Jinqala’ għall-Karlati

By
2018-09-11T23:17:07+02:00Fri, 31st Aug '18, 16:25|

Lil Karl Stagno Navarra minn dejjem niftakru bħala bniedem midjun li kien ikollu ruxxmata kredituri fferoċjati jiġru warajh għall-ħlas. Għalkemm huwa giddieb mill-kbar, Karl kapaċi ħafna li jurik id-debba biex imbagħad - ħelu ħelu - jqabbiżlek il-ħmara. F'din il-gżira ċkejkna ilu għomru u żmienu jgħaddi ż-żmien bin-nies u jisraqhom ħajjin fl-istess ħin. Meta sitta u [...]

17-Black: l-awtoritajiet diġà ilhom sitt xhur jafu min hu sidha. Iżda aħna ma nafux.

By
2018-09-11T23:15:26+02:00Fri, 31st Aug '18, 16:19|

L-aġenzija ta' kontra l-ħasil tal-flus tal-Latvja infurmat lil Ana Gomes li ilha sitt xhur li għaddiet infomazzjoni lill-awtoritajiet Maltin dwar il-kumpannija 17 Black. E-mails li xxandru dwar 17 Black juru li din hi waħda minn żewġ kumpanniji li kienet intrabtet li tgħaddi l-miljuni fil-kontijiet bankarji tal-kumpanniji ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi fil-Panama. U [...]

France 24: Ali Sadr u Iranjani oħra tal-isem biss

By
2018-09-11T23:18:17+02:00Fri, 31st Aug '18, 15:36|

Il-ġurnalista Denise Hassanzade Ajiri li tgħix New York xandret rapport fuq is-sit France 24 dwar "Iranjani tal-isem biss" li, bil-għan li jevitaw u jiksru s-sanzjonijiet Amerikani, jużaw il-passaporti ta' pajjiżi oħra. L-istorja li xandret tittratta dwar Ali Sadr Hasheminejad, bniedem imwieled l-Iran li xtara passaport tas-St Kitts and Nevis biex ikun jista' jinnegozja fl-Istati Uniti, [...]

Aħjar minn daqqa ta’ trakk

By
2018-08-31T09:39:07+02:00Fri, 31st Aug '18, 09:39|

Gvernijiet Laburisti m'għamlu xejn ta' barra minn hawn. Il-gvern li għandna llum żgur ma vvinta xejn ġdid. Gvernijiet Nazzjonalisti wkoll kienu jibgħatu ċekkijiet lil bosta persuni bħala rifużjoni ta' ħaġa jew oħra. M'hux daqstant importanti min jagħmel dawn l-affarijiet: din il-prattika hi waħda populista, mimlija ħela u bla skop. Illum il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li l-gvern [...]

Dan mhuwiex xi spettaklu. Dan diżastru.

By
2018-09-11T23:21:22+02:00Fri, 31st Aug '18, 08:21|

Il-ħruq li seħħ fil-miżbla tal-Magħtab m'hi xejn ħlief diżastru. Minħabba d-dħaħen li żviluppaw, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iwissi lin-nies biex jibqgħu f'darhom u biex iżommu t-twieqi maqfulin biex jiġi evitat kuntatt ma' dħaħen tossiċi. Nittamaw li d-dħaħen jittajjru mir-riħ għal fuq il-baħar. Jeħtieġ niftakru li fil-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni tal-2013, il-Partit Laburista kien għamel kruċjati [...]

Go to Top