Fl-2010 ma seħħet ebda korruzzjoni fl-Enemalta

By
2021-03-12T13:09:05+01:00Fri, 12th Mar '21, 10:49|

Tiftakruh l-"iskandlu" tal-BWSC? Tiftakruhom l-akkużi dwar korruzzjoni? Dak iż-żmien jien kont naħdem fil-Ministeru responsabbli għall-Enemalta u kont il-kap tal-assistenti personali ta' Austin Gatt. Jien kont preżenti meta kienu saru laqgħat ma' uffiċjali tal-Enemalta dakinhar li ttieħdet id-deċiżjoni li jinxtara l-impjant il-ġdid. U mbagħad, kif kien jiġri s-soltu dak iż-żmien, id-deċiżjonijiet dwar x'kwalità ta' impjant kellu [...]

Jixhed il-Koħħu

By
2021-03-11T20:25:44+01:00Thu, 11th Mar '21, 16:44|

Issa ilna żmien twil mhux ħażin nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni f'moħħna u f'kitbietna tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Smajna x-xhieda ta' binha Matthew. Smajna x'kellhom xi jgħidu xhieda li raw b'għajnejhom. U smajna wkoll ir-rikostruzzjonijiet tal-esperti forensiċi. U llum smajna x-xhieda ta' wieħed mill-qattiela. Dan ftakar dwar il-mod kif kellmuh dwar il-persuna li kienet ser tkun [...]

Il-poplu mhux ser jinjora l-konsegwenzi perikolużi tal-inkompetenza

By
2021-03-10T20:38:41+01:00Wed, 10th Mar '21, 15:56|

Ma nistax nimmaġina kif dan li ser nikteb b'xi mod jista' jagħti pjaċir lil xi ħadd. Iżda bl-eċċezzjoni tat-trolls lealissimi, ħadd m'għad għandu fiduċja li d-direttivi li jagħti l-gvern qed iservu biex tiġi miġġielda l-imxijja. Ninsabu f'sitwazzjoni disastruża. Wasalna f'estremità li fiha l-president tal-għaqda tat-tobba qed igħid lin-nies biex ma joqgħodux jistennew li jinħarġu direttivi [...]

Maħżen biex jinħażen fih ġid konfiskat? Din xi ċajta oħra?

By
2021-03-10T13:20:43+01:00Wed, 10th Mar '21, 08:13|

Fil-ferneżija li jinsabu fiha biex jippruvaw jikkonvinċu lil tal-Moneyval li, minn stat tal-furbani, Malta saret teokrazija ħielsa mid-dnubiet, il-bieraħ Edward Zammit Lewis uriena l-pjanti ta' maħżen igglorifikat li fih il-gvern bi ħsiebu jaħżen oġġetti lussużi meħudin minn idejn il-kriminali li jkunu akkwistawhom bi flejjes maħmuġin ġejjin minn attivitajiet illeċti. Ir-rappurtar tat-Times of Malta jimmerita li [...]

Marda nazzjonali li qed teqridna

By
2021-03-09T15:14:39+01:00Tue, 9th Mar '21, 14:18|

Jaqaw m'għadhomx igħallmu r-regoli tal-loġika fl-iskejjel? Il-bieraħ lill-membri tal-istampa Robert Abela qalilhom li dawk li jmexxu s-servizz pubbliku ngħataw ordnijiet biex ma jidħlux f'negozju li ma jkunx konformi mar-rwol tagħhom bħala impjegati pubbliċi. Din sejjħilha "mentalità ġdida". Għaliex ħass il-ħtieġa li jitkellem kif tkellem? Għandi nifhem li l-prim ministru espriema ruħu b'dan il-mod għaliex jidhirlu [...]

Ma nħallux id-demokrazija tinqered

By
2021-03-08T16:08:28+01:00Sun, 7th Mar '21, 08:04|

Il-bieraħ il-ġurnalista Victor Paul Borg laqat il-musmar fuq rasu permezz ta' kitbietu. Wara li seħħet dik il-famuża konferenza stampa ta' Robert Abela li fiha għoġbu jattakka lill-ġurnalisti talli dawn ażżardaw jistaqsuh mistoqsijiet skomdi u li matulha stqarr li kien qed iħossu sturdut u li ma messux kien xogħol għax ma kienx jiflaħ, bosta kienu dawk [...]

Il-ġurnalisti jqabbżuha lid-“difensur tal-ġurnalisti”

By
2021-03-05T15:44:43+01:00Fri, 5th Mar '21, 12:32|

Matul konferenza stampa riċenti qabel dik tal-bieraħ, il-prim ministru kien stqarr li jqis lilu nnifsu bħala l-anġlu kustodju tal-libertà ġurnalistika. “Inwiegħed li nkun id-difensur tal-ġurnalisti kollha” qal lill-udjenza li kellu quddiemu. Dan id-diskors qalu lejn l-aħħar ta' Jannar, ftit aktar minn xahar ilu. Il-bieraħ deher li qabżitlu meta Tim Diacono tal-Lovin Malta staqsieh jekk kienx [...]

Libes żarbun li ma jiġieħx

By
2021-03-04T18:10:47+01:00Thu, 4th Mar '21, 14:00|

Kien patetiku Robert Abela waqt il-konferenza stampa tal-lum dwar l-imxijja. U kien superfiċjali u ardit fit-tweġibiet li ta għan-nom tal-gvern tiegħu. F'ħin minnhom deher li ntebaħ li kien qed jagħżaq u stqarr li ma kienx f'sikktu u li kien qed jieħu l-mediċini. Iżda stqarr ukoll li l-pressjonijiet tal-kariga li qed jokkupa qed ikissruh. Din m'hix [...]

Pajjiż immexxi minn vavu

By
2021-03-04T17:48:13+01:00Thu, 4th Mar '21, 13:40|

Il-filmat li fih Robert Abela jinstema' jħabbar li f'Marzu konna ser nitilqu niġru leħaq infirex sewwa qabel tħabbret l-aħbar inevitabbli li ser jittieħdu miżuri aktar iebsin f'attentat biex titwaqqaf u tiġi kontrollata l-firxa tal-imxijja. Anki dawk li huma mill-aktar xettiċi u ambivalenti skantaw bir-rati għoljin ta' infezzjoni li issa qed jaqbżu t-300 kuljum. L-imwiet qed [...]

Chris Fearne, jaqaw m’għandekx il-ħila li tikxef l-isem?

By
2021-03-03T15:47:55+01:00Wed, 3rd Mar '21, 11:22|

Tgħidx kemm kien drammatiku l-bieraħ Chris Fearne wara li l-Oppożizzjoni sfidatu u akkużatu li kien qed jagħmel il-preferenzi politiċi u jqabbeż nies fuq oħrajn li qed jistennew biex jingħataw it-tilqima kontra l-imxijja. Hu u jiċħad dawn l-istejjer, Chris Fearne infexx f'dagħdiha ta' rabja u lill-Kap tal-Oppożizzjoni qallu li kien hemm membru tal-grupp parlamentari tal-PN li [...]

Il-bogħod mill-verità

By
2021-03-03T10:55:20+01:00Wed, 3rd Mar '21, 10:22|

Mario Cutajar wieġeb għal diskors li għamel il-bieraħ fil-Parlament Jason Azzopardi li permezz tiegħu id-deputat tal-PN allega li fl-2013 il-kap tas-servizz ċivili u dak li kien imexxi l-korp tal-pulizija kienu ngħaqdu biex flimkien jintimidaw impjegat anzjan tal-gvern u jġiegħeluh iwarrab. L-istqarrija ta' Cutajar hi twila 8 paragrafi. F'seba' paragrafi u nofs minnhom ma jagħmel ebda [...]

Go to Top