitely as prime minister after that. He has not committed to a date for his departure which presumably will depend on how successful he [...]

Għal darb’oħra, kif ilni nagħmel għal dawn l-aħħar għaxart ijiem, nappella lid-deputati Laburisti. Lil Muscat warrbuħ illum.

By
2019-12-02T09:48:50+01:00Sun, 1st Dec '19, 07:25|

L-ewwel ħaġa li għamlu tal-grupp parlamentari Laburista, hekk kif irċievew l-appell tal-attivisti tas-soċjetà ċivili - jien fosthom - biex iwarrbu lil Joseph Muscat, kien li jtuħ vot ta' fiduċja unanima. Forsi din il-mossa wieħed kien jistenniha. Għal tliet snin u nofs sħaħ, permezz tal-PN - fiż-żmien meta dan għad kellu leħen - u aktar tard [...]

Yorgen Fenech jinsab mixli bi qtil. Stennew li jinkixfu aktar borom malli dan jiġi mixli b’ħasil ta’ flus maħmuġin.

By
2019-12-02T09:47:11+01:00Sun, 1st Dec '19, 06:54|

Għal bosta nies, jien inkluż, il-konfoffa biex tiġi assassinata Daphne Caruana Galizia bdiet tinkixef wara li l-aħwa Degiorgio tressqu quddiem il-qorti mixlija b'ħasil ta' flus maħmuġin. M'għandniex xi ngħidu, dawn kienu diġà l-ħabs għax kienu tressqu l-qorti akkużati bil-qtil ta' Daphne. Il-mogħdija li fiha għaddew il-flus ser tiftaħ ħafna għajnejn dwar ċerti rabtiet u motivazzjonijiet [...]

Hawn hi l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ Malta

By
2019-12-02T09:46:15+01:00Sun, 1st Dec '19, 06:35|

Il-mod dwar kif wieħed jista' jwaħħal it-twettiq ta' assassinju fuq ħaddieħor huwa element naturali ta' konfoffa. Chris Cardona stqarr pubblikament li l-assassini li wettqu d-delitt qed jippruvaw iwaħħlu fiħ. Milli jidher Cardona qed igħid li Keith Schembri kien qabbad lil Yorgen Fenech biex iwaħħal fiħ. Iżda hemm ukoll persuna oħra li qed jippruvaw iwaħħlu fiha. [...]

Joseph Muscat jeħtieġ li jwarrab minn Kastilja llum

By
2019-12-01T07:57:22+01:00Sat, 30th Nov '19, 19:04|

Ta' Kastilja lill-ġurnalisti qed itarrfulhom li Joseph Muscat se jħabbar li se jwarrab f'nofs Jannar. Dan m'huwiex aċċettabbli. Bi ħsiebna nkomplu bil-protesti tagħna għallinqas sa dakinhar li jwarrab. Issa li ħarġet il-verità, m'aħniex se nieqfu nissieltu biex issir ġustizzja. Joseph Muscat ma jistax jiddetta hu ż-żmien meta għandu jwarrab. M'huwiex se jirtira u r-riedni jgħaddih [...]

Dan li ġej kont ktibtu meta Daphne kienet għadha mimlija bil-għomor u fi żmien meta konna nafu biss farka ta’ dak li sirna nafu issa

By
2019-12-01T07:56:30+01:00Sat, 30th Nov '19, 12:38|

Dan li ġej kont ktibtu għall-ewwel darba f'The Sunday Times of Malta f'Lulju 2017. Aħsbu ftit dwar il-raġuni l-għala Joseph Muscat irid jibqa' bħala prim ministru "caretaker" sakemm il-Partit Laburista jagħżel il-mexxej il-ġdid tiegħu. L-għażla ta' Nixon Minkejja l-fatt li kien fl-ewwel terminu presidenzjali tiegħu ta' erba' snin li kien wettaq ħafna taħwid, Richard Nixon [...]

Messaġġ lil Miriam Dalli, Saviour Balzan u dawk kollha li issa qed jistenbħu: għada ngħaqdu magħna fil-protesta

By
2019-12-01T07:55:30+01:00Sat, 30th Nov '19, 12:24|

Myriam Dalli stqarret li tinsab irrabjata dwar dak li seħħ. Saviour Balzan stqarr li Joseph Muscat jeħtieġ li jwarrab. Chris Fearne stqarr li s-sitwazzjoni hi waħda serja ħafna. U Evarist Bartolo għadu jitkellem dwar l-allat u l-annimali. Lil dawn kollha m'għandix għalfejn infakkarhom li aħna ma konniex f'pożizzjoni aħjar milli kienu fiha huma, iżda xorta [...]

Fejn huma x-xemgħat?

By
2019-12-01T07:54:22+01:00Sat, 30th Nov '19, 07:41|

Il-bieraħ il-Comical Ali ta' Malta Karl Stagno Navarra, għamel appell għall-appoġġ lil Joseph Muscat. Lanqas titwemmen li t-tiranni jaslu biex jimmiżinterpretaw għal kollox dak li qed iħoss il-poplu bħalissa. Lil dawk li jsegwuħ talabhom biex - jaħasra - idawwru ħsibijiethom ftit fuq Joseph Muscat. L-istess Joseph Muscat li se jkollu jwarrab wara li wettaq l-agħar [...]

Il-lejla aslu wasla sal-Belt Valletta. Għad fadlilna ħafna x’nagħmlu

By
2019-12-01T07:53:15+01:00Fri, 29th Nov '19, 15:42|

Ir-reġim ta' Joseph Muscat rabat flimkien ġgajta ta' ħallelin b'katina ta' rikatti reċiproċi. Din il-katina kienet b'saħħitha daqs il-fasces u ma kienx faċli li titkisser. Madankollu kellna t-tama li malli jidher xaqq żgħir, biż-żmien kollox kien ser jiġġarfilhom. Jidher li kellu jkun kelb mill-K9 unit li qabad qattiel mingħajr ma beża' mill- konsegwenzi. Sigriet li [...]

Sandro Ruotolo: “Qafluna fil-binja tal-gvern ta’ Malta”

By
2019-12-01T07:52:14+01:00Fri, 29th Nov '19, 10:46|

Il-ġurnalist Taljan Sandro Ruotolo li jinsab Malta bħala r-rappreżentat tal-għaqda tal-ġurnalisti tal-Italja kiteb fil-Facebook dwar l-esperjenza li għadda minnha l-bieraħ bil-lejl fuq barra u ġewwa l-bini tal-uffiċċju tal-prim ministru ta' Malta. "Malta tinsab maħsuda. Il-bieraħ bil-lejl Keith Schembri, dak li kien iċ-chief of staff tal-prim ministru, ma baqax taħt investigazzjoni kriminali. Il-lejl li għadda seħħ [...]

Go to Top