Dawra durella lejn Damasku

By
2019-03-14T10:26:55+01:00Sun, 10th Mar '19, 15:34|

Issa dar dawra durella. Meta Adrian Delia kien beda' t-triq tiegħu, qalilna li l-PN kien iffissa fuq il-korruzzjoni għaliex Daphne Caruana Galizia kellha ħakma fuq il-Partit. Kien qalilna wkoll li taħt il-ħakma tagħha u taħt it-tmexxija dgħajjfa ta' Simon Busuttil, il-PN kien inqata' għal kollox mill-"kwistjonijet li jolqtu lin-nies fil-laħam il-ħaj". Qalilna li l-Partit kien [...]

Issa jrid li jkun hemm termini ta’ żmien

By
2019-03-14T10:24:49+01:00Sat, 9th Mar '19, 13:12|

Joseph Muscat bħal donnu jkun iridna nemmnuh meta jgħid li dawk il-politiċi li moħħhom biss li jibqħu ggranfati mas-siġġu tal-poter issa qed ixebbgħuh u ħareġ bl-idea li persuna m'għandhiex isservi fil-Parlament għal aktar minn 20 sena. Qal ukoll li min jinħatar Prim Ministru għandu jagħmel il-wisgħa għal ħaddieħor fi żmien 10 snin. Wieħed dejjem jkun [...]

Ħalliel jirrappreżenta gvern tal-ħallelin f’università tal-ħallelin

By
2019-03-14T10:23:07+01:00Fri, 8th Mar '19, 16:56|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat imxandar mit-Times of Malta fejn il-ġurnalist Ivan Camilleri jinstema' jfakkar lil Joseph Muscat li l-Prim Ministru tagħna qed jagħżel li jevita lill-membri tal-istampa bħallikieku dawn għandhom il-pesta. Għaliex il-verità hi li għadhom jeżistu ġurnalisti li ma ddakkrux mill-istat kontinwu ta' diżappunt li, fuq medda ta' aktar minn ħames snin, irrenda [...]

Repubblika iddaħħal rikors fil-qorti biex titlob inkjesta dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri

By
2019-03-08T15:49:04+01:00Fri, 8th Mar '19, 15:49|

Din l-istqarrija b'vidjo inħarġet illum minn Repubblika wara li rappreżzentanti tal-organizzazzjoni daħħlu rikors fil-qorti biex jitolbu inkjesta dwar Konrad Mizzi, Keith Schembri, min xtrahom u min għenhom jinxtraw. It-test tal-istqarrija jinsab wara l-vidjo u miegħu ir-rikors u d-dokumentazzjoni li ddaħħlu l-qorti llum. https://youtu.be/ATRzdRL1H5g Aħna ta’ Repubblika llum għamilna rikors fil-Qorti biex nitolbu li ssir [...]

Il-President m’għandux jidħol f’kontroversji: speċjalment dwar tibdil tal-Kostituzzjoni

By
2019-03-06T13:49:31+01:00Wed, 6th Mar '19, 13:49|

Stqarrija tal-lum ta' Repubblika Ftit siegħat qabel in-nomina ta’ George Vella bħala President ta’ Malta, smajna li l-predeċessur tiegħu Marie Louise Coleiro Preca, issospendiet is-sensiela ta’ laqgħat li kienet qed tmexxi ta’ kumitat magħmul minn rappreżentati nnominati minn Joseph Muscat u Adrian Delia biex imexxu tibdiliet għall-Kostituzzjoni. Rapporti fl-aħbarijiet taw x’jinftihem li qabel aċċetta n-nomina, [...]

Tħassib ‘ġurnalistiku’ dwar fjuri offensivi

By
2019-03-07T08:49:10+01:00Wed, 6th Mar '19, 11:45|

Sa din il-ġimgħa stess, il-mezzi tax-xandir madwar id-dinja xandru rapporti li permezz tagħhom esprimenw l-iskantament tagħhom għall-kampanja mxajtna li kuljum qed jagħmel il-gvern biex iwarrab fjuri, xemgħat u messaġġi li jitħallew minn membri tal-pubbliku mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir quddiem il-bini tal-Qorti. U biex żgur ma jibqgħux lura, l-ġurnalisti onesti, bilanċjati, kuraġġużi u rispettati mid-dinja kollha tas-Super [...]

Waqt li kien qed iħejji biex ivara l-Pilatus Bank, Ali Sadr kien ta struzzjonijiet lill-ħaddiema tiegħu biex jostru n-nisel Iranjan tiegħu

By
2019-03-07T08:49:52+01:00Wed, 6th Mar '19, 11:38|

Waqt li kien qed iħejji biex jiftaħ il-Pilatus Bank f'Malta, Ali Sadr Hasheminejad kien ta struzzjonijiet lill-ħaddiema tiegħu biex jassiguraw li n-nisel Iranjan tiegħu u r-rabtiet li għandu mal-Iran jibqgħu misturin. Dan kollu jirriżulta minn e-mails li Ali Sadr kien bgħat mill-kont personali Gmail li ġew f'idejn investigaturi Amerikani waqt li kienu qed jinvestigaw lil [...]

Kontroll fuq il-ġejjieni

By
2019-03-05T03:18:48+01:00Mon, 4th Mar '19, 17:12|

Dan l-aħħar ġietni f'moħħi frażi li darba kien uża Simon Busuttil — ‘Labour-proof’ — frażi li tal-Labour qalgħuha mill-kuntest tagħha u tkażaw dwarha għax, skont huma, ħolqot il-firda. M'għandniex xi ngħidu, l-intenzjoni wara dik il-frażi kienet li titqiegħed ir-responsabbiltà fuq spallejn dawk li huma mċappsin bil-korruzzjoni. Hemm dawk li jgħidu li huma "oġġettivi" li jsostnu [...]

Tgħid indenjaw ruħħom jaqraw il-kitba fuq il-ħajt?

By
2019-03-05T14:01:15+01:00Mon, 4th Mar '19, 14:27|

Is-sondaġġi ta' kull xahar imxandra mill-Malta Today, li l-bieraħ ġew konfermati wkoll minn it-Torċa, jkomplu jikkonfermaw ix-xejra konsistenti li tkejjlet fuq aktar minn sena sħiħa dwar id-differenza enormi ta' 70,000 elf vot bejn il-PL u l-PN. Għalkemm mis-sondaġġi li ttieħdu riċentement, jidher li l-PN għamel pass żgħir 'il quddiem, il-mexxej tiegħu kompla jegħreq 'l isfel [...]

L-skrivan tal-bank u l-assistent f’ħanut tan-nuċċalijiet approfittaw ruħħom

By
2019-03-05T03:19:32+01:00Mon, 4th Mar '19, 07:10|

Matthew Caruana Galizia kiteb dan l-artiklu għall-website investigattiv Serb Krik, hu u jwissi kontra l-idea li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea bilfors tfisser duwa u rimedju awtomatiku għall-feriti u għad-difetti strutturali. Lill-qarrejja Serbi tiegħu jgħidilhom s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tat il-lala lil dawk li huma maħmuġin u korrotti li qabel setgħu jimirħu biss fil-konfini ristretti ta' [...]

Repubblika dwar kif issir riforma tal-Kostituzzjoni

By
2019-03-03T05:27:05+01:00Sun, 3rd Mar '19, 05:27|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika ssottometiet rakkomandazzjonijiet bil-miktub lill-President ta’ Malta u l-Kumitat ta’ Tmexxija dwar Riforma Kostituzzjonali dwar il-proċess li għandu jitħaddem biex jiġu kkunsidrati u approvati tibdiliet Kostituzzjonali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinkludi informazzjoni fil-qosor dwar studji tal-każ t’inizjattivi kostituzzjonali li rnexxew jew li fallew f’pajjiżi oħra li jagħtu tagħlimiet li għandhom jinfurmaw id-disinn tal-proċess għall-inizjattiva [...]

Dan il-gvern m’huwiex gvern Ewropew

By
2019-03-03T05:32:18+01:00Sat, 2nd Mar '19, 17:03|

Għal darb'oħra Joseph Muscat qabbad lil ta' taħtu biex iħaqquha mal-ġurnalisti, din id-darba ġurnalisti ta' El Pais, u biex jippruvaw jikkonvinċuhom li qed jagħmlu sewwa meta jixkupaw ix-xemgħat u l-fjuri li qed jitħallew ma' mafkar fil-Belt Valletta kemm ilha li ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia. El Pais irrappurtat li "skont kelliem, il-problema tikkonsisti fil-fatt li [...]

El Pais: Il-battalja tossika tal-fjuri u x-xemgħat

By
2019-03-03T05:30:54+01:00Sat, 2nd Mar '19, 16:51|

Segwu din l-intervista, waħda mill-aħjar li qatt segwejt, li Matthew Caruana Galizia ta' lill-ġurnal Spanjol El Pais. https://youtu.be/l17oXkSp6pY Bran mir-rapport fil-ġurnal dwar l-intervista: "Jeżisti kuntrast bejn l-attenzjoni kollha li l-Ewropa qed tagħti lil Malta, it-tifħir li qalgħet Daphne Caruana Galizia fi Strasbourg fejn il-kamra tal-istampa tal-Parlament saħansitra issemmiet għaliha u l-fastiju li qed isibu [...]

Battalja taż-żfin

By
2019-03-02T15:14:29+01:00Thu, 28th Feb '19, 11:06|

It-Times of Malta xandritha bħala "Aħbar Mhux tas-Soltu". Iżda hi tabilħaqq mhux tas-soltu? Fi tweet b'filmat li għamlet Maria Efimova, din tidher tiżfen ma' żewġ nisa oħrajn u fl-istess waqt tisfida lil Joseph Muscat: qaltlu “nisfidak tingħaqad miegħi f'battalja taż-żfin u min minna jitlef din il-battalja huwa sid Egrant”. @JosephMuscat_JM, I challenge you to a [...]

500 jum

By
2019-02-28T08:31:07+01:00Thu, 28th Feb '19, 08:31|

Stqarrija ta' #Reżistenza Wara 500 jum il-mandanti għadhom igawdu impunita’ u l-poter Ħames mitt jum mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, il-madanti ta’ dan id-delitt faħxi għadhom ma’ saqajna, igwadu impunita’ u l-poter. Qatt ma instema’ li ġurnalist inqatel għal gidba li qal. Il-ġurnalisti dejjem inqatlu b’ritaljazzjoni għall-verità li jkunu kixfu jew biex jitwaqqfu milli jistabbilixxu [...]

Skont il-Kummissjoni Ewropea sar “progress limitat” f’Malta fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

By
2019-02-28T16:24:29+01:00Wed, 27th Feb '19, 17:24|

Il-Kummissjoni Ewropea ikkritikat lill-gvern Malti talli ma ħax passi serji biex jiġġieled il-korruzzjoni. Fir-rapport tagħha dwar Malta li xxandar illum, il-Kummissjoni Ewropea lmentat li l-Pulizija għandha nuqqas ta' riżorsi umani filwaqt li l-kummissjoni permanenti dwar il-korruzzjoni m'hix kapaċi taġixxi b'mod indipendenti u effettiv minħabba nuqqasijiet fl-istruttura tagħha.  Il-Kummissjoni nnutat li kien hemm "progress limitat" f'dik [...]

Jinħarġu taħrikiet fl-Indja kontra dawk li ħolqu kumpanniji f’Malta biex jaħarbu mill-ħlas tat-taxxa

By
2019-02-27T16:06:43+01:00Tue, 26th Feb '19, 20:17|

Il-Ministeru tal-Finanzi tal-Indja bi ħsiebu jibda' jħarrek dawk iċ-ċittadini Indjani li nqabdu b'kumpanniji sigrieti li ma kienux ġew dikjarati lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Indja, liema kumpanniji kienu nkixfu bis-saħħa tal-Paradise Papers. F'Novembru tal-2017, l-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ) skopriet numru ta' kumpanniji reġistrati f'diversi pajjiżi kompriż f'Malta. Fil-ġurnal The Indian Express ġie rappurtat li saret kawża [...]

Joseph Muscat lis-Soċjalisti: “Warrbu min-nofs lill-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u affarijiet simili”

By
2019-02-26T10:23:26+01:00Mon, 25th Feb '19, 13:50|

Aqraw din l-intervista li Politico għamel lil Joseph Muscat.  Għal mument, tieħu l-impressjoni li dak li qal jifforma parti minn dibattitu tattiku dejjaq li qed isir fi ħdan is-Soċjalisti Ewropej li fih Joseph Muscat joħroġ bi strateġija inklussiva ċentrista kemmxejn imxaqilba lejn il-lemin. M'hemmx fejn titfixkel f'dak li huwa kuntest. Is-Soċjalisti fl-Ewropa jinsabu minn taħt [...]

Il-familja ta’ Salvu Ellul “tforni tonn illegali lil Spanja” — rapport

By
2019-03-02T15:16:21+01:00Mon, 25th Feb '19, 13:14|

Nota: f'verżjoni aktar bikrija ta' din l-istorja ġie rappurtat li l-MFF tagħmel parti mill-Elbros Group. Dan mhux korrett. Salvu Ellul kien diġà nfired mill-Elbros Group qabel seħħ dak li gie deskritt fir-rapport. F'rapport ieħor li xxandar fil-website ġurnalistiku nvestigattiv Spanjol El Confidencial hemm xiljiet kontra MFF Ltd, li tagħmel parti mill-grupp ta' Salvu Ellul u [...]

Go to Top