Kemm tiflaħ tkun imbeċilli, Clint?

By
2020-12-22T19:30:13+01:00Tue, 22nd Dec '20, 15:41|

Dan huwa l-Ministru Clint Camilleri kif ġie nkwadrat fuq it-televiżjoni tal-istat fejn jidher qed iżomm id-distanza rakkomandata ta' żewġ metri minn dawk il-persuni li hu ma jgħix magħhom. Il-mara li tidher fir-ritratt hi residenta ta' Għawdex li, bħalma għamlu ħafna mill-ġirien tagħha, stallat panelli tal-enerġija mix-xemx fuq il-bejt tagħha. U skont l-iskema ta' sussidju, l-gvern [...]

Ambigwità morali

By
2020-12-22T18:58:18+01:00Tue, 22nd Dec '20, 14:46|

Dalgħodu tat-Times of Malta xandru editorjal intitolat "the yardstick in public life". L-editur ikkummenta dwar il-vizzju ġdid ta' Robert Abela li jipposponi d-deċiżjonijiet li jkun jeħtieġ li jittieħdu kull darba li jiżgarraw il-ministri tiegħu. Robert Abela stqarr li ser jistenna li tinqata' deċiżjoni mill-qorti tal-appell dwar kawża ta' libell li fiha Ian Borg ma kienx [...]

Konferma li ninsabu maħkumin mill-mafja

By
2020-12-21T15:09:12+01:00Sun, 20th Dec '20, 08:30|

Rosianne Cutajar kienet imdaħħla f'negozju privat meta kienet għadha kważi-ministru u b'hekk kisret ir-regolamenti dwar l-imġieba fil-ħajja pubblika. Dan għandu jġib miegħu l-piena ta' tkeċċija. Tħallset ukoll l-eluf fi flus kontanti. Dan ukoll għandu jfisser piena ta' tkeċċija. Għamlet użu mill-karrozza uffiċjali tagħha biex tagħmel negozju privat. Dan ukoll għandu jwassal għat-tkeċċija tagħha. Naqset li [...]

Tgħid Keith Schembri l-limitu kien qabżu wkoll?

By
2020-12-15T15:23:46+01:00Tue, 15th Dec '20, 11:57|

Bi ħsiebni nikteb dwar episodju ieħor li seħħ il-bieraħ waqt is-smiegħ tax-xhieda li ta Keith Schembri quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Keith Schembri ftakar fi żmien meta kienet sariltlu dijanjosi medika u rriżulta li kien inħakem mill-marda tal-kanċer. Kien bgħat ir-riżenja tiegħu bħala chief of staff tal-prim ministru permezz ta' e-mail. [...]

L-istorja dwar l-akbar gidba fl-istorja politika Maltija ma kienet xejn ħlief l-akbar gidba fl-istorja politika Maltija

By
2020-12-14T21:10:08+01:00Mon, 14th Dec '20, 16:57|

  F'mument ta' żlealtà diretta lejn il-"ħabib" u eks imgħallem tiegħu Joseph Muscat, lil Jason Azzopardi dalgħodu waqt is-smiegħ tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Keith Schembri qallu li sa Marzu huwa kien diġà jaf li l-elezzjoni ġenerali tal-2017 kienet ser tissejjaħ f'Ġunju. Diskors bħal dan mhux ser iwaqqa' s-suspetti li għandi li fil-fatt [...]

Jitwaħħdu l-interessi ta’ Yorgen Fenech u ta’ Robert Abela

By
2020-12-11T12:40:30+01:00Fri, 11th Dec '20, 09:10|

Fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech ma ħa ebda pass legali. Hu minnu li huwa qabbad lill-avukati biex, għan-nom tiegħu, jiktbu ittra twila li fiha kkwotaw biżibilju ta' liġijiet. Iżda din l-ittra ntbagħtet lil diversi persuni li ebda wieħed minnhom m'għandu s-setgħa li jwettaq dak li qed jitlob, anki jekk ikunu qed [...]

Ħdura u gideb bil-għan li jaqdi lil sidu

By
2020-12-15T10:58:17+01:00Wed, 9th Dec '20, 13:44|

Qabadni tqalliegħ fl-istonku tiegħi jien u naqra' l-blog ta' Simon Mercieca u jien u nosserva l-moħħ marid ta' sid l-istess Simon Mercieca, Yorgen Fenech. Eżatt bħal dawk li jwaħħlu fil-Lhud bħala ġens għall-qtil ta' Ġesù Kristu, Simon Mercieca qed iwaħħal f'binha Matthew għall-qtil tagħha. Huwa kkwota minn intervista li kien ta Matthew Caruana Galizia lill-kollega [...]

Issa toqgħodx iċċempilli Anton

By
2020-12-09T17:46:38+01:00Wed, 9th Dec '20, 09:49|

Ma' Anton Rea Cutajar diġà kelli kwistjoni darb'oħra. Kien fl-Għid li għadda meta Repubblika kienet ażżardat tilmenta li l-imġieba tal-gvern fil-konfront tal-immigranti kienet waħda llegali li wasslet għall-mewt ta' 12 il-ruħ fuq il-baħar. Dakinhar kont sejjaħtlu Tiger King, jew aħjar, Tiger Kink. Dan il-laqam kont slittu mingħand Malcolm Tucker u lis-Sur Anton Rea Cutajar kont [...]

Muscat giddeb lill-ministri tiegħu

By
2020-12-05T13:37:57+01:00Fri, 4th Dec '20, 15:02|

Mill-bidu nett, Joseph Muscat wera' li ma kienx qed jieħu pjaċir bil-mistoqsijiet li kienu qed isiru matul is-sena li ilha għaddejja l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u ta' sikwit ipprova jwaħħal fl-avukati tal-familja. U ma ddejjaq xejn jipprova jwaħħal fl-Imħallfin ukoll. Xi drabi wera' t-tħassib tiegħu dwar il-kwalità tax-xhieda li semgħu l-membri tal-bord [...]

Katina ta’ ġrajjiet li wasslet għal assassinju

By
2020-12-04T23:48:16+01:00Fri, 4th Dec '20, 13:39|

Joseph Muscat illum xehed quddiem bord ta' inkjesta li kien ħatar huwa stess, liema nkjesta qed teżamina r-rwol li seta' kellu l-istat fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Iżda Muscat mingħalih li għadu fiċ-ċentru tal-univers u, mill-bidu nett, ipprova jaqleb lill-inkjesta ta' taħt fuq. Qara' stqarrija li kien ħejja bil-quddiem li l-kontenut tagħha kien aktar dwar [...]

Il-Qorti ma qagħditx togħmodha: Ian Borg huwa giddieb

By
2020-12-01T11:55:30+01:00Tue, 1st Dec '20, 10:20|

Sentenza li ngħatat mill-qorti 'l bieraħ bir-raġun għandha twassal għar-riżenja ta' Ian Borg. Mhux talli mhux ser iwarrab iżda huwa arroganti biżżejjed li jaħseb, anki bejnu u bejn ruħu, li m'għandux għalfejn iwarrab. Bis-saħħa tas-sentenza tagħha tal-bieraħ, f'kawża li fiha huwa kien xhud, il-qorti ikkonfermatu bħala bniedem li m'huwiex adattat biex iservi fil-ħajja pubblika. Aqraw [...]

Dak li l-imxijja sabilha tarfha

By
2020-11-30T14:13:07+01:00Mon, 30th Nov '20, 11:15|

Dawk il-politiċi li jippruvaw jieħdu l-krettu għall-għerf li jkun irnexxielha tikseb ix-xjenza, jagħmlu ħsara lill-kredibilità oġġettiva tax-xjenza daqs dawk li jiċħdu l-eżistenza ta' dak kollu li x-xjenza jkun irnexxielha tipprova bħala fatt. Ma naħsibx li huma bosta dawk li d-diskorsi ta' Robert Abela jieħduhom bis-serjetà. S'issa lill-partitarji tal-Labour m'hu jimpressjonahom xejn u dawn qed jistennew [...]

Is-swaba tal-qarnita li qed taħkimna

By
2020-11-30T10:14:54+01:00Mon, 30th Nov '20, 08:47|

Ir-rapport li xxandar dwar il-pulizija li ssemmgħet fuq diskors ta' accountant mafjuż li jaħsel il-biljuni tal-‘Ndrangheta, waħda mill-akbar għaqdiet kriminali fid-dinja u li hi wkoll waħda mill-aktar perikolużi, għandu jġiegħel lin-nies tintebaħ ma xiex qed inħabbtu wiċċna. Fiż-żmien meta Matthew Caruana Galizia kien ħareġ bil-kliem 'Mafia State' - kliem li bosta kienu dawk li ma [...]

Qed tilgħab man-nar, Simon Mercieca

By
2020-11-27T23:15:59+01:00Fri, 27th Nov '20, 14:56|

Dwar Simon Mercieca ktibt f'dan il-blog u okkażjonalment insib ruħi ninkwieta li, permezz tat-tweġibiet tiegħi, nkun qed nagħti pubbliċità mhux mistħoqqa lill-qlajjiet ta' dan il-miġnun. Nista' nikteb patafjun dwar il-gideb li qed imexxi dan il-bniedem. Għalih dawn ma jammontawx għal gideb iżda huma fatti alternattivi li permezz tagħhom jaqleb ta' taħt fuq ir-realtà u jibdilha [...]

Fidil ir-raġel!

By
2020-11-27T18:30:04+01:00Fri, 27th Nov '20, 13:32|

Ma stajtx ma nkunx preżenti biex b'għajnejja nara lil Konrad Mizzi, hu u jiġi mistoqsi sensiela ta' mistoqsijiet li ilu jiżloq milli jweġibhom għal 7 snin, jirrepeti l-kliem "ma nweġibx" għal mitt darba. Għandu jkun jaf li għaż-żmien li fadallu f'din id-dinja - fil-ħabs jew barra l-ħabs, fir- rokna fejn xeħtuh fis-sala tal-Parlament jew fil-post [...]

Qed jilgħaqu l-art. Wieħed wara l-ieħor

By
2020-11-26T13:13:19+01:00Thu, 26th Nov '20, 12:22|

Joe Cuschieri għadu kemm warrab mit-tmexxija tal-Malta Financial Services Authority. Dan għamlu wara li, għall-ewwel, "issospenda lilu nnifsu" iżda qabel joħroġ ir-riżultat ta' inkjesta nterna mill-eks-Prim Imħallef Joseph Azzopardi li kien ġie mqabbad mill-bord tal-MFSA. Meta kien inħatar Joseph Azzopardi, x'aktarx li ħasbu li dan kien ser ikun ħanin magħhom. Wara kollox, din kienet l-istess [...]

Tassew jinqalgħu għall-buffunati

By
2020-11-25T20:24:29+01:00Wed, 25th Nov '20, 17:10|

Lil Matthew Carbone, l-kelliem ewlieni tal-gvern, il-wiċċ ta' Robert Abela mal-ġurnalisti, l-propagandist prim u kap tal-komunikazzjonijiet, għadhom kemm ġeddewlu l-kuntratt part-time li għandu. Għaliex għandkom tifhmu li, iva, il-kelliem ewlieni tal-gvern jeħtieġ u għandu mpjieg part-time u, kif tistgħu timmaġinaw, il-gvern ta' Malta huwa fost dawk li jħaddmuh. Huwa membru tal-bord li jifli l-films u [...]

Għal ftit ma jaqbdekx id-daħk.

By
2020-11-25T20:08:18+01:00Wed, 25th Nov '20, 17:03|

Fit-28 ta' Ġunju li għadda kont ktibt dwar Ishmael Psaila, preżentatur fuq is-Super One u attivist Laburista li huwa wkoll l-avukat personali ta' Keith Schembri. Dakinhar kont ktibt dwaru għaliex, wara li qaċċat lil Aron Mifsud Bonnici minn fuq il-bord tal-Enemalta hekk kif feġġ l-iskandlu tal-imtieħen tar-riħ tal-Montenegro, l-gvern daħħal floku Ishmael Psaila, li m'huwa [...]

Fi kliemu

By
2020-11-25T19:23:31+01:00Wed, 25th Nov '20, 16:48|

Bix-xieraq Malta llum sellmet 'il Oliver Friggieri. Qatt m'għallimni imma għal xi xhur kien ixandar fuq ir-radju meta fuq ir-radju kien hemm diskors li kont ridt tisma'. Oliver Friggieri ma kienx jinqala' għat-teknoloġija. Uliedi ma jemmnuniex imma meta kelli 17-il sena kont saħħar tat-teknoloġija u allura kont inħaddam l-apparat waqt li Oliver Friggieri kien jiffoka [...]

Go to Top