It-tixħim jaqta’ miż-żewġ naħat

By
2018-11-14T12:43:22+01:00Tue, 13th Nov '18, 17:35|

M'hemmx dubju li Keith Schembri u Konrad Mizzi suppost issejjħu fil-kwartier ġenerali tal-Pulizija biex iwieġbu għal mistoqsijiet dwar l-imġieba tagħhom u dan minħabba d-dokumenti li nkixfu li minnhom innifishom huma prova ċara li dawn ħolqu kumpannija apposta biex tirċievi flejjes għan-nom tagħhom - flejjes li kienu se jiġu minn kumpannija oħra. U issa sirna nafu [...]

Dak li jċarrat ħalqu

By
2018-11-14T13:16:39+01:00Tue, 13th Nov '18, 07:25|

X'aktarx li Konrad Mizzi qed iġiegħek tħallas għal riklami li huma mmirati li jaljenawlek l-attenzjoni tiegħek minn fuq il-flus li qed jisraqlek fil-kontijiet tad-dawl. Ħalliel darba, ħalliel dejjem. Kemm ilhom li nkixfu u xxandru provi li l-fornitur, li miegħu kien iffirma kuntratt għall-bini ta' power station, kien ħoloq kumpannija fid-Dubaj biex minnha huwa jitħallas $150,000 [...]

Qed jitħallew igħadduha lixxa

By
2018-11-13T06:44:30+01:00Tue, 13th Nov '18, 06:44|

Ta' spiss issib min jirraġuna li l-"attakki" li jsiru ta' sikwit fuq Adrian Delia qed iservu biex idgħajjfu l-oppożizzjoni fil-konfront ta' Joseph Muscat. Wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx ma' dan ir-raġunar. Wara kollox, huwa ċar li Joseph Muscat qed igħaddiha lixxa fuq ħafna affarijiet. Ejjew nieħdu ftit eżempji minn dak li seħħ f'dawn l-aħħar [...]

Joseph Muscat m’attendiex għall-Quddiesa ta’ Jum it-Tifkira għax kellu “wisq x’jagħmel”

By
2018-11-13T06:51:25+01:00Mon, 12th Nov '18, 17:25|

Il-President Donald Trump sab ruħu fiċ-ċentru ta' kontroversja oħra minn tiegħu llum talli fo tmiem il-ġimgħa naqas li jattendi għal ċerimonja fiċ-ċimiterju Amerikan ta' Aisne-Marne f'Belleau, Franza li fakkret il-100 anniversarju ta' tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija. Uffiċjalment Donald Trump spjega li naqas li jattendi minħabba "l-maltemp", spejegazzjoni li m niżlet tajjeb xejn mal-kritiċili minn naħa [...]

M’hemmx li jieħu r-ruħ

By
2018-11-13T06:49:57+01:00Sun, 11th Nov '18, 17:19|

Il-PN m'hemmx li jieħu r-ruħ. Issa ilu diversi snin li qabad it-triq tan-niżla, iżda d-daqqa li ħa f'Ottubru tas-sena li għaddiet jidher li ma jistax iqum minnha. Il-popolarità tal-PN baqgħet baxxa li issa l-Partit sar jixbah lil dak il-pazjent li jistejqer għal ftit mumenti iżda jibqa' f'koma. Taħsbux li dan li qed nikteb, qed niktbu [...]

17 Black

By
2018-11-13T06:47:55+01:00Sun, 11th Nov '18, 17:07|

Konrad Mizzi lmenta li qed iseħħ “attakk ko-ordinat” kontrih. Li kont floku ma kontx nuża l-kelma "attakk" - iżda ċertament teżisti ko-ordinazzjoni. U mn'Alla li hu hekk. F'dawn l-aħħar ġranet kont Londra fejn attendejt għal konferenza li matulha ddiskutejt ma' ġurnalisti oħrajn l-impatt tal-ġurnaliżmu li jittratta dwar dak li jseħħ lil hinn mill-konfini ta' xi [...]

Il-PN għadu ma weġibx għal stedina li saritlu xahrejn ilu sabiex jaħtar rappreżentanti tiegħu għal taħditiet dwar riformi kostituzzjonali

By
2018-11-13T06:45:45+01:00Wed, 7th Nov '18, 21:32|

Il-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għal stedina li saritlu xahrejn ilu mill-President biex jaħtar rappreżentanti tiegħu għal taħditiet dwar ir-riforma kostituzzjonali. Sorsi nfurmati sew qaluli li din il-kwistjoni għadha lanqas biss ġiet diskussa fl-ogħla organi tal-Partit, jiġifieri l-kumitat eżekuttiv u l-grupp parlamentari. Il-gvern qed jappoġġja din l-inizjattiva dwar riforma kostituzzjonali iżda jkun jeħtieġ il-koperazzjoni tal-oppożizzjoni [...]

Xejn ma jsir ta’ xejn

By
2018-11-07T15:13:42+01:00Wed, 7th Nov '18, 12:07|

Bejn Frar 2013 u Ġunju 2014, Maria Efimova ħadmet f'ħanut f'Ċipru ta' sidien Russi li jbiegħu il-fwejjaħ. Fit-28 ta' Novembru 2017, il-pulizija Ċiprijotta ħarġet ordni għall-arrest ta' Maria Efimova, liema ordni issejset fuq allegazzjonijiet li saru minn dak li kien l-imgħallem tagħha u dan talli allegatament wettqet xi ħaġa ħażina waqt li kienet fl-impjieg tiegħu [...]

Kemm huma stmati ix-xogħlijiet ta’ Patrick Dalli?

By
2018-11-12T18:13:03+01:00Wed, 7th Nov '18, 11:32|

Patrick Dalli jiġi r-raġel ta' Helena Dalli. Mhux biss huwa negozjant iżda, mid-dehra, artist ukoll. Kif ġieli ngħid, jien ma nifhimx fl-arti u allura żgur m'jinix f'pożizzjoni li ngħaddi lix-xogħolijiet tiegħu mill-għarbiel anki jekk qatt ma rajthom. Tat-Times of Malta saru jafu li Patrick Dalli biegħ biċċa xogħol minn tiegħu lill-imgħallem ta' martu għal 15,000 [...]

L-aqwa għażla għall-Presidenza

By
2018-11-07T15:12:18+01:00Mon, 5th Nov '18, 17:18|

Ġimgħa ilu l-Qorti "wriet l-iskantament tagħha" għall-mod kif ġab ruħu Evarist Bartolo fil-konfront tal-korruzzjoni fil-Ministeru tiegħu u dwar kif dan għażel li jgħatti x-xtur u jinjora l-informazzjoni li kellu f'idejħ. U żamm sieket waqt li l-Pulizija ħadu passi bil-Qorti kontra l-whistleblower, li issa ġie liberat mill-akkużi li nġiebu kontrih. Evarist Bartolo qed jissemma’ bħala l-persuna [...]

Illum għandna għalxiex nifirħu

By
2018-11-07T15:22:03+01:00Mon, 5th Nov '18, 16:23|

Ħamsa u għoxrin sena ilu, l-Alternattiva Demokratika kienet tippubblika ġurnal darbtejn fil-ġimgħa li kien xandar storja dwar membru parlamentari li kien evada l-ħlas ta' taxxi fuq flejjes li kellu depożitati fir-Renju Unit. Dan id-deputat kien jismu Lino Gauci Borda u dak iż-żmien kien hemm xniegħa — li, m'għandniex xi ngħidu, qatt ma xxandret f'xi ġurnal [...]

Schiavone jiddeskrivi lill-kap tal-PN wara li jkun “xorob erba’ grokkijiet”: “Adrian ikun qisu żibel”

By
2018-11-07T15:10:22+01:00Sun, 4th Nov '18, 12:56|

F'post li għamel fil-Facebook Herman Schiavone ċaħad storja li xxandret fil-Malta Today li hu, Schiavone, kien qed jaħseb dwar kif Adrian Delia jista' jitlaq mix-xena politika “b'mod dinjituż”. Ir-rapport tal-Malta Today huwa sejjaħlu bħala wieħed "qarrieqi" u li “Adrian Delia m'hux bi ħsiebu jirriżenja u qed jissaħħaħ ma kull jum li jgħaddi”. Mela Herman Schiavone [...]

“Libes żarbun li ma jiġieħx”

By
2018-11-07T15:08:50+01:00Sun, 4th Nov '18, 09:53|

L-istess kif għamel ħaddieħor, l-editur ta' The Sunday Times of Malta illum induna. Meta nhar l-Erbgħa xandart l-istorja li Nickie Vella de Fremeaux kienet talbet li tinfired legalment minn ma' żewġha Adrian Delia, niżlet fuqi xita qalila ta' tgħajjir. Kif sostniet illum The Sunday Times of Malta, ma kien hemm ebda dubju li l-istorja kienet [...]

GUEST POST: m’hemmx dubju li l-istorja mhux biss hi ta’ interess pubbliku – hi wkoll ta’ interess għall-membri tal-PN

By
2018-11-04T12:26:07+01:00Wed, 31st Oct '18, 18:15|

Mhux bi ħsiebni li hawn noqgħod nirriproduċi l-istqarrijiet li ma jitwemmnux li qed nirċievi online jew fil-mailbox privata tiegħi. Lanqas m'hu bi ħsiebni noqgħod insemmi l-fatt li issa qed nifhem sew minn fejn kienu ġejjin il-ħrejjef tal-"blogging tal-mibgħeda" u "awgurji li tfal jimirdu bil-kanċer" ta'  Daphne Caruana Galizia. Apparentement għal dawn jien magħmul mill-istess pezza [...]

Kwistjoni ta’ interess pubbliku

By
2018-11-04T12:25:05+01:00Wed, 31st Oct '18, 13:48|

Ma skantawni xejn ir-reazzjonijiet li kien hemm għall-istorja li xandart dalgħodu dwar it-talba li għamlet Nickie Vella de Fremeaux biex tinfired legalment minn ma' żewġha Adrian Delia. Dawn ir-reazzjonijiet stennejthom u ma kienet esperjenza pjaċevoli xejn. Hemm min ġenwinament ma qabilx mad-deċiżjoni li ħadt u r-raġunijiet li nġiebu wieħed jista' jifhimhom. Din id-deċiżjoni kif se [...]

Min igħatti xtur il-korrotti huwa korrott

By
2018-11-04T12:24:02+01:00Wed, 31st Oct '18, 13:11|

Hemm żewġ stejjer importanti fil-ħarġa tal-lum tat-Times of Malta li jeħtieġ li jingħataw ċerta attenzjoni. F'paġna 4 tal-edizzjoni stampata tal-ġurnal, hemm ir-rapport ta' Ivan Camilleri dwar il-kritika li qala' l-Ministru Evarist Bartolo mingħand il-Maġistrat Ian Farrugia talli dan naqas li jaġixxi meta kellu f'idejħ informazzjoni dwar korruzzjoni ta' impjegat fil-ministeru tiegħu. Din l-istorja tittratta dwar [...]

Nickie Vella de Fremeaux titlob li tinfired legalment minn ma’ Adrian Delia

By
2018-10-31T12:33:27+01:00Wed, 31st Oct '18, 01:30|

Din il-website tinsab infurmata li Nickie Vella de Fremeaux, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, talbet lil żewġha biex tinfired legalment minnu. Din it-talba saret il-ġimgħa li għaddiet f'ittra formali li ntbagħtet lil Adrian Delia fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f'Tal-Pietà. L-ittra hija iffirmata mill-avukat ta' Nickie Vella de Fremeaux. Issa ilha għaddejja għal xi żmien [...]

Int vittma tal-korruzzjoni?

By
2018-10-31T12:28:31+01:00Mon, 29th Oct '18, 14:56|

Tad-daħk u fl-istess ħin tal-biki. Dalgħodu l-Qorti Kostituzzjonali lil Simon Busuttil qaltlu li l-Avukat Ġenerali ma kellux raġun meta stqarr li s-salvagwardji li hemm fil-liġi li jiggarantixxu l-ġustizzja fil-proċessi legali, ma japplikawx għall-appell li għamlu l-Klikka tal-Panama minn deċiżjoni li kienet ħadet l-ewwel qorti li permezz tagħha kienet ġiet ordnata l-investigazzjoni tagħhom. Madankollu l-Qorti Kostituzzjonali [...]

X’għandu u x’m’għandux jixxandar

By
2018-10-29T16:35:03+01:00Mon, 29th Oct '18, 12:14|

F'dawn l-aħħar ġranet kelli għalxiex nirrifletti xi ftit dwar is-solidarjetà professjonali ta' bejn il-ġurnalisti, jew inkella dwar in-nuqqas tagħha. Ma kontx qed nirrifletti dwar is-solidarjetà li tista' ssir miegħi. F'dan ix-xogħol jien għadni pjuttost ġdid u, kif jista' jikkonferma kull professjonist li jaħdem f'xi professjoni, jkunu jridu jgħaddu snin twal ta' xogħol iebes impenjattiv biex [...]

Il-kuraġġ li kellha kien ta eżempju għal ġurnalisti oħra

By
2018-10-29T13:27:07+01:00Mon, 29th Oct '18, 11:24|

Dan li ġej huwa meħud minn artiklu miktub minn Frank Vogl, wieħed mill-fundaturi ta' Transparency International u awtur ta' Waging War on Corruption: "Waqt konferenza li saret dan l-aħħar f'Kopenħagen dwar il-korruzzjoni madwar id-dinja, Matthew Caruana Galizia tkellem dwar il-qtil ta' ommu. L-artiklu tagħha kienu qegħdin jitfgħu dawl fuq il-korruzzjoni sistematika li teżisti fi ħdan [...]

Go to Top