Għadni ma sibtx il-ħin biex naqra r-rapport Egrant minn tarf sa tarf. Dan ir-rapport fiħ 1,501 paġna u ma tistax tiflieħ f’ħakka t’għajn.

Dan ir-rapport għad irid jiġi mgħarbel bir-reqqa. Mal-medda taż-żmien, Godfrey Leone Ganado bi ħsiebu jipprovdi sensiela ta’ kummentarji analitiċi għal din il-website li ser ikomplu jmexxu d-diskussjoni ‘l quddiem. Iżda minn dak li ħareġ s’issa, jidher li numru ta’ kummenti huma tabilħaqq ġustifikati.

Għaldaqstant, illum bi ħsiebni nikteb sensiela ta’ kitbiet bil-għan li ssir evalwazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni wara li l-bieraħ il-PN xandar kopja sħiħa tal-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant.