L-hekk imsejjaħ prim ministru Joseph Muscat, li għadu qed jokkupa l-uffiċċju tiegħu f’Kastilja, qal li f’soċjetà demokrtika d-diżubbidjenza ċivili m’hix aċċettabbli. Dan qalu għar-raġuni li għall-imperatur Joseph 1 id-demokrazija tfisser dak li tifhem bih il-Korea ta’ Fuq meta tgħid li hi r-Repubblika Demokratika tal-Korea.

Id-diżubbidjenza ċivili m’hix biss hi aċċettabbli f’soċjetà demokratika. Lanqas hi biss dritt. Id-diżubbidjenza ċivili hi dmir. Fil-frattemp għada dawk li għada ser jipprotstaw ser iġibu magħhom il-kzazel u l-borom biex jagħmlu kjass. U għandi nifhem li uħud ser iġibu magħhom bajd, tadam u frott misjur biex ikunu jistgħu jispjegaw aħjar lil Joseph Muscat xi tfisser id-diżubbidjenza ċivili. Ma nafx. Dan jista’ jseħħ.