Onorat jew umiljat?
Ma nafx x'ried igħid biha Mario Galea l-kitba li tella'. Jinsab kuntent jew m'huwiex? Onorat jew umiljat?
Ma nafx x'ried igħid biha Mario Galea l-kitba li tella'. Jinsab kuntent jew m'huwiex? Onorat jew umiljat?
Illum il-PN stqarr li l-eks mexxej tiegħu Adrian Delia m'aċċettax post fil-Kabinett Dell il-ġdid ta' Bernard Grech. Min jaf? Forsi Adrian Delia għad jitħajjar jikteb xi poeżija sabiex jagħtina r-raġunijiet għad-deċiżjoni li ħa. Hi x'inhi r-raġuni uffiċjali, wieħed jeħtieġ li jiftakar li dan il-bniedem ma sabx postu fil-Parlament permezz tal-voti u, minkejja li qed jokkupa [...]
Meta l-bieraħ Joseph Muscat ta x-xhieda tiegħu fil-kawża li Adrian Delia għamel kontra l-gvern, huwa xehed li l-famuża klawżola ta' terminazzjoni ta' €100 million li ddaħħlet fil-kuntratt ma' Vitals Global Healthcare – liema kuntratt imbagħad għadda f'idejn Steward Health Care – “kienet iddaħħlet biex tiggarantixxi s-self tal-bank b'mod biex ma jkunx hemm ksur tal-liġijiet Ewropej [...]
Daniel Mercieca huwa bniedem li fil-Facebook qed jallega li kien jaħdem mad-ditta Construct Furniture. Tafu għal liema ditta qed nirreferi. Id-ditta li lejn tmiem l-2015 kienet stiednet lil Joseph Muscat biex jinġibed filmat fl-isfond ta' kċina maħduma minnha, biex bħal speċi jwasslu "messaġġ tas-sena l-ġdida" li l-fqar qed isiru sinjuri bis-saħħa tat-tnaqqis fit-taxxi. Fil-Facebook Mercieca [...]
Jumejn ilu lill-ġurnalisti Robert Abela qalilhom li, jekk ikunu jridu, jistgħu jistaqsuh għal 100 darba jekk kienx preżenti fil-laqgħa tal-kabinett meta ttieħdet deċiżjoni dwar jekk Vincent Muscat il-Koħħu kellu jingħata l-proklama għaliex it-tweġiba tiegħu kienet ser tkun waħda: jiġifieri li hu jinsab marbut bil-kunfidenzjalità tal-kabinett u għaldaqstant, jiġri x'jiġri ma setgħax igħaddilhom informazzjoni. Hemm filmat [...]
Jidher li Robert Abela mingħalih li hu xi strateġista prim li jkun dejjem seba' passi quddiem ħaddieħor. Iżda l-kwistjoni dwar Gavin Gulia ġabitu fi frisk li kien messu xammu ġej. L-iskuża li ġab Gavin Gulia talli b'kollox għamel 5 minuti bħala Membru tal-Parlament kienet li l-prim ministru xtaqu jibqa' jmexxi l-Awtorità tat-Turiżmu. Stqarr li ‘l-Prim [...]
Il-gvern Laburista qed iwaqqa' għall-assurdità u għall-irrelevanza l-ġieħ tal-pożizzjoni ta' Membru tal-Parlament. Araw ftit x'manuvri ċiniċi kellhom il-ħila li jwettqu tul dawn l-aħħar jiem. Edward Scicluna rriżenja mill-Parlament. Fil-fatt, jew għażel hu li jirtira mill-bankijiet ta' quddiem tal-gvern jew inkella ddabritlu rasu. L-ewwel u qabel kollox, huwa rriżenja mir-rwol tiegħu ta' ministru. Li kieku ried, [...]
Repubblika llum indirizzat lill-Ispeaker tal-Parlament kopja ta’ dokument bil-proposti tal-organizzazzjoni għal riformi Parlamentari. Il-President ta’ Repubblika Robert Aquilina dal-għodu fakkar kif din is-sena l-Parlament Malti jagħlaq 100 sena. Minkejja li l-Parlament jaħdem f’bini ġdid għadu mgħobbi bi prattiċi antikwati u li ma jgħoddux għad-demokrazija tal-lum. Dawn id-difetti qed jiġu sfruttati mill-gvern biex il-Parlament ma jkunx [...]
Xi ħadd qabad lil Ian Borg iżellaq dagħwa fuq it-televiżjoni u l-filmat infirex f'kemm ilni ngħidilkom. Jien ma skantajt xejn u ma kontx bi ħsiebni nagħmel tabirruħi li skantajt. Dawn l-affarijiet jiġru u Alla jaf li ġraw lili wkoll għalkemm tajjeb li wieħed joqgħod attent ftit aktar mis-soltu meta jkun fuq it-televiżjoni. Tan-Net [...]
Il-ġurnalisti semgħu għajta ta' sodisfazzjon ġejja minn naħa tal-Partit Laburista hekk kif ġriet l-aħbar li l-kandidat ribell Charles Azzopardi kien ġie eliminat fl-għadd tal-voti li ntirtu mingħand Edward Scicluna. Mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn, Charles Azzopardi sar membru tal-PN u dan kien ifisser li, kieku ġie elett hu, tal-Labour kienu jitilfu siġġu Parlamentari ieħor wara li [...]
Kulħadd qed jassumi li l-parir li Kenneth Grech ta lil Frank Fabri mill-ministeru tal-edukazzjoni favur il-posponiment tal-ftuħ tal-iskejjel wara l-waqfa tal-Milied kienet imsejsa biss fuq il-fehma professjonali ta' Grech. Dan qed jingħad minħabba żewġ fatti. L-ewwel, li Kenneth Grech biss twarrab mill-anti-covid medical team. It-tobba l-oħrajn ma twarrbux u għadhom hemm. It-tieni, l-gvern m'hu igħid [...]
Skont l-għaqda tat-tobba, it-tabib Kenneth Grech għadu kemm tneħħa mill-anti-covid team għaliex lill-gvern tah parir li ma daqqlux għal widnejh. Dan it-tabib kien tal-fehma li l-iskejjel għandhom jibqgħu magħluqin għal xi żmien wara l-vaganzi tal-Milied. Peress li r-rati tal-infezzjonijiet issa telgħu għal erba' darbiet dak li kienu qabel il-festi tal-Milied, il-parir li ta lill-gvern kellu [...]
Il-bieraħ smajt kummentatur televiżiv jikkritika lil Donald Trump billi stqarr li dan tant għandu biża' mill-partitarji tiegħu stess u li m'għandux il-kuraġġ igħidilhom il-verità - jiġifieri li hu tilef l-elezzjoni presidenzjali. Dan il-kummentatur ikkwota wkoll lil Winston Churchill: “Id-dittaturi jirkbu fuq it-tigri u mbagħad ma jażżardawx jaħarbu minnhom. U dawn it-tigri qed jaqbadhom il-ġuħ.” Din [...]
Seħħet ħaġa stramba fl-isfond tal-kumpilazzjoni li hemm għaddejja fil-qorti kontra Yorgen Fenech li jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-bidu ta' Diċembru d-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia ppreżenta nota fil-qorti li permezz tagħha lmenta li Simon Mercieca kien qed jattakkah ripetutament, kien qed jimminah u kien qed jipprova jkisser il-kredibilità tiegħu dan kollu [...]
Żgur m'għandniex għalfejn noqgħodu niskantaw li x-xettiċimu fil-konfront tal-awtoritiajiet issa qed jinbidel f'nuqqas ta' dixxerniment dwar l-għejjun li għandhom jiġu fdati. Nieħdu l-każ tal-anzjani minn San Ġwann. Ftit anqas minn sena ilu, lil dawn kienu qalulhom biex ma joħorġux minn darhom. Dan sakemm is-Sindku ġietu l-idea sublimi li jlaqqagħhom flimkien biex jilgħabu t-tombla, bħalma kienu [...]
Aktar ma toqrob l-elezzjoni ġenerali, aktar qiegħdin joktru l-eżaġerazzjonijiet fid-diskors. Il-bieraħ Robert Abela stqarr li s-sena 2021 ser tkun “waħda mill-aqwa snin fl-istorja ta' Malta”. L-aqwa f'hiex? Din it-tbassira fuq xiex qed isejjisha? Fuq tbassir ekonomiku? U dan it-tbassir fuqhiex huwa msejjes? Bħalissa l-gvern imissu qed jaħdem qatigħ biex lill-pajjiż jagħtih iċ-ċans li jfiq malajr [...]
Kif tenna l-bieraħ Adrian Delia, għajnejh ileqqu bl-emozzjoni, ftit hemm entitajiet li jistħoqqilhom li jinġabrulhom il-fondi aktar mid-Dar tal-Providenza. Huwa stqarr li “aktar ma tkun iebsa l-isfida, Alla dejjem jipprovdi". Dan bħallikieku ried igħid li kien bis-saħħa ta' intervent divin li kumpannija Tuneżina, li ma jaf biha ħadd, qabbditu biex jagħmel donazzjoni ta' €500,000 f'isimha. [...]
Il-gvern qed jgħaġġel biex iwaqqaf monument għal Oliver Friggieri. Hemm xi ħaġa perversa f'dan. Oliver Friggieri ma kienx kritiku fil-pubbliku għar-reġim ta' Joseph Muscat u Robert Abela. Aktarx dan kien minħabba kien irtira mill-ħajja pubblika fl-aħħar snin tiegħu. Iżda dan l-aħħar xi ħadd għaddhieli dan ir-ritratt bit-titli minn diskors li kien ta fl-1981 bħala mistieden [...]
Il-bieraħ Robert Abela ammetta li kien tkellem mal-kummissarju tat-taxxi interni dwar il-ħlas tat-taxxa dovuta minn Bernard Grech fiż-żmien meta dan kien qed itellaq fit-tiġrija biex jiġi elett bħala kap tal-partit fl-oppożizzjoni. Hu u jipprova jiġġustifika l-imġieba tiegħu, Abela stqarr li ma kienx jimporta jekk il-proċedura li huwa għażel kienitx korretta jew le – jiġifieri skambju [...]
Int u taqra' rapport li xxandar illum fis-Sunday Times of Malta dwar l-arrest tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni dwar skambju li kellu fl-2014 ma' Yorgen Fenech dwar dikjarazzjoni tat-taxxa tal-VAT u l-misteru wara n-nuqqas minn naħa tal-Pulizija li titlob lill-maġistrat inkwirenti li jniedi nvestigazzjoni fuq il-mobile tiegħu u l-fatt li din għażlet li toqgħod tistenna' l-permess tal-prim [...]