Il-Kunsill tal-Ewropa llum ifakkar il-Jum Dinji kontra l-Korruzzjoni.
Hawn Malta ilna nikkumbattu l-korruzzjoni kuljum għal xhur u snin. Hawn qed taraw attivisti bħalissa barra l-bini ta’ Kastilja u hemm oħrajn li ilhom jokkupaw id-daħla tal-istess bini minn dalgħodu u li magħhom ma nistax nikkomunika għaliex il-pulizija qafluhom ġewwa.
Hawn nieżla xita qliel. Iżda maħruqin kif ninsabu b’gvern li jinsab imkaħħal mas-setgħa minkejja li huwa implikat fi qtil, ix-xita servietna ta’ solljiev.
Ejjew ingħaqdu magħna.
Il-protesti jeħtieġ ikomplu.
Fil-frattemp għadni kemm qrajt dan it-tweet ta’ David Casa. Jekk int tinsab fi Brussell jew x’imkien qrib niżżel appuntament fid-djarju tiegħek. Lid-dinja uruha li Malta mhix Joseph Muscat. U li wħud minna huma nies diċenti.
Fi Brussell bilkemm iridu jemmnu li @JosephMuscat_JM baqa’ mkaħħal mas-setgħa minkejja ċ-ċirkostanzi. In-nies tinsab irrabjata, kemm hawn kif ukoll f’#Malta.
Il-komunità #Maltija fi Brussel ser issemma’ leħinha qabel il-laqgħa tal-Kunsill tal-UE. Jien ser inkun magħhom.
— David Casa (@DavidCasaMEP) December 9, 2019