Ritratti li nġibdu l-bieraħ wara nofsinhar fil-Bidnija
Dawn ir-ritratti nġibdu minn Paul Borg Olivier.
Dawn ir-ritratti nġibdu minn Paul Borg Olivier.
Matul il-ġurnata tal-lum qed jittellgħu attivitajiet li jfakkru l-ħames sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dawn l-attivitajiet huma meħtieġa għal numru ta' raġunijiet. L-ewwelnett jeħtieġ li ssir ġustizzja ma' dawk li qatlu lil Daphne. Tlieta minnhom jinsabu jiskuntaw piena ta' ħabs. Tlieta oħra qed jistennew li jgħaddu ġuri. Jista' jkun li hemm oħrajn imdaħħlin li [...]
Għall-ħabta tat-3pm, mill-iżbarra Ġorġ Degiorgio deher ikellem lill-avukati tiegħu minn taħt l-ilsien. Dalgħodu lmenta f'wiċċ l-avukati tal-għajnuna legali u qalilhom li dawn ma kinux ippreparati sewwa u għaldaqstant ma setgħux jitkellmu f'ismu u f'isem ħuh. Issa beda' jkellimhom b'ton aktar edukat. L-Imħallef ħadet postha fis-sedja, iżda Simon Micallef Stafrace, wieħed mill-avukati tal-għajnuna legali stqarr li [...]
Il-portavuċi tal-Prim Ministru Robert Abela - Karl Stagno Navarra - ħa għalih talli l-president ta' Repubblika Robert Aquilina stqarr li tnikket meta sema' li l-Partit Laburista ser isejjaħ laqgħa għall-partitarji tiegħu fis-16 ta' Ottubru, jum li jaħbat il-ħames anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. L-istqarrija ta' Robert Aquilina, Karl Stagno Navarra fehemha bħala [...]
Nhar l-Erbgħa li ġej ser inxandru dokumentarju ġdid li nħadem minn Repubblika flimkien ma' Occupy Justice li jittratta dwar il-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia bħala ġurnalista. Dan id-dokumentarju ser jitfa' dawl fuq l-istejjer prinċipali li kienet ħadmet fuqhom sakemm ħajjitha nħasdet qasir il-għomor u dwar kif, minn dakinhar, spiċċaw dawn l-istejjer. Dan id-dokumentarju jagħmel parti [...]
Minkejja l-kitba u d-diskorsi kollha li nagħmel, jista' jagħti l-każ li għadni mgħarraq fl-inġenwinità. L-imġiba tal-gvern u tal-Partit Laburista xorta waħda baqgħet tiddiżappuntani. Wieħed irid ikun baħnan jekk jistenna imġiba aħjar minn dawn in-nies. Ma jiswew assolutament xejn id-diskorsi sbieħ li jagħmlu dwar l-impenn li suppost għandhom favur is-saltna tad-dritt u li l-ġurnaliżmu hu r-raba' [...]
It-One TV xandar rapport dwar laqgħa li kellu Byron Camilleri mal-kap tal-oppożizzjoni tal-Belarus Sviatlana Tsikhanouskaya. Silta minn dan ir-rapport tgħid hekk: “Tul din il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni ġewwa l-Belarus u l-isforzi tal-Unjoni Ewropea, li Malta tappoġġa, sabiex iżomm kuntatt u diskussjoni għaddejja mas-soċjetà ċivili f’dan il-pajjiż sabiex jerġgħu lura għan-normal id-drittijiet bażiċi li jiggwidaw kull [...]
Jedhew biss biċ-ċaħda tar-realtajiet ta' madwarhom. Madankollu m'għandniex nerħulha li tgħaddi tagħhom. Din hi kwistjoni ta' min għandu l-akbar ħeġġa u l-akbar determinazzjoni li għad iwasslu biex d-dawl tal-verità jispiċċa biex jaħraqhom. Dawn in-nies tinjorawhomx minħabba l-mibgħeda li jinsabu mgħarrqin fiha sa geddumhom. Il-mibgħeda tittieħed u ma tistax tkun injorata. Il-kummenti ta' hawn isfel ittellgħu [...]
Hawn tistgħu taraw uħud mir-ritratti uffiċjali li kienu nġibdu s-sena li għaddiet waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-Junction tal-Marsa. Tistgħu ssibu wkoll il-link għall-filmat uffiċjali tal-inawgurazzjoni li kienu xxandru dirett fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni. Biex stajtu ssegwu dan kollu, l-istazzjon nazzjonali saħansitra kien wasal biex ħassar il-programmi regolari tiegħu. https://youtu.be/00t_l5XQ-JU Għal din l-okkażjoni nazzjonali ppretendew li għandna [...]
Affarijiet li ma jitwemmnux
Iosif Galea, eks sieħeb fin-negozju ta' John Dalli u vjaġġatur ma' Joseph Muscat, ġie kundannat sentejn u nofs ħabs minn qorti Ġermaniża wara li nstab ħati ta' evażjoni tat-taxxa aggravata. Il-qorti tal-istat ta' Frankfurt sabet lil Iosif Galea ħati talli evada b'kemm jiswew €1.7 million f'taxxi fuq perijodu ta' 32 xahar bejn Mejju 2017 u [...]
Mhux ministru tal-gvern wieħed - iżda tnejn - raw kif għamlu biex, minkejja l-piż kbir tar-responsabbiltajiet li għandhom, sabu l-ħin biex jitkellmu dwar kif nistgħu nsalvaw lill-pjaneta tagħna bis-saħħa ta' "proġetti sostenibbli". Julia Farrugia Portelli u Miriam Dalli qalu li l-gvern mhuwiex jitkellem biss iżda qed idaħħal idejh fil-"but" biex jgħin lill-għaqdiet volontarji fl-isforzi li [...]
F'Ġunju tal-2020 The Shift News u jien tgħidx kemm konna qlajna kritika mingħand il-Kamra tal-Avukati. Din kienet tkellmet dwar ir-rapporti u l-kummentarji li xxandru fil-konfront ta' Aron Mifsud Bonnici. Il-Kamra kienet ħarġet stqarrija b'sinjal ta' appoġġ għal Mifsud Bonnici u “kkundannatna bla riżerva" u saħansitra spjegatilna kif kellha tkun l-imġiba ta' "ġurnalist serju" u dan [...]
Bħallikieku ma kienx diġà biżżejjed li tara maġistrat iġġib ruħha bħall-vavi waqt seduta fil-qorti, Nadine Lia qrat id-digriet tagħha, injorat talba ta' avukat ta' wieħed mill-partijiet biex ikun jista' jitkellem u bilġri lebbtet 'il barra mill-awla. Din ix-xenata kienet diġà biżżejjed biex tqanqal stmerrija. Iżda l-maġistrat kompliet tgħaxxaqha bir-reazzjoni tagħha għal dak li nġibdilha l-attenzjoni [...]
L-intervistatur ta' Radju 103 Andrew Azzopardi staqsa lil Silvio Schembri dwar jekk jidhirlux li l-awtoritajiet Maltin kellhom id-dmir li jaraw li tifla ċkejkna ta' 4 snin ma tmutx bil-għatx f'ibħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Malta. Silvio Schembi fil-pront wieġbu li huwa mhuwiex il-ministru responsabbli għas-salvataġġ minn fuq l-ibħra. Madankollu hu wieħed mill-ministri tal-gvern u, [...]
Repubblika ilha għal xhur sħaħ titlob lill-Maġistrat Nadine Lia biex issejjaħ seduta fil-kawża li ppreżentat kontra l-kummissarju tal-pulizija talli dan naqas li joqgħod għall-ordnijiet tal-maġistrat tal-inkjesta dwar il-Pilatus Bank. Għal darba darbtejn, b'ċerta arja, rrifjutat l-argumenti u r-raġunijiet kollha li ġibnielha biex nipperswaduha li l-qrubija li għandha mal-avukat ta' Joseph Muscat għandu jiskwalifikaha milli tkompli [...]
Robert Aquilina, il-president ta' Repubblika, ilu sentejn sħaħ jissielet fil-proċess tad-data protection sabiex il-gvern jiġi mġiegħel ixandar dokumenti sigrieti li jistgħu jagħtu spjegazzjoni dwar ir-raġuni għala lil Silvio Valletta ppermettewlu li jindaħal fl-aġenzija li tagħmel l-għassa fuq l-industrija tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa l-istess Silvio Valletta li tant kien ħaġa waħda ma' Yorgen Fenech li ta' [...]
Lejlet l-elezzjoni ġenerali tal-2017 - elezzjoni li kienet issejħet sena qabel żmienha minħabba l-istorja li kienet kixfet Daphne Caruana Galizia dwar provi li kellu f'idejh il-Pilatus Bank li mart Joseph Muscat kienet irċeviet ħlasijiet illeċti mill-Ażerbajġan - Nadine Lia kienet tkellmet f'attività pubblika tal-Partit Laburista fil-preżenza ta' Joseph Muscat. L-istejjer li kienu xxandru dwar dak [...]
https://youtu.be/GUesdoT9tTo
https://youtu.be/lxhj7kKvFE8