Tifkira tal-vittmi innoċenti tal-mafja

By
2020-03-21T10:37:48+01:00Sat, 21st Mar '20, 09:49|

Illum qed titfakkar Daphne Caruana Galizia flimkien ma' tant mijiet oħra ta' vittmi innoċenti li, tul is-snin, inqatlu minn organizzazzjonijiet mafjużi. Għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena, il-jum tal-21 ta' Marzu ntagħżel mill-organizzazzjoni ta' kontra l-mafja Libera bħala l-jum ta' tifkira għall-vittmi innoċenti tal-mafja. Din is-sena il-laqgħa ta' tifkira kellha ssir f'Palermo iżda din [...]

Negozjant jhedded li jikxef l-“interess personali” ta’ Silvio Schembri fir-reklamar dwar il-blockchain

By
2020-03-21T10:15:29+01:00Sat, 21st Mar '20, 09:36|

Negozjant li ħoloq co-location facility f'San Ġiljan għal dawk li huma magħrufin bħala digital nomads, jiġifieri persuni li jaħdmu elettronikament fl-ibliet 'il bogħod minn darhom, wissa' lill-Ministru Silvio Schembri li huwa lest li jikxef informazzjoni dwar "involviment personali u dwar l-interessi tiegħu" fil-proġett Blockchain kemm il-darba ma jirtirax l-ordni li ħareġ dan l-aħħar biex dawk [...]

F’ċirkostanzi straordinarji bħal dawn, jiżbalja l-gvern jekk jintervjeni fl-ekonomija b’nofs qalb

By
2020-03-19T12:50:02+01:00Thu, 19th Mar '20, 09:39|

Kanzunetta li kiteb Mario Vella - bniedem li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala anarkista - tibda b'talba: “Alla lliberani minn dil-pjaga kiefra neoliberali”. Fil-kanzunetta huwa jilmenta dwar il-fehma ta' wħud li s-swieq għandhom il-ħila jsibu tarf ta' kollox, li negozji li jkunu zopop għandhom jitħallew jerfgħu u li l-għeluq tagħhom ikun ta' ġid għall-komunità. Jilmenta wkoll [...]

Il-barranin għal barra, qalilna Silvio

By
2020-03-18T17:31:08+01:00Wed, 18th Mar '20, 02:19|

Meta wieħed jistqarr li t-trumbettier tal-Brigata Laburista Silvio Schembri - li mid-dehra huwa żagħżugħ li f'ħajjtu qatt ma daq l-imrar li taf toffri l-ħajja - jinsab liebes żarbun li qajla jiġieħ, ma jkunx qed jiskopri l-Amerika. Li ma konniex nafu huwa li Silvio Schembri huwa wkoll bigotta u razzist, liema kwalifiki jkomplu jikkonfermaw il-karattru skifuż [...]

Inċensar u tifħir f’attentat biex jitgħattew in-nuqqasijiet?

By
2020-03-15T11:29:56+01:00Sat, 14th Mar '20, 13:32|

Mela issa pinġew is-sitwazzjoni kif xtaqu jpinġuha: jiġifieri li m'hemm ebda qbil bejn il-mexxejja taż-żewġ partiti politiċi fuq il-kwistjoni dwar jekk il-pajjiż għandux jingħalaq jew le biex tiġi kontrollata l-epidemija tal-coronavirus. Taħsbu li f'dan iż-żmien ta' kriżi, battibekki politiċi bħal dawn għandna x'irriduhom? Il-kap tal-oppożizzjoni m'għandu ebda ħtija f'dan kollu. Il-membri tal-oppożizzjoni ilhom żmien twil [...]

Repubblika ssejjaħ għat-tkeċċija ta’ Ian Abdilla

By
2020-03-14T12:57:33+01:00Sat, 14th Mar '20, 09:10|

Il-bieraħ Repubblika sejjħet għat-tnedija ta' investigazzjoni dwar suspetti li l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Ian Abdilla għen biex persuni suspettati jaħarbu mill-ġustizzja. Talbet ukoll għat-tkeċċija immedjata tiegħu. Mix-xhieda li ta Ian Abdilla fil-qorti rriżulta li hu kien ħaġa waħda u kompliċi mal-korruzzjoni, mal-ineffiċjenza u mal-koperazzjoni li sabu l-kriminali mingħand it-tmexxija tal-korp tal-pulizija. Kienx minħabba inkompetenza, negliġenza jew [...]

Il-għala Alex Dalli, id-direttur tal-ħabs, xehed biex igħin lil Alfred u George Degiorgio jakkwistaw il-libertà proviżorja?

By
2020-03-10T14:58:26+01:00Tue, 10th Mar '20, 14:22|

L-Imħallef Edwina Grima il-bieraħ ċaħdet ir-rikors li għamlu Alfred u George Degiorgio biex jingħataw libertà provisorja sakemm tintemm il-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-aħwa Degiorgio kienu ġew arrestati flimkien ma' Vincent Muscat fil-bidu ta' Diċembru 2017, madwar 6 ġimgħat wara l-assassinju tal-ġurnalista fis-16 ta' Ottubru ta' dik is-sena. Ilhom maqfulin minn dakinhar. Fis-sentenza [...]

Il-kuntrattur tal-ħaddiema tat-tindif tal-isptarijiet qed iġiegħlhom isibu lil min jissostitwihom qabel jippermettilhom igawdu mill-vacation leave.

By
2020-03-10T07:05:50+01:00Tue, 10th Mar '20, 06:58|

Il-kuntrattur il-ġdid għat-tindif tal-isptar Mediclean JV, li għadu kemm daħal flok Servizzi Malta biex imexxi mijiet ta' ħaddiema li qed inaddfu l-isptarijiet pubbliċi ta' Malta, qed jirrifjuta li jawtorizza l-għoti ta' vacation leave għall-ħaddiema tiegħu jekk dawn ma jsibux min jidħol flokhom sakemm ikunu neqsin mill post tax-xogħol. Fil-prattika dan ifisser li l-ħaddiema, l-aktar dawk [...]

Negozjant Taljan iniedi petizzjoni biex l-Unjoni Ewropea tintervjeni u tispezzjona s-siti tal-bini f’Malta

By
2020-03-10T07:46:30+01:00Tue, 10th Mar '20, 06:58|

Daniele Baraggioli, negozjant Taljan li jgħix f'Malta, għandu kemm nieda petizzjoni change.org li permezz tagħha qed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tibgħat rappreżentanti tagħha f'Malta sabiex isiru żjajjar lil bosta siti fejn qed isir tħammil u bini ta' art u sabiex jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar tibdiliet li jeħtieġ li jsiru fil-liġijiet Maltin bil-għan li titħares ħajjet il-familji li [...]

“Min qed jagħti l-kenn lill-qattiela f’Malta?” Tim Sebastian jistaqsi lil Evarist Bartolo

By
2020-03-06T06:35:00+01:00Thu, 5th Mar '20, 18:36|

Sentejn ilu Tim Sebastian kien intervista lil Chris Fearne li matulha kien għamel minn kollox biex jiċħad li l-gvern tiegħu kien mgħarraq fil-korruzzjoni u li kien naqas fid-dmir tiegħu li jara li l-kritiċi tiegħu ma jispiċċawx trietaq permezz ta' xi karrozza-bomba. Minn dakinhar tal-intervista 'l hawn, seħħew ħafna żviluppi. Joseph Muscat m'għadux prim ministru wara [...]

Għada nkomplu bit-tħammil

By
2020-03-05T12:40:52+01:00Thu, 5th Mar '20, 09:07|

B'dak li kiteb il-bieraħ, Vincent De Gaetano laqat il-musmar fuq rasu. Il-kitba tiegħu kienet b'reazzjoni għall-qtil ta' Miriam Pace - vittma li ser tindifen illum - li nqatlet wara li sfat mirduma f'darha stess wara li ġġarraf il-bini kollu li jinsab biswit sit ta' kostruzzjoni. Il-kliem ‘traġiku’ u ‘inċident’ m'humiex kliem f'lokhom u qed jiġu [...]

Soqfa politiċi li jiġġarrfu f’radda ta’ salib

By
2020-03-04T07:33:25+01:00Tue, 3rd Mar '20, 13:16|

Ian Borg reħielha għall-Facebook u, minn fuq il-pulptu għoli tiegħu, xela' lil min qed jiġbed ċerti konklużjonijiet dwar il-qtil ta' Myriam Pace - persuna li b'kumbinazzjoni kienet tgħix f'dar biswit ħofra kbira li tħaffret fl-art - bi  sfruttament ta' din it-traġedja bil-għan li jikseb il-voti. Bħala persuna li ta' spiss insib lil min imerini fuq [...]

Nipprotestaw b’kemm għandna saħħa

By
2020-03-03T13:58:43+01:00Tue, 3rd Mar '20, 09:34|

Dalgħodu l-Facebook xegħel b'rabja kbira għat-traġedja li seħħet il-bieraħ li fiha sfat maqtula mara li spiċċat biex ndifnet taħt it-tiġrif ta' darha kaġun ta' tħammil ta' art li qed isir biswit l-istess dar. Hawn rabja kbira għall-fatt li nċidenti bħal dawn qed isiru dejjem aktar spissi u qed ikunu dejjem aktar serji. In-nies tinsab irrabjata [...]

Qed jagħmel bħan-nagħma

By
2020-03-04T11:20:24+01:00Mon, 2nd Mar '20, 13:18|

Minn sondaġġ li xxandar il-bieraħ fit-Torċa jirriżulta li madwar nofs dawk li vvutaw PN f'Ġunju 2017 ma jafdawx lil Adrian Delia. Minn dak in-nofs, kwint minnhom irrifjutaw li jwieġbu, madwar kwint ieħor jippreferu lill-mexxej Laburista mill-mexxej tal-partit li kienu vvutaw għalih fl-aħħar elezzjoni ġenerali u l-bqija ma kellhomx tweġiba għall-mistoqsija li saritilhom. Sar ukoll paragun [...]

Il-borma qed tkompli titħawwad

By
2020-03-02T12:17:57+01:00Mon, 2nd Mar '20, 10:22|

  Mal-mogħdija taż-żmien, qed jidher aktar ċar li x-xhud ewlieni fil-kumpilazzjoni li qed issir kontra dak li qed jingħad li huwa l-moħħ wara l-qtil ta' ġurnalista, m'huwiex igħid il-verità kollha. Qed jilgħab man-nar, l-aktar meta wieħed iżomm f'moħħu li l-proklama kienet ingħatatlu bil-patt li jgħid il-verità kollha. Għalkemm dan ix-xhud ewlieni m'huwiex l-uniku sors, xi [...]

Marthese Portelli twarrab. Deputati tal-PN igħidu li l-isforzi tagħhom biex itejbu l-prospetti tal-PN qed jixxejnu minn Adrian Delia

By
2020-02-27T21:17:21+01:00Thu, 27th Feb '20, 16:13|

Id-deputata tal-PN fuq id-9 distrett Marthese Portelli għadha kemm ħabbret ir-riżenja tagħha mill-Parlament. Is-siġġu parlamentari tagħha issa jeħtieġ li jimtela' minn kandidat li jitla' minn elezzjoni każwali. Marthese Portelli ilha sservi bħala membru parlamentari mill-2013 u kienet ġiet eletta f'żewġ elezzjonijiet fuq xulxin. Fil-Facebook hi rringrazzjat lill-Kapijiet tal-Oppożizzjoni li serviet taħthom: Simon Busuttil u Adrian [...]

Minflok governanza tajba, għandna sistema sovjetika li permezz tagħha jinħatru l-bażużli

By
2020-02-27T14:41:20+01:00Thu, 27th Feb '20, 13:49|

Repubblika tkellmet dwar il-ħatra ta' dik li kienet il-kelliema ta' Joseph Muscat, Ramona Attard fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar  u qalet li tinsab diżgustata b'din id-deċiżjoni tal-gvern għaliex l-uniċi kredenzjali li għandha din il-persuna huma li hi waħda mill-bażużli tal-Partit Laburista. Tul il-karriera tagħha Ramona Attard ħadmet fi ħdan il-Partit Laburista u fl-uffiċċji politiċi tal-gvern Laburista. Kienet [...]

Il-Prim Ministru u Ministru mitluba li jdabbru ras il-Kummissarju tal-Films

By
2020-02-27T11:51:31+01:00Thu, 27th Feb '20, 10:34|

L-għaqda li tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-films f'Malta komplew jagħmlu pressjoni fuq il-Kummissarju tal-Films Johann Grech biex iwarrab. Minn investigazzjoni li saret jumejn ilu minn The Shift News irriżulta li dan irreklama s-servizzi ta' 7 kumpanniji produtturi tal-films lokali u ħalla barra l-biċċa 'l kbira tat-22 kumpannija elenkati fil-katalogu li kien ħareġ fl-2018 ta' dawk [...]

Tgħawwiġ tal-verità

By
2020-02-26T21:26:25+01:00Wed, 26th Feb '20, 09:47|

Nhar il-Ħadd li għadda Saviour Balzan kiteb dan li ġej: “In my 32 years of journalism, being locked out, manhandled, thrown out, arrested and abused by government staffers – including former ministerial aides such as Manuel Delia – was part of the experience of being a working journalist. Being killed is not.” Il-kuntest ta' din [...]

Go to Top