Il-Pulizija Spanjola tinterċetta konversazzjonijiet telefoniċi tal-Direttur tas-Sajd Maltija li fihom instemgħet titlob ħlas bħala tixħim – sit Spanjol tal-aħbarijiet

By
2019-02-13T11:03:09+01:00Tue, 12th Feb '19, 09:40|

Illum is-sit elettroniku Spanjol El Confidencial xandar rapport dwar l-interċettazzjoni min naħa tal-Benemerita (il-pulizija ċivili Spanjola) ta' konversazzjonijiet telefoniċi li “bis-saħħa tagħhom inkxfu r-rabtiet li hemm bejn il-Kap tad-Dipartiment tas-Sajd f'Malta u organizzazzjoni kriminali li hi mdaħħla fis-sajd u l-bejgħ illegali tat-tonn”. Ir-rapport huwa msejjes fuq konversazzjoni telefonika li seħħet fl-20 ta' Ġunju 2018 bejn [...]

Jinsa’ dak li jaqbillu jinsa’

By
2019-02-12T15:08:40+01:00Mon, 11th Feb '19, 10:03|

Raphael Vassallo kiteb b'kemm jesa' patafjun fil-MaltaToday tal-bieraħ biex igħidilna li kien bi ħsiebu jwieġeb raġuni b'raġuni għal kull waħda mit-13 il-raġuni tiegħi il-għala nsostni li l-kelma ħielsa f'Malta tinsab mhedda. Sa fejn stajt nara, qata' qalbu u wasal sa raġuni numru 4 biss. Ma jimpurtax. Tagħsar kemm tagħsar l-argumenti tiegħu, tasal dejjem għall-istess konklużjoni [...]

Repubblika talbet lill-KE taġixxi fuq il-falliment ta’ Malta li tinfurza l-liġi kontra l-ħasil tal-flus fil-konfront ta’ politiċi korrotti

By
2019-02-11T09:32:13+01:00Sun, 10th Feb '19, 11:36|

Repubblika kitbet formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel ilment dwar ksur tal-liġi Ewropea mill-awtoritajiet Maltin meta qed jonqsu li jinfurzaw il-liġi dwar il-ħasil ta’ flus fil-konfront ta’ persuni fil-poter. Repubblika għamlet l-ilment fuq din il-bażi legali: Ksur tal-provvedimenti tad-Direttiva 2005/60/EC (it-tielet direttiva kontra l-ħasil tal-flus) u Tad-Direttiva li ħaditilha postha 2015/849 (ir-raba’ direttiva kontra l-ħasil tal-flus), [...]

Kliem mitkellem mill-warrani ta’ Raphael

By
2019-02-08T15:55:05+01:00Thu, 7th Feb '19, 14:04|

Din il-ġimgħa Raphael Vassallo kiteb artiklu taħt it-titlu li ġej: “Il-libertà tal-kelma tfisser ukoll il-liberta' li titkellem mill-warrani”. Għal dak li kiteb, ma setax għażel titlu aħjar. Dan irid jipperswadina li għal-liberta' tal-kelma f'Malta kollox ward u żahar u li min jilmenta li mhux kollox ward u żahar ikun qed jitkellem mill-warrani. Tgħid mhux hekk. [...]

Il-ħtija tixgħel f’wiċċu

By
2019-02-07T17:50:20+01:00Thu, 7th Feb '19, 02:51|

Il-bieraħ filgħaxija d-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ stqarrija li, fl-annali tal-istorja tiegħu, tista' titqies bħala waħda li tixbah sew lil dawk li kienu jinħarġu mill-gvernijiet ta' wara l-Purtiera tal-Ħadid. Konrad Mizzi sab mezz biex jurina dwar kemm hu kapaċi għall-gabirjoli, dwar kemm hu kapaċi għall-gideb u dwar kemm hu kapaċi jemmen il-gideb tiegħu stess. Bħal donnu jippretendi u [...]

Ma jafx jistħi

By
2019-02-07T17:47:35+01:00Wed, 6th Feb '19, 08:16|

Qabel tkompli taqra', segwi dawn l-49 sekonda ta' velenu li jqallagħlek l-istonku. https://www.facebook.com/robertabelaPL/videos/302895860420894/ Eżempju klassiku ta' tribaliżmu. Membru Parlamentari Laburista, li ma jifformax parti mill-gvern, jagħmel għażla strateġika u makakka billi lill-partitarji Laburisti jgħidilhom li tal-Labour għandhom "jibżgħu għan-nies tagħhom": messaġġ li, f'pajjiż mifni kif inhu bil-klijenteliżmu, ma jiskanta lil ħadd. Naf li, issa li [...]

Jean Claude Micallef kemm jiflaħ ikun ċuċ?

By
2019-02-06T08:22:10+01:00Tue, 5th Feb '19, 14:22|

Dalgħodu ktibt dwar il-kritika ammirevoli lir-razzisti li għamlet bint il-vittma Malti tal-attakk terroristiku talli dawn waħħlu f'kull min hu mis-Somalja għall-qtil ta' missierha li kien għadu kemm twettaq minn Somalu. Min jirraġuna b'dan il-mod jien sejjaħtlu ċuċ. U Jean Claude Micallef dlonk tfaċċa fix-xena. Dan il-post ittella' fl-istess ħin li jien ktibt il-blogpost tiegħi dalgħodu. [...]

Allura Franco Debono għandu liberta’ aktar milli kellha Daphne Caruana Galizia?

By
2019-02-05T13:57:45+01:00Tue, 5th Feb '19, 12:13|

Joseph Muscat ġie mitlub jikkummenta dwar dak li kiteb Franco Debono fejn ġie mixli li huwa sid l-Egrant jew qrib is-sid ta' din il-kumpannija u li hu l-aktar prim ministru korrott fl-istorja ta' Malta. Joseph Muscat superfiċjalment wieġeb li dak li ntqal dwaru kien “libertà tal-kelma”. Tweġiba bħal din tħalli bla kliem lil min ikun [...]

Emoraġija

By
2019-02-05T13:55:53+01:00Sun, 3rd Feb '19, 09:47|

Il-Partit Nazzjonalista jinsab eżatt fejn iriduh tal-Labour: tant jinsab lura li għadu stordut. Mir-riżultat tas-sondaġġi li xandar illum il-ġurnal MaltaToday, jirriżulta li għal kull persuna li bi ħsiebha tivvota PN, hemm tnejn li ser jivvotaw Labour. U n-numru ta' dawk li mhux bi ħsiebhom jivvutaw - jiġifieri 13% - baqa' stabbli. Dawk li m'humiex ċerti [...]

Repubblika trid sehem fid-diskussjonijiet dwar riformi Kostituzzjonali

By
2019-02-03T08:40:41+01:00Sun, 3rd Feb '19, 08:40|

Repubblika bagħtet din l-ittra lill-President: L-1 ta’ Frar, 2019 Il-President ta’ MaltaIl-PalazzIl-Belt Valletta Sinjura President, Dwar: Riforma Kostituzzjonali Repubblika hi organizzazzjoni mhux governattiva mwaqqfa biex tippromwovi d-drittijiet ċivili, il-ħajja demokratika, is-saltna tad-dritt, il-kelma ħielsa, il-libertajiet personali, l-inklużjoni soċjali, il-konservazzjoni tal-ambjent, is-sostenibbilta’ ekonomika u l-ugwaljanza tal-aċċess. Dan tagħmlu billi tieħu sehem attiv fid-djalogu nazzjonali u b’inizjattivi [...]

Fejnhom issa dawk li kienu xebgħu iwerżqu li “Franco għandu raġun”?

By
2019-02-01T12:45:28+01:00Fri, 1st Feb '19, 09:39|

Franco Debono kien u baqa' persunaġġ kontroversjali. Iżda barra li huwa kontroversjali, huwa wkoll il-Kummissarju tal-Liġijiet li fl-2013 meta nħatar fil-kariga Owen Bonnici kien sejjaħlu, bħala “l-persuna responsabbli għat-tneħħija ta' liġijiet kunfliġġenti li tqiesu mill-Qorti Kostituzzjonali bħala liġijiet li jiksru l-Kostituzzjoni u d-drittijiet fundamentali" u bħala l-persuna “li ser imexxi r-riforma Kostituzzjonali”. Skond Owen Bonnici, [...]

Lil Joseph Muscat, Maria Efimova tgħidlu: “Dak li xhedt nikkonfermah”

By
2019-02-01T12:43:41+01:00Thu, 31st Jan '19, 16:25|

Maria Efimova, ix-xhud li kienet xehdet fl-inkjesta Egrant liema nkjesta l-Prim Ministru qed igħid li eżoneratu mill-akkużi ta' tixħim u ta' ħasil ta' flus, illum wieġbet ftit wara li Joseph Muscat għamel stqarrija fil-qorti. Well, don't want to sound heroic, but I will stand by what I've witnessed even if all the others withdraw. https://t.co/ZZa4I3IiDD— [...]

Id-dmugħ u t-tbissim ma jbiddlu xejn

By
2019-01-31T15:45:45+01:00Thu, 31st Jan '19, 13:25|

Illum Joseph Muscat għadda ġuri lill-ġurnaliżmu. U sabu ħati. L-ewwel għandkom issiru tafu d-dettalji ta' dak li seħħ dalgħodu fil-qorti.  Aqraw ir-rapport imxandar fil-ġurnali. Joseph Muscat kien qed jixhed fil-kawża li huwa kien għamel lil Daphne Caruana Galizia li fiha xlieha li mmalafamatu meta xandret storja fis-sens li martu - u allura hu wkoll - [...]

Il-veru jum il-ħelsien għad jisbaħ.

By
2019-01-31T15:44:53+01:00Tue, 29th Jan '19, 17:29|

Jekk int mingħalik li l-ġustizzja ssir għax tkun tlabtha, għadek ma fhimt xejn. Jekk xejn, Simon Busuttil qed jeżawrixxi l-possibilitajiet kollha li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jara li jiġi applikat il-prinċipju li l-ġustizzja qiegħda hemm għal kulħadd u li meta s-setgħan jinqabad jikser il-liġijiet, m'għandux igħaddiha lixxa u għandu jiffaċċja l-konsegwenzi li jkollu jiffaċċja ħaddieħor. [...]

Il-ħtieġa għal inkjesta indipendenti qed issir aktar urġenti

By
2019-01-29T17:38:20+01:00Tue, 29th Jan '19, 09:33|

Eks-kuntistabbli tal-Pulizja li fl-2016 kien xhud tal-prosekuzzjoni fil-ġuri ta' David Gatt li kien mixli bis-serqa li kienet saret fl-2011 mill-HSBC Bank, il-bieraħ intbgħat fl-Isptar Monte Carmeli. Nhar is-Sibt li għadda kiteb fil-Facebook u xela' lil David Gatt u lil dak li kien sieħbu fl-istess ditta legali Chris Cardona li kienu l-imħuħ wara l-assassinju ta' Daphne [...]

Membru Parlamentari se jiġi mixli b’vjolenza domestika. Laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari PN għal-lum wara nofsinhar.

By
2019-01-29T17:37:41+01:00Mon, 28th Jan '19, 14:06|

Se jkun hemm min jissimpatizza ma' Anton Refalo hekk kif jiġi mixli fil-Qorti li sawwat lil ibnu li għandu 16 il-sena. It-Times of Malta irrappurtat li Refalo rrabja ma' ibnu meta dan sema' mingħand missier it-tfajla li kellu li hu (jiġifieri ibnu) kien xerred pornografija bi tpattija fuq l-internet hekk kif tħassret ir-relazzjoni li kellu [...]

Repubblika mwaqqfa formalment

By
2019-01-26T13:38:04+01:00Sat, 26th Jan '19, 13:38|

Stqarrija ta' Repubblika: Erbgħin persuna minn setturi differenti tal-ħajja Maltija l-bieraħ fil-għaxija iffurmaw formalment ‘Repubblika’, organizzazzjoni mhux governattiva bil-għan li tippromwovi d-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’Malta. Fil-laqgħa li saret il-bieraħ fil-Floriana, il-membri fundaturi ta’ Repubblika approvaw l-istatut tal-organizzazzjoni li qed jiġi ppubblikat fuq il-paġna elettronika ta’ Repubblika www.facebook.com/Repubblika. Il-membri approvaw ukoll il-ħatra tal-ewwel kumitat eżekuttiv ta’ Repubblika, [...]

Ngħidu kelma dwar id-drittijiet tal-bniedem?

By
2019-01-29T17:36:36+01:00Fri, 25th Jan '19, 10:58|

Ħadd m'hu qed jippretendi li Recep Erdogan se jibdel it-triq li qabad għax se tkun qaltlu biex jagħmel dan Marie Louise Coleiro Preca. Daqs kemm ħadd m'hu se jistenna li din se tmur tgħid lil Recep Erdogan li Malta hi xi kapurjun tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertà tal-kelma u tas-saltna tad-dritt. Wara kollox dan setgħet qalitu wkoll [...]

MEPs jistaqsu lill Kummissjoni jekk, wara r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja, għandux jinbeda’ proċess fuq Malta dwar is-saltna tad-dritt.

By
2019-01-29T17:35:08+01:00Fri, 25th Jan '19, 08:50|

Tliet membri tal-Parlament Ewropew għadhom kemm ressqu mistoqsija lill-Kummissjoni Ewropea li titlob li, fl-isfond tar-rapport dwar Malta mħejji mill-Kummissjoni ta' Venezja, kinitx issa lesta li “tniedi djalogu kostruttiv dwar is-saltna tad-dritt”. Dan mhu xejn ħlief kliem li fil-fatt iħeġġeġ li ssir pressjoni fuq Malta biex isiru r-riformi meħtieġa sabiex ma jkollhiex għalfejn tiffaċċja konsegwenzi politiċi. [...]

Storja m’hix gidba jekk jiġi pruvat li hi vera.

By
2019-01-25T10:27:26+01:00Thu, 24th Jan '19, 14:55|

Għiduli ftit xi spjegazzjoni qatt jista' jkun hemm meta Keith Schembri jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet fil-qorti dwar 17 Black u Macbridge? Il-kawża li qed nikteb dwarha hi dik li beda' Keith Schembri stess biex jiddefendi ruħu wara li Simon Busittil kien kien ġibed il-konklużjonijiet tiegħu hekk kif ixxandru l-Panama Papers u, kif kienet stqarret Daphne [...]

Go to Top