Konrad Mizzi qed jippretendi li jerġa’ jiddaħħal fil-kabinett biex jibqa’ jgawdi mill-immunità mhux biss mill-investigazzjonijiet iżda anki mill-prosekuzzjoni u biex ikompli jgawdi wkoll mill-korruzzjoni tar-roadmap li kien ippropona biex jerdagħlna demmna permezz tal-għajta leġġendarja “shame on you, minister”.

Lil Joseph Muscat kitiblu ittra mimlija mħabba u kitiblu li “jħobbu — il-proġett tagħna ser jissokta”. Kieku jien inħossni skomdu nikteb xi ħaġa bħal din fuq il-Facebook lill-mara tiegħi – iżda mhux kulħadd xorta.

Iżda araw ftit dawn x’inhuma jgħidulna. Se nibqgħu nogħxew kemm nifilħu fi triqitna lejn il-bank. Fid-Dubaj, jew forsi fil-Cook Islands jew f’Nevis.