L-aħħar darba li ktibt dwar dan kien f’April 2018. Jeħtieġ li lil Joseph Muscat infakkruh dwar iż-żgħożija idealista li kellu.

Rajna b’għajnejna wħud mill-manigoldi li qaflu lill-ġurnalisti f’Kastilja. L-istil li għażel għad-diskors tiegħu “lin-nazzjon” il-bieraħ filgħaxija fakkar li dawk li għandhom ċerta età fit-tensjoni li kienu jħossu kull darba kienu jisimgħu l-innu nazzjonali bħala introduzzjoni għal xi diskors ta’ mexxej nazzjonali li fiha kien iħabbar xi miżuri kontroversjali.

Hemm ħaġa waħda li Joseph Muscat ma jistax jgħid li ħalla warajh fil-passat. Il-korruzzjoni li kien hawn taħt gvern imexxi minnu kienet bla preċedent. Paragunati miegħu Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici jidhru verġni u puri.

Il-bieraħ f’diskorsu għamel theddida sottili kontra dwak li qed jipprotestaw fit-toroq.

Ma beżża’ lil ħadd. Ma bżajniex meta int kont il-Kink, Josephallatana u Invictus. Taħseb li se nibżgħu issa meta tinsab tokkupa kariga b’mod illeġittimu?