Il-Ministeru tat-Tqalfit tal-Imbeċilli

By
2020-11-23T17:55:08+01:00Mon, 23rd Nov '20, 09:35|

It-tibdil li Robert Abela għadu kemm wettaq fil-kabinett tal-ministri fakkarni xi ftit fi tmiem l-istaġun tal-futbol. Miriam Dalli u Clyde Caruana ġew sparati 'l fuq u tqabbżu fuq l-irjus ta' veterani li servew taħt Joseph Muscat. Iżda l-inkwiet veru tfaċċa lejn in-naħa t'isfel tal-klassifika. L-ewwel wieħed li ġie kalat 'il barra kien Edward Scicluna. Dan [...]

Disprezz istituzzjonalizzat

By
2020-11-21T09:22:57+01:00Fri, 20th Nov '20, 10:23|

Erġajna koppi. Dan il-gvern jiġi jaqa' u jqum dwar kif tarana d-dinja.  Diġà ninsabu f'baħar ta' nkwiet mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal diversi raġunijiet. Kellna żewġ banek li kienu ngħataw liċenzja wara l-2013 li ġew imġiegħla jagħlqu minħabba ħasil persistenti ta' flejjes maħmuġin. U l-pożizzjoni ta' pajjiżna bħala ġurisdizzjoni finanzjarja fil-lista l-bajda issa tinsab imdendla. [...]

Joe Mifsud reġa’ għamilha

By
2020-11-19T15:00:42+01:00Thu, 19th Nov '20, 12:49|

Tlitt irġiel kienu tressqu l-qorti u kienu ġew mixlija talli fil-lejl tad-29 ta' Novembru 2019, waqt li l-Kabinett tal-Ministri dam f'laqgħa sat-3 ta' filgħodu, llegalment qaflu f'kamra f'Kastilja lil grupp ta' ġurnalisti li kienu nġabru biex jisimgħu lil Joseph Muscat jistqarr li l-Ministri damu 7 sigħat biex jiddeċiedu dwar iċ-ċaħda tat-talba għall-immunità ta' Yorgen Fenech. [...]

Għall-qerq ma jirbħilhom ħadd

By
2020-11-18T13:15:51+01:00Wed, 18th Nov '20, 10:44|

Il-bieraħ qiegħedna 100 siġġu f'Misraħ Kastilja, poġġejna l-fjuri fuqhom u fakkarna f'dawk il-vittmi li mietu bl-imxijja Covid 19. Aħna kkritikajna l-politika tal-gvern f'dan ir-rigward u malli Robert Abela tfaċċa fuq l-għatba ta' Kastilja kien hemm min għadda rimarki ta' diżapprovazzjoni fil-konfront tiegħu. Dan ġie rappurtat fil-mezzi tax-xandir. U r-reazzjoni ta' mijiet ta' kummentaturi u ta' [...]

It-trasparenza skont Robert Abela

By
2020-11-17T19:03:18+01:00Tue, 17th Nov '20, 18:30|

Lill-membri parlamentari, Robert Abela qalilhom li għandhom jikkonformaw ruħħom mal-kodiċi tal-etika u jiddikjaraw ġidhom. Il-ministri tal-gvern huwa mistenni minnhom li kull sena jippubblikaw il-lista tal-ġid tagħhom. Il-proċess m'huwiex wieħed li jista' jissejjaħ dettaljat u l-fatt biss li l-ġid ta' żwieġhom jew ta' seħbithom ma jiġix dikjarat, jirrendih f'farsa. Iżda minkejja dawn ir-regoli laxki fejn tidħol [...]

Robert Abela jrid ibellagħha li Roberta Metsola tobgħod lit-tfal morda bil-kanċer

By
2020-11-16T17:32:46+01:00Mon, 16th Nov '20, 13:56|

Il-Prim Ministru m'għandux il-ħila li jinfatam mill-vizzji tal-imgħoddi. Eżatt bħal dak ta' qablu, lill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ma jiddefendihiex bis-saħħa ta' argumenti mnebbħin mill-merti tagħha stess. Tafu għaliex? Għaliex ħlief għall-fatt li l-iskema tissarraf fi flus, m'għandha ebda merti. Il-flus ma jrendux l-argument wieħed sod. Tista' tagħmel il-flus anki jekk tagħmel serqa minn bank, iżda dan [...]

Il-PN reġa’ qabad it-triq tad-diċenza u min hu ndiċenti xejn ma ħa pjaċir b’dan

By
2020-11-13T13:28:45+01:00Fri, 13th Nov '20, 10:26|

Edwin Vassallo ilu fil-PN għal ħafna snin. Qatt ma kellu tolleranza, luċidità u rispett lejn id-diversità aktar milli għandu llum.  Iżda kien jaf li ma kienx jaqbillu jparla żejjed. Kien jaf li ma setax igħaddiha lixxa li kieku kellu jesprimi bla xkiel il-preġudizzji tiegħu. Iżda mbagħad il-PN għadda minn fażi li matulha t-tixrid tal-velenu tal-mibgħeda [...]

L-attenzjoni tagħna jeħtieġ li tibqa’ ffukata

By
2020-11-11T12:36:46+01:00Wed, 11th Nov '20, 09:22|

  Manuel Delia · PODCAST: We've Had Our Fun With Jason's Pilgrimage Jeħtieġ li l-attenzjoni tagħna tibqa' tiffoka fuq dak li hu l-aktar importanti. Il-lejl li għadda lil Konrad Mizzi qafluħ f'ċella u raqad fiha minħabba l-fatt li l-pulizija għad fadlilha x'tinterrogah dwar suspett tas-sehem tiegħu fil-kriminalità finanzjarja. U lil Keith Schembri l-pulizija ġabruh dalgħodu [...]

Repubblika mħassba dwar ‘ġenerazzjoni mitlufa’ ta’ tfal tal-iskola

By
2020-11-07T09:47:00+01:00Sat, 7th Nov '20, 09:47|

Din hi stqarrija li għamlet dal-għodu Repubblika. Repubblika hija mħassba ħafna fuq il-mod kif il-gvern qiegħed imexxi s-sitwazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni waqt il-pandemija tal-COVID. L-akbar inkwiet tagħna huwa li l-falliment tal-gvern qiegħed iwassal biex mhux it-tfal kollha jkollhom opportunitajiet indaqs. Qed titħalla sitwazzjoni fejn l-opportunitajiet li għandhom it-tfal tagħna ivarjaw skond liema skola li jattendu – [...]

Proprju b’Cyrus Engerer qed jippretendu li jikkonvinċu lid-dinja li m’aħniex ċorma ta’ ħallelin?

By
2020-11-06T10:30:52+01:00Thu, 5th Nov '20, 10:09|

Sa fl-aħħar Cyrus Engerer sab ruħu fil-Parlament Ewropew. Il-mixja tiegħu kienet bdiet fl-2014 u, wara li konna ġejna kostretti li nsegwuha, issa ser ikollna nassistu għal dik l-espressjoni stupida li għandu fuq wiċċu li, b'xorti tajba, ser tkun moħbija wara maskra. Meta f'Ġunju 2018, Cyrus Engerer kien ħabbar li kien bi ħsiebu jikkontesta l-elezzjonijiet għall-Parlament [...]

Jekk lanqas m’għandek il-ħila li tiċħad li int frodist….

By
2020-11-04T23:29:14+01:00Wed, 4th Nov '20, 17:42|

Jien m'jinix qorti (daqskemm lanqas l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia m'hi qorti). Għaldaqstant m'għandix għalfejn nibqa' lura milli nasal għall-konklużjonijiet tiegħi meta xi ħadd "jagħżel li ma jweġibx għal mistoqsija" sabiex ma jinkriminax ruħu. Għiduli kemm tridu li jien frodist u, wara reazzjoni fiżika ta' nofs kedda li tfakkarni f'dawk il-ġranet twal li [...]

M’hemm ebda qanpiena oħra x’tinstema’

By
2020-11-03T21:32:45+01:00Tue, 3rd Nov '20, 14:21|

L-avukati ta' Yorgen Fenech ipprotestaw mal-Imħallfin li qed imexxu l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u stqarrew li il-prinċipju li wieħed għandu jisma' l-qniepen kollha mhux qed jiġi rispettat. Dawn għamlu użu minn frażi bil-Latin - audi alteram partem - bħallikieku t-twassil ta' messaġġ b'ilsien barrani għandu jagħmel xi differenza. Dawn ilmentaw li l-familja [...]

L-iskuża li jippretendu li għandna naċċettaw

By
2020-11-03T15:01:08+01:00Tue, 3rd Nov '20, 13:43|

Silvio Valletta mingħalih li ġaladarba skuża tgħodd għal Joseph Muscat, din għandha tgħodd għalih ukoll. Ma deherlux Silvio Valletta li ma kellu qatt jaċċetta stediniet għall-ikel fir-razzett tiegħu li kien għamillu Yorgen Fenech u biex isiefer miegħu sabiex ikun jista' jsegwi partiti tal-futbol internazzjonali? Silvio Valletta wieġeb billi stqarr li kieku m'aċċettax dawn l-istediniet, kien [...]

Araw ftit x’taħwida sab ruħu fiha pajjiżna

By
2020-11-02T10:40:33+01:00Sun, 1st Nov '20, 11:16|

Fi żminijiet normali u f'pajjiżi normali, l-istejjer li kixef id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u dak li xxandar mill-istampa dwar politiċi Laburisti li allegatament huma mdaħħlin f'delitti kriminali kien iġiegħel lill-pubbliku jistaqsi dwar x'qed jagħmel il-prim ministru biex iżomm ruħu 'l bogħod mill-ħallelin u l-kriminali li jinsabu fil-qalba tal-gvern tiegħu. Iżda f'pajjiżna in-normal ifisser xi ħaġ'oħra. [...]

L-industrija dinjija tas-servizzi finanzjarji ma tistax tieħu bis-serjetà gvern immexxi minn dilettanti

By
2020-10-30T18:01:17+01:00Fri, 30th Oct '20, 14:55|

Il-bieraħ Karol Aquilina qajjem kwistjoni fil-Parlament li, għall-ewwel, setgħet instemgħet bħala tfittxija għax-xagħra fl-għaġina. F'April 2020, il-gvern ħabbar li kien ħatar għal 3 snin il-membri tal-bord tal-aġenzija dwar il-financial intelligence. Dawn il-ħatriet saru skont il-proċedura mitluba mil-liġi li tirregola l-ħasil tal-flus. Sa hawn kien kollox sew. Iżda skont il-liġi li tirregola lill-amministrazzjoni pubblika, l-gvern jinsab [...]

Araw ftit kif qed jippruvaw iġibu fix-xejn id-drittijiet tiegħek

By
2020-10-29T09:57:57+01:00Thu, 29th Oct '20, 08:25|

Din l-"istorja" li xandru tal-One TV tistgħu faċilment tikkunsidrawha bħala opportunità oħra biex tal-Labour jaqbdu ma' Jason Azzopardi, bniedem li n-nies tagħhom ma jaħmluħx pinġut. Iżda tal-Labour ta' sikwit jinsew li, bħala partit politiku, għandhom ukoll ir-responsabbiltajiet tagħhom lejn id-demokrazija. Meta partit politiku jattakka d-drittijiet bażiċi bil-mod li jattakkahom il-Partit Laburista, ikollna għalxiex ninkwietaw. https://youtu.be/YsZDg1LTSEo [...]

PODCAST: Ser jittanta xortih b’elezzjoni bikrija

By
2020-10-28T17:08:15+01:00Wed, 28th Oct '20, 13:37|

Manuel Delia · Setting The Date Prim ministru m'għandux ikollu s-setgħa li jsejjaħ elezzjoni ġenerali meta jkun jogħġbu fi ħdan terminu ta' 5 snin ta' leġislatura parlamentari. Din is-setgħa jsejjħulha "prerogattiva tal-prim ministru". F'demokrazija moderna, l-kelma "prerogattiva" ma tantx iddoqq ħelu għaliex hi fdal taż-żminijiet monarkiċi meta r-re (tal-Ingilterra) kellu l-"prerogattiva" li jagħżel id-data tal-ftuħ [...]

Il-gvern Malti jqabbad avukati Spanjoli biex jirrappreżentawh quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

By
2020-10-27T16:06:47+01:00Tue, 27th Oct '20, 15:05|

Ħmistax il-Imħallef tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja llum semgħu is-sottomissjonijiet ta' Repubblika fil-kawża li għamlet li fiha qed issostni li l-ħatriet għall-ġudikatura li kienu saru f'April 2019 ma kienux konformi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li taħtu jeħtieġ li jkun hemm ġudikatura indipendenti. Il-gvern ta' Joseph Muscat kien ħatar tliet Imħallfin u tliet Maġistrati minkejja t-twissija li kienet saritlu [...]

Jimponi l-awtorità?

By
2020-10-27T12:05:35+01:00Tue, 27th Oct '20, 08:43|

Se nsemmi ittra miktuba minn Eddie Privitera li xxandret fit-Times of Malta mhux għax din l-ittra ħaqqha tweġiba, iżda għaliex dan għażel li jirrepeti bħal pappagall il-linja li ħadu din il-ġimgħa kelliema tal-Labour flimkien ma' oħrajn li qed iservuhom ta' staffa. F'ittra li kien diġà kiteb qabel id-diskors tal-bieraħ filgħaxija fil-Parlament, Eddie Privitera qal li [...]

Go to Top