Il-postijiet battala mtlew mill-prim ministru nnifsu

By
2019-11-22T07:51:53+01:00Thu, 21st Nov '19, 19:03|

Konna ilna nissuspettaw li hemm postijiet battala fl-uffiċċju tal-kummissarju tal-pulizija u dak tal-avukat ġenerali. U issa l-prim ministru dawn il-postijiet imliehom. Bih innifsu. Huma ta' tħassib serju l-istqarrijiet li għamel kuljum il-prim ministru f'dawn l-aħħar tlitt ijiem. Il-prim ministru qed iforni dettalji dwar dak li qiegħdin igħidu jew dwar dak li mhux qiegħdin igħidu persuni [...]

PROTESTA: Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru fis-6.30PM

By
2019-11-21T12:56:11+01:00Thu, 21st Nov '19, 12:56|

Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed itennu l-protesta tagħhom u se jiltaqgħu quddiem il-Berġa ta’ Kastilja nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fis-18:30 biex jitolbu r-riżenja tal-prim ministru Joseph Muscat. Joseph Muscat għandu responsabbiltà politika ċara. Kieku keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi meta l-Panama Papers ikkonfermaw ir-rappurtaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia li dawn it-tnejn kienu fetħu kumpaniji sigrieti [...]

Il-borma fuq tlieta toqgħod

By
2019-11-21T21:52:45+01:00Thu, 21st Nov '19, 11:52|

Inħossni tassew skomdu nsejjaħ lill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia bħala "opportunità". Il-qtil huwa ta' min jistmerru. Il-każ tagħha ma kienx wieħed ta' xi sagrifiċċju erojku. Hi kienet eroj u l-qtil tagħha kien sagrifiċċju enormi. Il-qtil tagħha u t-telfa li ġarrbet il-familja tagħha ma kienu meħtieġa għal ħadd. Kif qiegħed hawn nixtieq nikteb erba' kelmiet lil tal-Moviment [...]

Il-Pilatus. Is-Sata. U issa l-BoV.

By
2019-11-21T21:50:42+01:00Thu, 21st Nov '19, 10:39|

Il-ġrajjiet li seħħew il-bieraħ tant iddominaw l-aħbarijiet li dan ir-rapport minn Reuters ftit kienu dawk li ndunaw bih. Dan huwa ħażin, għaliex it-theddida li teżisti fil-konfront tal-akbar bank f'Malta jista' jkollha riperkussjonijiet serji ħafna fuq l-ekonomija Maltija. U jekk issir ħsara lill-ekonomija Maltija, ma jkunux il-familji Gasan, Apap Bologna jew Fenech li jgħaddu minn tbatija. [...]

Lill-poplu smajtuħ ikanta?

By
2019-11-20T23:41:29+01:00Wed, 20th Nov '19, 22:47|

Illejla nġbarna quddiem l-uffiċċju tal-prim ministru u għamilnilu talba sempliċi ħafna. Tlabna li ma nkunux iggvernati minn min huwa korrott. Aktar tard imxejna lejn il-bini tal-Qorti quddiem il-mafkar tal-Assedju li qed iservi ta' mafkar għal Daphne u sellimna lill-memorja ta' din il-ġurnalista li sofriet l-akbar inġustizzja li setgħet issofri. Kien hemm uħud li riedu juru [...]

Tat-Tumas Group keċċew lil Yorgen Fenech mill-bord tad-diretturi ġimgħa ilu

By
2019-11-20T15:23:45+01:00Wed, 20th Nov '19, 14:10|

Jidher li d-diretturi tat-Tumas Group setgħu kienu qed jistennew li jseħħ l-arrest tal-membru tal-familja tagħhom Yorgen Fenech li mexxa' l-grupp ta' kumpanniji għal dawn l-aħħar snin. Għadu kemm ixxandar dokument li jindika li huwa kien irriżenja minn direttur tal-holding company tal-grupp fit-12 ta' Novembru. Id-dokument li jġib il-firma ta' Ray Fenech, iz-ziju ta' Yorgen Fenech, [...]

Is-soċjeta ċivili qed issejjaħlek biex tipprotesta llum

By
2019-11-20T15:53:33+01:00Wed, 20th Nov '19, 11:13|

Joseph Muscat għandu jirreżenja jew il-Parlament għandu jkeċċih Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qegħdin isejħulkom biex tinaghqdu magħhom illum. Jekk int membru tas-soċjeta’ ċivili, jekk tħoss li darba wara l-oħra, gidbulek, jekk inti tħoss li dawk li qegħdin fid-dover li jipproteġu lil pajjiżna u l-istituzzjonijiet tagħna ttradew il-pajjiżnaż, allura tridu tkunu Kastilja illum, 20 ta’ Novembru [...]

Joseph Muscat mingħalih li jista’ jgħaddiha lixxa. Dan ma nistgħux nippermettuh.

By
2019-11-20T11:07:35+01:00Wed, 20th Nov '19, 08:59|

Il-kwistjoni hi waħda mill-aktar sempliċi. Fl-isfond tal-liġijiet kriminali, Yorgen Fenech huwa innoċenti sakemm ma jiġix pruvat li huwa ħati. Ma nistgħux inqisuh ħati qabel ma jgħaddi ġuri skont il-liġi u jinstab ħati mill-qorti. Iżda mhux bi ħsiebna li noqgħodu naħsbuha biex neżiġu l-kontabilità. Illum huwa ċar daqs il-kristall li Daphne nqatlet biex jitgħattew ix-xtur tal-korruzzjoni [...]

Yorgen Fenech jinsab taħt arrest

By
2019-11-20T11:09:42+01:00Wed, 20th Nov '19, 08:28|

Yorgen Fenech, il-persuna suspettata bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, inġabar b'arrest mill-awtoritajiet hekk kif ittanta li jaħrab minn Malta wara li ssemma' bħala suspettat li kellu sehem fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-aħbar li ġie arrestat mill-awtoritajiet ġiet konfermata ftit ilu minn Matthew Caruana Galizia f'din it-tweet: Ikkonfermat: Yorgen Fenech kien fuq dgħajsa u ttanta [...]

Yorgen Fenech suspettat bil-qtil ta’ Daphne

By
2019-11-20T15:46:36+01:00Wed, 20th Nov '19, 08:18|

Yorgen Fenech (right) with his brother in a picture recently posted on Facebook. Yorgen Fenech, sid il-kumpannija 17 Black, wieħed mis-sidien tal-konsorzju Electrogas u Kap tat-Tumas Fenech Group, huwa suspettat b'involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Yorgen Fenech ġie identifikat wara li l-ġimgħa li għaddiet ġie arrestat l-allegat "sensar" fil-konfoffa li kienet saret [...]

Imħeġġeġ biex ikun jaf kif iżda biered dwar l-“għaliex”.

By
2019-11-20T11:05:52+01:00Tue, 19th Nov '19, 15:35|

L-isem ta' Melvin Theuma ssemma' aktar kmieni llum mill-Malta Today bħala l-allegat "sensar" tal-konfoffa li ngħaqdet biex tiġi assassinata Daphne Caruana Galizia. Kif kitbet Caroline Muscat ftit sigħat wara, l-isem ta' din il-persuna kien ilu jissemma' minn xi ġurnalisti għal diversi ġimgħat. Bosta minna kienu jafu li, għal diversi xhur, wieħed mit-tliet irġiel mixlija bil-qtil, [...]

Maħfra

By
2019-11-19T12:38:16+01:00Tue, 19th Nov '19, 10:52|

Il-Prim Ministru għadu kemm ikkonferma r-rapport li xandret dalgħodu t-Times of Malta u stqarr li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm numru ta' persuni li ġew arrestati dwar ħasil ta' flus maħmuġin u li wieħed minn dawn il-persuni huwa suspettat li għandu x'jaqsam mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Joseph Muscat qal ukoll li għamel impenn bil-miktub [...]

Feġġet biċċa mill-verità

By
2019-11-19T12:35:11+01:00Tue, 19th Nov '19, 09:13|

Ejjew nibdew billi d-dubji naqtgħuhom barra. Ir-rapport li xxandar dalgħodu fit-Times of Malta huwa korrett. L-identità tal-persuna li ġiet arrestata l-Ħamis li għadda issa ilha għal xi żmien magħrufa minn xi ġurnalisti minn qabel l-arrest tagħha. L-informazzjoni li tgħid li għandha din il-persuna hi importanti u tista' twassal biex jinstab tarf tad-delitt. Meta nsiru nafu [...]

Għadna lura

By
2019-11-18T19:48:58+01:00Mon, 18th Nov '19, 19:48|

Ejjew ma neċċitawx ruħna żżejjed. Il-ġimgħa li għaddiet fil-qorti Keith Schembri x'aktarx xtaq l-art tibilgħu. Iżda kien dakinhar li nkixfu l-Panama Papers li kien ħass l-art titriegħed taħt saqajh. Il-pjan korrott li kellhom biex jistagħnew personalment ma kellu qatt joħroġ fil-beraħ. Pubblikament ikomplu jilbsu l-maskra tal-indifferenza fuq wiċċhom - iżda din il-maskra m'hix isservi biex [...]

Għajnejna msammrin fuq il-mira

By
2019-11-19T08:32:03+01:00Sat, 16th Nov '19, 12:18|

F'dawn l-aħħar sigħat ta' tħejjijiet għall-protesta tal-lejla, kien hemm min nibixna biex, bħala organizzaturi, nirreaġixxu għall-iżviluppi li jkunu qed iseħħu. Hemm partit politiku li stqarr li ser jattendi. Ieħor stqarr li ser jattendi wkoll iżda bil-patt li lill-partit l-ieħor iqiegħdu f'pożizzjoni mbarazzanti. Hemm NGO waħda stqarret li taqbel mal-protesta iżda tippreferi li ma tattendix. U [...]

Ir-reazzjoni ta’ Repubblika għall-aħbar t’inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne

By
2019-11-15T13:38:14+01:00Fri, 15th Nov '19, 13:38|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika tinnota u tilqa’ l-fatt li l-gvern fl-aħħar aċċetta li tinfetaħ inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għadna l-bogħod mill-wasla fit-triq it-twila għall- ġustizzja. Biex nibdew dak li kixfet Daphne bil-ġurnaliżmu tagħha – li wassal għall-assassinju tagħha – irid ikun mistħarreġ mill-awtoritajiet skont il-liġi u ssir ġustizzja mall-korrotti u mal-kriminali. [...]

Mario Vella jonqos li jattendi l-ewwel laqgħa tal-kunsill tal-Bank Ċentrali Ewropew presjedut mill-president il-ġdida Christine Lagarde

By
2019-11-19T08:30:47+01:00Thu, 14th Nov '19, 15:59|

Il-gvernatur tal-Bank Ċentrali Mario Vella naqas milli jattendi għall-ewwel laqgħa tal-kunsill ta' tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew - l-ogħla organu ta' din l-istituzzjoni - presjeduta mill-president il-ġdida Christine Lagarde. Il-laqgħa seħħet il-bieraħ iżda Mario Vella skartaha u fl-istess ħin li l-laqgħa kellha tiba', rikeb ajruplan li wasslu Frankfurt. L-istedina personali li bgħatitlu Christine Lagarde, Mario Vella [...]

Il-flus iħollu u jorbtu

By
2019-11-15T08:01:02+01:00Thu, 14th Nov '19, 12:14|

Il-Professur Ian Refalo lill-gvern taħ parir li m'hemmx għalfejn ikun hemm separazzjoni bejn is-setgħat tal-Parlament u dawk tal-gvern. U ftit jiem ilu l-kap tas-servizz ċivili Mario Cutajar għamel riferenza għal dan il-parir hu u jagħti r-raġunijiet tiegħu il-għala kien ġie deċiż li jiġu njorati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler. Araw x'qal Mario Cutajar [...]

X’kien jagħmel ir-regolatur li kieku ma nħolqitx l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti?

By
2019-11-15T07:49:20+01:00Wed, 13th Nov '19, 09:44|

Ir-regolatur tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti kkonkluda li dak li tant ftaħar biħ Jean Philippe Chetcuti mal-ġurnalisti ta' M6 TV ma setax seħħ. Dan ikkonkluda li mhux veru li Chetcuti jirnexxielu jġibha żewġ ma' kull applikazzjoni li jagħmel għall-ħruġ ta' passaport. Ir-regolatur qal li "mhuwiex probabbli" li bis-saħħa ta' xi themiża 'l hawn u 'l hinn dan [...]

Nhar is-16 ta’ Novembru, Protesta fil-Belt Valletta

By
2019-11-12T15:13:35+01:00Tue, 12th Nov '19, 15:13|

Stqarrija ta; Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com: Kull 16 tax-xahar aħna norganizzaw velja li tfakkar lil Daphne Caruana Galizia u tesiġi verità u ġustizzja, għaliha u għax-xogħol ġurnalistiku tagħha. Dan se nibqgħu nagħmluh sakemm issir magħrufa l-verità u tintradd il-ġustizzja. Iżda b’dak li qed jiġri f’pajjiżna, irridu ngħidu lill-gvern bl-aktar mod ċar li m’għandux jaħseb li [...]

Go to Top