Dan li ġej huwa meħud minn artiklu miktub minn Frank Vogl, wieħed mill-fundaturi ta’ Transparency International u awtur ta’ Waging War on Corruption:

“Waqt konferenza li saret dan l-aħħar f’Kopenħagen dwar il-korruzzjoni madwar id-dinja, Matthew Caruana Galizia tkellem dwar il-qtil ta’ ommu. L-artiklu tagħha kienu qegħdin jitfgħu dawl fuq il-korruzzjoni sistematika li teżisti fi ħdan il-gvern ta’ Malta. B’mod partikolari, Daphne Caruana Galizia ffokat il-kitbiet tagħha fuq żewġ uffiċjali għolja.

Hi ħaġa li bilkemm titwemmen – iżda li fil-fatt hi realtà – li wħud minn dawk l-istess uffiċjali li kienet kitbet dwarhom issa jinsabu mdaħħlin fit-taparsi investigazzjoni dwar il-qtil tagħha. Matthew tkellem b’saħħa dwar il-ħtieġa li nispiraw ruħna mill-kuraġġ li kellha ommu. Hi kienet ta’ eżempju uniku għall-ġurnalisti u għall-attivisti għax kienet mara li qatt ma ċediet għall-pressjoni tal-politiċi korrotti, ikunu x’ikunu l-konsegwenzi u r-riskji”.

Dan l-aħħar Transparency International ippremjat lil Daphne Caruana Galizia għall-ġlieda tagħha kontra l-korruzzjoni. L-artiklu ta’ Frank Vogl ixxandar f’The Globalist. Aqraw l-artiklu kollu hawn.