Il-kriżi kostituzzjonali li ninsabu fiha kompliet tiħrax il-bieraħ. Il-Partit Laburista ħareġ stqarrija dwar il-laqgħa li saret fil-Girgenti tal-grupp parlamentari tal-Labour. Din l-istqarrija qalet li l-grupp għandu fiduċja sħiħa u f’Joseph Muscat.
Dan huwa politikament problematiku u dubjuż.
Nibdew biex, għandna sitwazzjoni li fiha ċ-chief of staff tal-mexxej għamel attentat ta’ frame up fuq ministru Laburista dwar qtil. Iżda ejjew nitkellmu dwar dan aktar tard. Tal-grupp parlamentari tal-Labour mhux biss espriemew il-fiduċja fil-mexxej tagħhom: lil Joseph Muscat tawh is-setgħa li jagħmel li jrid u l-bqija tal-pajjiż ikollu joqgħod. Meta l-membri tal-fergħa leġislattiva jagħtu s-setgħa mingħajr kontabilità b’dikjarazzjoni ta’ appoġġ jiġri x’jiġri, ikun qed jiftħu l-bibien beraħ għad-dittatorjat. Dittatur jingħata s-setgħa li jagħmel dak li jfettillu mingħajr ma jkollu għalfejn jirrispondi lejn ħadd.
Effettivament, tal-grupp parlamentari Laburista – il-grupp li għandu l-akbar numru ta’ siġġijiet fil-parlament u li għalhekk għandu s-setgħa li jiddeċiedi – issospendew is-setgħat u r-responsabbiltajiet kostituzzjonali tagħhom biex lil prim ministru jgħaddulu setgħa bla limiti. Din il-mossa kienet waħda perikoluża.
Min jaħseb li Joseph Muscat beda’ triq biex iwarrab, għadu ma fehem xejn. Għalkemm fit-12 ta’ Jannar mhux ser jibqa’ mexxej tal-partit, ma jidhirx li ġiet fissata data li fiha ser jitlaq il-kariga ta’ prim ministru. Ser jibqa’ fil-kariga biex ikun f’pożizzjoni li jimmanipula l-elezzjoni tass-suċċessur tiegħu biex b’hekk ikun jista’ jwarrab bil-kundizzjonijiet li jiddetta hu u bi ftehim mal-mexxej il-ġdid. Tal-grupp parlamentari Laburista l-fiduċja li esprimew fih jistgħu jirrevokawha meta jridu. Iżda ġaladarba għaddewlu setgħat dittatorjali, dawn is-setgħat ma jistgħux jieħduhomlu.
Madankollu hemm ħafna kurrenti għaddejjin minn taħt. Joseph Muscat għalkemm huwa dittatur, huwa pupazz. Araw ftit, per eżempju, kif Chris Cardona ssospenda lilu nnifsu (proċedura li ċertament ma tipprovdix għaliha l-Kostituzzjoni) u hekk kif ħass li seta’ jerġa’ jieħu postu lura, qabad u ħabbar li kien daħal fl-uffiċċju ministerjali tiegħu. Joseph Muscat – dak li għadu jgħid li hu l-prim ministru – ma ġie ikkalkulat xejn.
Il-Parlament mhux biss ċeda r-responsabbiltajiet u d-drittijiet tiegħu favur l-eżekuttiv. Għamel dan ukoll biex igħatti xtur ta’ dawk li tassew għandhom is-setgħa li jiddeċiedu dak li ser iseħħ fit-42 jum li ġejjin u fil-ġranet ta’ wara.
Il-mafja qatgħetha li triq tiddeċiedi hi min ser ikun il-mexxej ġdid tal-Partit Laburista u tal-grupp parlamentari tal-Labour issa ċedew is-setgħa li kellhom li jagħmlu reżistenza kontra dan l-attentat.
Is-sitwazzjoni ser tkompli tmur għall-agħar.