L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jonora lil Daphne Caruana Galizia bil-Gold Award għall-kontribuzzjoni tagħha lejn il-ġurnaliżmu

By
2018-05-07T06:39:37+02:00Sun, 6th May '18, 16:48|

Aħjar tard milli qatt. Iżda mhux tard daqshekk. Meta kienet xandret aħbarijiet uniċi, meta kienet kisbet l-akbar numru ta' qarrejja għal dak li kienet tikteb, meta waħedha kien irnexxielha tibdel ix-xenarju f'dak li għandu x'jaqsam mat-tifrix tal-informazzjoni u meta kienet il-mira ta' intimidazzjoni organizzata, tal-IĠM kien messhom rrikonoxxewha wkoll. Meta dawk li kienet tikteb dwarhom [...]

Jekk mhux issa

By
2018-05-07T15:36:36+02:00Thu, 3rd May '18, 21:29|

Twissija. Din li ġejja waħda twila sew. M'għandekx għalfejn tgħidli. Naf, għax jien ktibtha. Jekk għandek ftit ħin, ibda aqra. Il-karattru insidjuż tal-poter li ħakem lil Malta faċli jiġi sottovalutat. Kien hemm min ħareġ b’paraguni mal-faxxiżmu ta' qabel il-gwerra, u dawn mhumiex bla bażi. Iżda jekk tqabbel mal-għodda li r-reġim ta' Joseph Muscat għandu għad-dispożizzjoni [...]

Niltaqgħu fi Pjazza Tritoni biex inwerwru lill-ġurnalisti

By
2018-05-08T17:47:23+02:00Thu, 3rd May '18, 10:27|

Araw lil Konrad Mizzi hawn jippoża ma' Josef Vincenti. Konrad ikun irid jidher miegħu għax is-Sur Vincenti kunsidrat bħala wieħed mill-manigoldi. U hawn dan jidher kif deher fil-Facebook ftit taż-żmien ilu. U hawn jidher għaddej xalata il-Ħadd li għadda fost il-ġemgħa l-kbira soċjalista solidali mal-ħaddiema. https://www.facebook.com/jos.vin.35/videos/224151815023668/?t=2 Wieħed jittama li s-Sur Vincenti ma sebbaħx sal-5 ta' [...]

Twissija lil Malta: il-ħlas ta’ fondi mill-UE marbutin mar-rispett għas-saltna tad-dritt

By
2018-05-07T15:18:28+02:00Wed, 2nd May '18, 16:14|

Il-baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea ippreżentat illum mill-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker intrabat ma' kundizzjoni ġdida li permezz tagħha l-ħlas ta' fondi - partikolarment fondi ta' koeżjoni wżati mill-Istati Membri b'riżq proġetti infrastrutturali u ta' żvilupp - jsir biss lil dawk l-Istati Membri li verament jirrispettaw is-saltna tad-dritt. Dalgħodu l-editorjal ta' Le Monde tkellem dwar din [...]

GUEST POST: Lil dawk li qed jippreparaw biex imorru l-Belt

By
2018-05-01T11:11:23+02:00Tue, 1st May '18, 10:20|

Minn Patricia Mifsud Messaġġ qasir indirizzat lil dawk fostna li qed jippreparaw li jattendu r-rally tal-lum waranofsinhar. Jekk jogħġobkom, segwu dak li tgħidilkom il-kuxjenza. Temmnu verament li l-mod kif Joseph Muscat qed imexxi l-pajjiż huwa etiku? Temmnu verament li Keith Schembri u Konrad Mizzi għamlu sew li ma rriżenjawx għall-inqas sakemm inaddfu isimhom? Temmnu verament [...]

Kontradizzjonijiet

By
2018-05-01T11:08:30+02:00Tue, 1st May '18, 10:10|

M'għandix idea min jikteb l-istqarrijiet għall-istampa tal-Pulizija iżda wisq nissuspetta li kien hemm l-id moħbija ta' Kurt Farrugia fil-kitba ta' din ta' hawn taħt. Stqarrija mimlija kontradizzjonijiet u qerq: Nitkellmu fuq il-parti l-aktar importanti tal-istqarrija. “Il-Pulizija ta' Malta qatt ma nġibditilha l-attenzjoni dwar il-possibilità li seta' kien hemm min ħareġ xi informazzjoni fl-investigazzjoni dwar il-qtil". [...]

Inqabad il-far

By
2018-05-01T11:14:49+02:00Mon, 30th Apr '18, 21:05|

Fil-Parlament illejla Jason Azzopardi kixef l-isem tal-uffiċjal tal-pulizija li qed jiġi suspettat minn uffiċjali anzjani tal-pulizija li, qabel l-arrest tagħhom, widdeb lill-aħwa Degiorgio li kienu appik ser jiġu arrestati bl-intiża li dawn ikollhom biżżejjed żmien biex jeħilsu minn provi li setgħu jinġiebu kontrihom. Huwa allegat li Alfred u George Degiorgio flimkien ma' Vince Cassar kienu [...]

Xi ħadd mill-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija tarraf kelma lill-allegati assassini qabel dawn ġew arrestati?

By
2018-04-30T11:13:07+02:00Mon, 30th Apr '18, 11:13|

Il-Pulizija ma weġbitx għall-mistoqsija dwar jekk, fil-fehma tagħhom, xi ħadd kienx tarraf kelma lill-allegati assassini li tqabbdu biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia qabel l-arrest tagħhom. Il-Pulizija għandha twieġeb. Il-Pulizija m'humiex biss fid-dmir li jarrestaw lil min ikun suspettat bit-twettiq ta' reat kriminali. Ma tridx wisq għerf biex tarresta lil xi ħadd f'pajjiż żgħir bħalma [...]

Matthew Caruana Galizia dwar il-preżenza ta’ Adrian Delia fid-dimostrazzjoni tal-bieraħ

By
2018-05-01T11:12:49+02:00Mon, 30th Apr '18, 10:09|

Dan huwa dak li kiteb Matthew Caruana Galizia fuq Facebook ftit minuti ilu: Il-preżenza ta' Delia fil-protesti huwa tentattiv biex inaddaf ir-reputazzjoni tiegħu. Il-ġlieda tagħkom bħala ċittadini hija ġlieda għad-dinjità tagħkom. Mhix ġlieda biex teħilsu minn klikka - dik ta' Joseph Muscat - u tbiddluha ma' klikka oħra - dik ta' Adrian Delia. Ħarsu lejn [...]

Waqt li eluf ta’ nies kienu qed jipprotestaw …

By
2018-05-01T11:10:21+02:00Mon, 30th Apr '18, 08:50|

Waqt li l-protesta biex inkunu nafu l-verità kienet waslet fin-naħa ta' fuq ta' Triq ir-Repubblika, kien hemm xi wħud li waqfu jirriflettu maġenb dik li tat ħajjitha biex tiddefendi l-verità. Kemm aħna midjunin lejha imma fl-istess ħin ma nistgħux inpattulha ta' li għamlet.

Messaġġ mingħand Maria Efimova

By
2018-04-30T11:02:59+02:00Mon, 30th Apr '18, 07:19|

Din hi traduzzjoni ta' messaġġ ta' Maria Efimova li nstama' waqt il-Manifestazzjoni għall-Ġustizzja u l-Verità l-bieraħ fil-Belt Valletta: https://youtu.be/66uI8fnt5og Għeżież #occupyjustice, Awturi u intom ilkoll li ngħaqadtu magħhom illum, Huwa ta unur kbir għalija li nindirizzakom. Sinċerament kienet tkun ix-xewqa tiegħi li nkun fostkom. Nammira ħafna l-kuraġġ u l-perseveranza tagħkom intom u taqbżu biex tiddefendu [...]

Is-sigrieti li riedu jostru

By
2018-05-01T11:16:30+02:00Fri, 27th Apr '18, 19:05|

Ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità saru biex jagħtu kenn lin-negozji mill-aġir abbużiv tal-kompetituri tagħhom. Ċertament ma sarux biex jagħtu kenn lill-kriminali u biex jostru l-kriminalità tagħhom. Jekk dokumenti ta' sid ta' negozju jinsterqu u jiġu mgħoddija lill-kompetitur tiegħu jew imkella jixxandru pubblikament, ikun seħħ ir-reat ta' spjunaġġ industrijali u sid in-negozju jkollu kull dritt li jilmenta. M'għandniex [...]

Xi ħadd mis-CID avża minn qabel lill-aħwa Degiorgio bl-arrest tagħhom – Għejjun

By
2018-04-30T11:45:49+02:00Fri, 27th Apr '18, 16:34|

Għandi nformazzjoni li l-Pulizija taf min hu dak li widdeb lill-allegati assassini ta' Daphne Caruana Galizia dwar l-arrest tagħhom qabel dawn ġew arrestati. Il-ħsieb ta' min kellimhom kien li jwiddibhom biex, qabel l-arrest tagħhom, jeħilsu minn kull prova li setgħet tinkriminahom, bħal per eżempju l-mobile phones. Jidher li l-Pulizija saret taf li għamel din it-twiddiba [...]

Miċħuda l-libertà proviżorja għal Ali Sadr. Is-smiegħ tal-każ għas-16 ta’ Mejju.

By
2018-04-30T11:18:10+02:00Fri, 27th Apr '18, 07:18|

Il-Qorti Federali tal-Istati Uniti ċaħdet it-talba Ali Sadr sabiex jingħata l-iberta proviżorja sakemm jintemm is-smiegħ tal-proċeduri li saru kontriħ dwar frodi bankarja u ksur ta' sanzjonijiet. L-avukat ta' Ali Sadr stqarrew li l-awtoritajiet Maltin kienu ċċertifikaw li Ali Sadr ma kien taħt ebda suspett minħabba l-ħidma tiegħu fil-Pilatus Bank. Iżda minkejja dan, il-qorti Amerikana iddeċidiet [...]

‘Abandon ship’

By
2018-04-30T11:14:31+02:00Thu, 26th Apr '18, 16:46|

Diversi diretturi bdew jirriżenjaw mill-karigi tagħhom fil-Pilatus Bank. Il-'persuna kompetenti' li qed tmexxi l-bank bħalissa għadha kif ippreżentat ir-riżenja tad-direttur Joseph Jerry Liow-Yune-Loy quddiem l-MFSA. Dan id-direttur irriżenja.   Din tista' tkun opportunità mitlufa - jew forsi għad hemm iċ-ċans li dan iseħħ - biex xi ħadd jistaqsi lis-Sur Liow-Yune-Loy meta sar jaf li s-sid [...]

Il-Kapitali tal-Kultura Olandiża taqta’ kull kuntatt mal-Belt Valletta. Tgħid li l-organizzaturi tal-V18 “imminaw il-valuri tat-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura”

By
2018-04-30T11:25:34+02:00Thu, 26th Apr '18, 16:33|

Malta mhix l-unika Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018. Il-belt l-oħra hija Leeuwarden fl-Olanda. F'intervista mal-akbar aġenzija tal-aħbarijiet Olandiża NOS, id-direttur tagħha Tjeerd van Bekkum qal li l-kumitat li jmexxi mhux qed jibgħat aktar rappreżentanti uffiċjali lejn Malta. Il-Fondazzjoni Leeuwarden-Fryslân LF2018 (l-ewkivalenti tal-V18) issospendiet kull koperazzjoni mal-imsieħba tagħha f'Malta. Waqqfet ukoll l-inviti kollha li kienu qed jintbagħtu [...]

Għall-korruzzjoni tagħhom qed tħallas int

By
2018-04-30T11:24:49+02:00Wed, 25th Apr '18, 19:26|

Emmnuni li xbajt nisma' lil min joqgħod igħid li kważi kważi fiha u ma fihiex li jkun hemm ministri korrotti kemm il-darba bis-saħħa tax-xogħol li dawn iwettqu jibqa' jiżdied il-ġid għal kulħadd. Għan-nies li jirraġunaw b'dan il-mod, mhux daqstant importanti li nfittxu dak li hu sewwa u nwarrbu dak li mhux. Nistenna li għallinqas dawn [...]

Il-klieb tal-ġlied ta’ Joseph

By
2018-04-25T17:41:56+02:00Wed, 25th Apr '18, 11:22|

Il-mass meeting li se jorganizza l-Partit Laburista nhar it-Tlieta mistenni li jkun kbir ħafna, forsi wkoll wieħed mill-akbar meetings politiċi li qatt kien hawn. Il-folol qed jiġu mħeġġa u t-tensjoni tidher li qed tiżdied ma' kull ġurnata li tgħaddi. Il-Partit Laburista irid jimmobilizza lin-nies permezz ta' dan il-meeting biex jagħti wirja ta' appoġġ mill-partitarji lill-kbir [...]

X’sar minnha l-Buttardi?

By
2018-04-25T17:38:19+02:00Wed, 25th Apr '18, 09:39|

Żur www.buttardi.com. U mbagħad erġa' ejja hawn. Milli jidher in-negozju fil-ġojjelli ta' Michelle Muscat għalaq il-bibien. Intagħżel żmien mill-aktar propizju. Daphne Caruana Galizia kienet kixfet li Ali Sadr kien ħareġ ordni biex jinfetaħ kont f'isem oħtu fil-Pilatus Bank u biex malajr malajr jiġu trasferiti flejjes lil Buttardi fl-Istati Uniti. Aktar tard dan il-website sar jaf [...]

Go to Top