L-ewwel jum (3): Kampanja elettorali taf tagħmel differenza

By
2022-02-22T16:39:56+01:00Mon, 21st Feb '22, 12:16|

Skont l-istħarriġ, id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista hu wieħed konsiderevoli. Għalkemm dan kien bil-wisq akbar fi żmien it-tmexxija ta' Adrian Delia, mill-2017 'l hawn, il-PN qatt ma rnexxielu jegħleb lill-PL. Nistgħu ngħidu li fl-istħarriġ li sar mill-2005 'l hawn, il-PN kważi qatt ma sebaq lill-PL. Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-appoġġ għall-Partit Laburista [...]

L-ewwel jum (2): Il-mexxejja

By
2022-02-21T20:46:34+01:00Mon, 21st Feb '22, 12:10|

Ikun banalità tal-politika lokali li tqis lill-elezzjonijiet Maltin bħala elezzjonijiet presidenzjali f'sistema parlamentari. Dom Mintoff kien ix-xempju tad-demagoġija post-kolonjali. Fil-bidu tat-tmexxija tiegħu Eddie Fenech Adami kien jitpinġa fl-istampa Laburista bħala tarbija bil-ħarqa u dan sabiex jitwassal il-messaġġ li bejnu u bejn Mintoff ma kienx hemm paragun. Mal-medda taż-żmien, Eddie Fenech Adami kiber fl-istatura politika u [...]

L-ewwel jum (1): Issaffret is-suffara u bdiet il-logħba

By
2022-02-21T20:29:36+01:00Mon, 21st Feb '22, 12:05|

Ninsabu fil-bidu ta' kampanja elettorali, għalkemm ma jidhirx li hawn xi tibdil fl-atmosfera nazzjonali. Il-kampanja elettorali hi bil-wisq itwal mill-aħħar 33 jum ta' ħajjitha. Mill-2017, minn żmien Joseph Muscat, id-data tal-elezzjoni ma baqgħetx titħabbar mill-Prim Ministru f'diskors serju hekk kif ikun ħareġ 'il barra mill-uffiċċju tal-President. Hekk kien isir fl-imgħoddi. Prim Ministri bħal Eddie Fenech [...]

Mhux lakemm li jinstab tarf tat-tgħaffiġa li għaffġet Victoria

By
2022-02-19T15:34:49+01:00Fri, 18th Feb '22, 14:41|

Qed nara bosta kummenti online ta' dawk li qed jassumu jew jistaqsu jekk l-20 sena mnaqqsin mill-piena li kellu jservi Darren Debono t-Topo b'konsegwenza tal-ftehim li ntlaħaq mal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg jistgħux jerġgħu jitreġġgħu lura fil-piena issa li jidher ċar li huwa mhux biħsiebu jixhed kontra l-kompliċi tiegħu fl-attentat tas-serq tal-HSBC tal-2010. Mela l-maħfriet li [...]

Protesta għal għada

By
2022-02-18T05:42:42+01:00Thu, 17th Feb '22, 16:37|

Ta' xejn noqogħdu nittamaw li Victoria Buttigieg għad tiftaħ għajnejha. Irridu nġegħluha biex twarrab. Int trid iġġegħelha. Ir-raġunijiet jinsabu hawn. Repubblika, Occupy Justice and din il-website qed isejħulek biex tieħu sehem f'protesta għada quddiem l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta. Il-protesta hi msejħa għal nhar il-Ġimgħa 18 ta' Frar fis-6:30 ta' filgħaxija sabiex [...]

Il-kawlata ta’ Victoria

By
2022-02-18T05:47:40+01:00Thu, 17th Feb '22, 15:57|

Ma naħsibx li l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg issa ser tikkonsidra li twarrab. Is-sena li għaddiet, Vince Muscat il-Koħħu kien ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-Avukat Ġenerali kien qabel li Vince Muscat kellu jingħata piena mnaqqsa għad-delitt ta' qtil (15-il sena minflok ħabs għal għomru) u dan bil-patt li jixhed kontra l-kompliċi tiegħu. [...]

Tbażwir kroniku kollettiv

By
2022-02-17T18:19:30+01:00Thu, 17th Feb '22, 09:49|

Din li ġejja hija l-konklużjoni (maqluba għall-Malti) li jien slitt minn kitba li xxandret fuq website Amerikan li jispeċjalizza f'suġġetti marbutin mal-politika barranija, l-International Policy Digest: Il-marda tal-korruzzjoni tant infirxet f'Malta li l-gvern tilef il-kontroll tagħha partikolarment minħabba l-fatt li huma l-mexxejja tal-pajjiż li jaħtu għall-korruzzjoni li teżisti. Hekk kif negozji barranin f'Malta qed ikomplu [...]

Żonqor u l-Isla: iriduna nirringrazzjawhom talli kienu qarrqu bina

By
2022-02-16T17:53:02+01:00Tue, 15th Feb '22, 10:51|

Il-prim ministru ħabbar li l-gvern ser jieħu lura f'idejh l-inħawi taż-Żonqor kif ukoll l-ispazju miftuħ fl-Isla li kien ingħata lill-hekk imsejħa American University of Malta. Ried jagħti lis-semmiegħa tiegħu x'jifhmu li din il-mossa mhi xejn ħlief rigal mill-gvern lill-poplu tan-nofsinhar ta' Malta u li għalhekk huwa jistħoqqlu l-appoġġ kollu tagħhom fl-elezzjoni li ġejja. Dak li [...]

Nibqgħu nirreżistu

By
2022-02-14T15:47:15+01:00Mon, 14th Feb '22, 09:04|

Iriduna naqtgħu qalbna u nieqfu nirreżistu. Id-dħul ta' prim ministru korrott fiż-żarbun ta' prim ministru korrott ieħor ma jwassal għal imkien u ma jiggarantix il-ġustizzja u l-verità. Jekk nieqfu issa, jirbħu huma. Għamlu minn kollox għal erba' snin u nofs sħaħ bit-tama li jarawna naqtgħu nifisna qabel jaqtgħuh huma. Iżda bil-maqlub tagħhom, aħna m'għandniex x'nitilfu. [...]

Ġurnali ta’ wara l-Purtiera tal-Ħadid

By
2022-02-14T20:46:13+01:00Mon, 14th Feb '22, 08:53|

Ilbieraħ tan-Newsbook irrappurtaw li l-General Workers’ Union issospendiet lill-editur tal-ġurnali tagħha l-orizzont u It-Torċa milli jidher minħabba disgwid li nħoloq dwar kitbiet li huma kritiċi fil-konfront tal-Partit Laburista. Id-dettalji għadhom qed joħorġu u l-editur innifsu - Victor Vella - għadu m'għamel ebda stqarrija. Iżda jekk wieħed iħares aktar fil-qrib lejn dak li seħħ, toħroġ stampa [...]

Joseph Muscat iwissi lil Robert Abela li għandu s-saħħa li jagħmlu trietaq

By
2022-02-14T15:59:48+01:00Sun, 13th Feb '22, 10:38|

Madwar 15-il xahar ilu kont għamilt mistoqsija dwar kif Robert Abela kien sar daqshekk sinjur. Issa jidher li bdew jinbtu t-tweġibiet. Din hi t-tifsira tal-istorja li xandret illum is-Sunday Times of Malta. F'mill-inqas każ wieħed li sirna nafu bih s'issa, Robert Abela kien ħareġ kont lil klijent għal servizzi legali b'mod mill-aktar kreattiv. Meta tingħata [...]

Il-platt iqażżu u jirremetti fih, iżda xorta jagħżel li jiekol minnu

By
2022-02-11T20:20:25+01:00Fri, 11th Feb '22, 08:50|

Sur Desmond Zammit Marmara, nies bħali u bħalek li nemmnu bis-sħiħ fid-demokrazija jeħtieġ li darba għal dejjem naċċettaw il-fatt li d-destin tagħna jinsab f'idejn dawk li int sejjaħtilhom “idjoti bla moħħ". Bi ħsiebni wkoll nuża l-kliem tiegħek stess biex infisser kif ikunu dawk fostna li mhumiex idjoti bla moħħ: jiġifieri l-“intellettwali”. Skont int, din mhix [...]

Qed jagħmlu minn kollox biex f’Malta l-firda, il-ħdura u l-mibgħeda jibqgħu jirrenjaw

By
2022-02-11T13:30:18+01:00Fri, 11th Feb '22, 08:08|

Roberta Metsola, il-President il-ġdida tal-Parlament Ewropew, ilbieraħ żaret il-post fejn f'Ottubru 2017 ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia. Roberta Metsola għamlet bħalma kienu għamlu l-predeċessuri u kollegi tagħha li jservu fl-ogħla karigi tal-istituzzjonijiet Ewropej. Żjara bħal din kellha tkun waħda nieqsa mill-kontroversji. Iżda f'pajjiżna l-kontroversji ma jistgħux jonqsu għaliex il-prim ministru ta' Malta sal-lum għadu tal-fehma [...]

Appell lill-qarrejja

By
2022-02-10T19:23:03+01:00Wed, 9th Feb '22, 10:48|

Sabiex il-kitba tiegħi f'din il-website tkun tista' tkompli mingħajr xkiel, neħtieġ l-għajnuna finanzjarja tal-qarrejja tiegħi. Din hi realtà li ma nistax naħrab minnha. Nirringrazzja lis-sostenituri ta' din il-website li, kull xaħar, jagħmlu ħlasijiet awtomatiċi. Dawn m'humiex numru kbir iżda l-ġenerożità u l-appoġġ tagħhom jimmotivawni ħafna aktar milli wieħed jista' jimmaġina. Donazzjoni ta' darba tinxtorob f'radda [...]

Avviż għal min isegwi l-kitbiet tiegħi

By
2022-02-10T19:07:11+01:00Wed, 9th Feb '22, 10:42|

Jekk żortu din il-website f'dawn l-aħħar ftit ġranet, stajtu tinnutaw avviż dwar cookies li jistaqsukom tikkonfermaw taqblux jew le mal-ħażna ta' informazzjoni dwar iż-żjarat tagħkom. Dan l-avviż qasir qed isir sabiex isserrħu raskom li l-istess avviż huwa wieħed ġenwin u mhux frott ta' xi sabutaġġ minn barra. Dan kelli bżonn ngħidu - u kien messni [...]

Il-ħamalli li qed jerdgħu demm pajjiżna

By
2022-02-10T18:11:53+01:00Mon, 7th Feb '22, 11:02|

Id-diskorsi tal-esponenti tal-Partit Laburista jikxfu dak li qed jinkwetahom u jberren f'moħħhom. Dawn mhumiex qed jinkwietaw li ser jitilfu l-elezzjoni. Qed jinkwietaw dwar ix-xejriet li qed jinħassu fost il-partitarji tagħhom li jistgħu jwasslu biex jinkaljalhom il-vapur. Aħsbu ftit dwar il-kwalità tad-diskorsi li saru lbieraħ fl-Imqabba. Clint Camilleri wiegħed lill-kaċċaturi li biħsiebhom ikomplu jiksru l-liġijiet tal-konservazzjoni [...]

Go to Top