Wasal il-mument tal-verità

By
2020-02-08T22:57:32+01:00Sat, 8th Feb '20, 13:00|

Adrian Delia mingħalih li ma jista' għalih ħadd. Mid-dehra, fl-immaġinazzjoni tiegħu qed joħlom b'imgħoddi li fih il-ġganti politiċi kienu jmexxu l-partiti rispettivi tagħhom u li fihom ħadd ma kien jista' għalihom. Konvenjentement jonqos li jsemmi li dawn il-ġganti politiċi kienu jkunu ilhom jaħartu l-għalqa politika minn wara l-kwinti. Fl-aħħar tliet snin, kemm ilu li tfaċċa [...]

Mhux ma jridx iwarrab: ma jistax iwarrab.

By
2020-02-07T12:11:43+01:00Fri, 7th Feb '20, 11:05|

Aktar ma jgħaddu ġranet, il-każ favur l-issuktar tat-tmexxija ta' Adrian Delia fit-tmun tal-PN qed isir dejjem aktar dgħajjef. Il-bieraħ huwa stqarr li ma kienx lest li jittradixxi lil dawk li jridu lill-PN ikun qrib in-nies. Tgħid għal min qed jirreferi? Forsi qed jirreferi għal dawk it-13% li jgħidu li għad għandhom fiduċja fih? Għaliex s'issa [...]

Louis Galea jitlob li tissejjaħ laqgħa tal-kumitat eżekuttiv: “il-bidliet fit-tmexxija huma urġenti”

By
2020-02-06T21:27:09+01:00Thu, 6th Feb '20, 14:45|

Louis Galea, wieħed mill-kolonni storiċi tal-PN li fl-2019 intalab minn Adrian Delia biex jirrakkomanda riformi bil-għan li l-PN jerġa' jieħu r-ruħ, illum xandar il-kontenut ta' ittra li kiteb lill-kap tal-partit li fiha nsista li għandhom iseħħu bidliet immedjati fit-tmexxija tal-partit. F'din l-ittra, Louis Galea jilmenta mill-fatt li t-tmexxija tal-partit kaxkret saqajha għal xhur sħaħ wara [...]

Qata’ figura patetika

By
2020-02-06T15:35:08+01:00Thu, 6th Feb '20, 14:29|

Segwu din l-intervista klassika Jacob Borg għamel lil Adrian Delia hu u dieħel l-uffiċċju tiegħu dalgħodu. Adrian Delia deher imfarrak. Kien qiesu għadu kemm qam mis-sodda. Bl-aktar mod patetiku lanqas biss kellu l-enerġija biex jintebaħ li ma kienx qed jitħalla jdawwar id-diskors. Jacob Borg hu ġurnalista twil fl-istatura u lanqas dan il-fatt ma ġiegħel lil [...]

It-torri qed jiġġarraf

By
2020-02-06T21:04:19+01:00Thu, 6th Feb '20, 14:12|

F'Novembru li għadda t-tmexxija tal-Partit Laburista kellha problema f'ħoġorha. Il-mexxej tal-partit kien popolari ħafna mal-partitarji tagħhom tant li min fis-sondaġġi kien jistqarr li kien ivvota Labour, kien jistqarr ukoll li jafda lil Joseph Muscat. Iżda minħabba l-fatt li Muscat kien ġie implikat f'cover-up dwar qtil li għal sentejn sħaħ ħakem l-aġenda tal-gvern, kien jeħtieġ li [...]

Il-pulizija qed jinvestigaw lil Adrian Delia u mhux lil Robert Abela

By
2020-02-05T21:00:04+01:00Wed, 5th Feb '20, 16:07|

Fil-Qorti llum is-Supretendent Ray Aquilina kkonferma li Adrian Delia qed jiġi investigat kriminalment fuq akkużi ta' ħasil ta' flus maħmuġin. Dan il-każ kienet kitbet dwaru Daphne Caruana Galizia. Din kienet kixfet li meta Adrian Delia kien għadu jaħdem bħala avukat, huwa kien fetaħ f'ismu u ħaddem kont bankarju barrani li fih ta' sikwit kien jiddeposita [...]

Min se jmexxi bil-qorti kontra Keith Schembri?

By
2020-02-05T20:27:05+01:00Wed, 5th Feb '20, 16:06|

Titkexkex int u tisma' l-ilħna ta' dawk li kienu kkonġuraw biex joqtlu mara kiesaħ u biered għaliex ma kellhomx grazzja ma' dak li kienet tikteb. Fix-xhieda li ta llum Melvyn Theuma, huwa tkellem dwar il-fatt li Joseph Muscat u Keith Schembri kienu irritati b'Daphne Caruana Galizia. Fir-recordings li ssemmgħu lill-qorti, jinstema' leħen Yorgen Fenech jitkellem [...]

Il-kwistjoni ewlenija tibqa’ dik dwar Cardona, Mizzi, Schembri u Muscat

By
2020-02-03T22:05:29+01:00Mon, 3rd Feb '20, 07:59|

Robert Abela ser jixħet il-baħar lil Jimmy Magro u lil Kristy Debono u dan sabiex inkunu nistgħu nsegwu spettaklu u fl-istess ħin il-klikka ta' Joseph Muscat tingħata ċ-ċans biex tiżgiċċa. Il-gvern qed iġib 'il quddiem kwistjonijiet li, taħt il-gvern immexxi minn Joseph Muscat, kienu tħallew imdendlin u dan biex ikun jista' jingħoġob ma' dawk li [...]

Stat b’partit wieħed

By
2020-02-02T16:33:37+01:00Sun, 2nd Feb '20, 10:51|

Fil-konferenza stampa li għamel il-bieraħ, Adrian Delia għamel kritika valida ħafna fil-konfront tal-iskużi li qed iġib il-gvern dwar l-iskandlu tal-isptarijiet. L-istampa xandret rapporti estensivi dwar dak li qal u l-informazzjoni li ħarġet kienet waħda pertinenti u ta' ħsara għall-gvern. Is-suġġett tal-konferenza stampa kien mill-aktar rilevanti. U minkejja dan kollu, dalgħodu ħadd m'hu qed jitkellem dwar [...]

L-editorjal tas-Sunday Times of Malta jsejjaħ għat-twarrib ta’ Owen Bonnici

By
2020-02-02T17:12:24+01:00Sun, 2nd Feb '20, 09:35|

L-editorjal tas-Sunday Times of Malta jgħid li għadu ma jistax isib tarf tal-messaġġi mħallta li qed jibgħat Robert Abela dwar il-governanza tajba. Din il-frustrazzjoni tkellem dwarha llum wara li Abela stqarr li 'ma jara ebda raġuni il-għala' għandu jkeċċi lil Owen Bonnici wara li l-qorti kkundannat lill-ministru talli kiser id-drittijiet fundamentali ta' dawk li qed [...]

Go to Top