Lil Joseph Muscat, Maria Efimova tgħidlu: “Dak li xhedt nikkonfermah”

By
2019-02-01T12:43:41+01:00Thu, 31st Jan '19, 16:25|

Maria Efimova, ix-xhud li kienet xehdet fl-inkjesta Egrant liema nkjesta l-Prim Ministru qed igħid li eżoneratu mill-akkużi ta' tixħim u ta' ħasil ta' flus, illum wieġbet ftit wara li Joseph Muscat għamel stqarrija fil-qorti. Well, don't want to sound heroic, but I will stand by what I've witnessed even if all the others withdraw. https://t.co/ZZa4I3IiDD— [...]

Id-dmugħ u t-tbissim ma jbiddlu xejn

By
2019-01-31T15:45:45+01:00Thu, 31st Jan '19, 13:25|

Illum Joseph Muscat għadda ġuri lill-ġurnaliżmu. U sabu ħati. L-ewwel għandkom issiru tafu d-dettalji ta' dak li seħħ dalgħodu fil-qorti.  Aqraw ir-rapport imxandar fil-ġurnali. Joseph Muscat kien qed jixhed fil-kawża li huwa kien għamel lil Daphne Caruana Galizia li fiha xlieha li mmalafamatu meta xandret storja fis-sens li martu - u allura hu wkoll - [...]

Il-veru jum il-ħelsien għad jisbaħ.

By
2019-01-31T15:44:53+01:00Tue, 29th Jan '19, 17:29|

Jekk int mingħalik li l-ġustizzja ssir għax tkun tlabtha, għadek ma fhimt xejn. Jekk xejn, Simon Busuttil qed jeżawrixxi l-possibilitajiet kollha li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jara li jiġi applikat il-prinċipju li l-ġustizzja qiegħda hemm għal kulħadd u li meta s-setgħan jinqabad jikser il-liġijiet, m'għandux igħaddiha lixxa u għandu jiffaċċja l-konsegwenzi li jkollu jiffaċċja ħaddieħor. [...]

Il-ħtieġa għal inkjesta indipendenti qed issir aktar urġenti

By
2019-01-29T17:38:20+01:00Tue, 29th Jan '19, 09:33|

Eks-kuntistabbli tal-Pulizja li fl-2016 kien xhud tal-prosekuzzjoni fil-ġuri ta' David Gatt li kien mixli bis-serqa li kienet saret fl-2011 mill-HSBC Bank, il-bieraħ intbgħat fl-Isptar Monte Carmeli. Nhar is-Sibt li għadda kiteb fil-Facebook u xela' lil David Gatt u lil dak li kien sieħbu fl-istess ditta legali Chris Cardona li kienu l-imħuħ wara l-assassinju ta' Daphne [...]

Membru Parlamentari se jiġi mixli b’vjolenza domestika. Laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari PN għal-lum wara nofsinhar.

By
2019-01-29T17:37:41+01:00Mon, 28th Jan '19, 14:06|

Se jkun hemm min jissimpatizza ma' Anton Refalo hekk kif jiġi mixli fil-Qorti li sawwat lil ibnu li għandu 16 il-sena. It-Times of Malta irrappurtat li Refalo rrabja ma' ibnu meta dan sema' mingħand missier it-tfajla li kellu li hu (jiġifieri ibnu) kien xerred pornografija bi tpattija fuq l-internet hekk kif tħassret ir-relazzjoni li kellu [...]

Repubblika mwaqqfa formalment

By
2019-01-26T13:38:04+01:00Sat, 26th Jan '19, 13:38|

Stqarrija ta' Repubblika: Erbgħin persuna minn setturi differenti tal-ħajja Maltija l-bieraħ fil-għaxija iffurmaw formalment ‘Repubblika’, organizzazzjoni mhux governattiva bil-għan li tippromwovi d-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’Malta. Fil-laqgħa li saret il-bieraħ fil-Floriana, il-membri fundaturi ta’ Repubblika approvaw l-istatut tal-organizzazzjoni li qed jiġi ppubblikat fuq il-paġna elettronika ta’ Repubblika www.facebook.com/Repubblika. Il-membri approvaw ukoll il-ħatra tal-ewwel kumitat eżekuttiv ta’ Repubblika, [...]

Ngħidu kelma dwar id-drittijiet tal-bniedem?

By
2019-01-29T17:36:36+01:00Fri, 25th Jan '19, 10:58|

Ħadd m'hu qed jippretendi li Recep Erdogan se jibdel it-triq li qabad għax se tkun qaltlu biex jagħmel dan Marie Louise Coleiro Preca. Daqs kemm ħadd m'hu se jistenna li din se tmur tgħid lil Recep Erdogan li Malta hi xi kapurjun tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertà tal-kelma u tas-saltna tad-dritt. Wara kollox dan setgħet qalitu wkoll [...]

MEPs jistaqsu lill Kummissjoni jekk, wara r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja, għandux jinbeda’ proċess fuq Malta dwar is-saltna tad-dritt.

By
2019-01-29T17:35:08+01:00Fri, 25th Jan '19, 08:50|

Tliet membri tal-Parlament Ewropew għadhom kemm ressqu mistoqsija lill-Kummissjoni Ewropea li titlob li, fl-isfond tar-rapport dwar Malta mħejji mill-Kummissjoni ta' Venezja, kinitx issa lesta li “tniedi djalogu kostruttiv dwar is-saltna tad-dritt”. Dan mhu xejn ħlief kliem li fil-fatt iħeġġeġ li ssir pressjoni fuq Malta biex isiru r-riformi meħtieġa sabiex ma jkollhiex għalfejn tiffaċċja konsegwenzi politiċi. [...]

Storja m’hix gidba jekk jiġi pruvat li hi vera.

By
2019-01-25T10:27:26+01:00Thu, 24th Jan '19, 14:55|

Għiduli ftit xi spjegazzjoni qatt jista' jkun hemm meta Keith Schembri jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet fil-qorti dwar 17 Black u Macbridge? Il-kawża li qed nikteb dwarha hi dik li beda' Keith Schembri stess biex jiddefendi ruħu wara li Simon Busittil kien kien ġibed il-konklużjonijiet tiegħu hekk kif ixxandru l-Panama Papers u, kif kienet stqarret Daphne [...]

Star Comment: mhux fuqek jeħtieġ li nitkellmu

By
2019-01-25T10:29:10+01:00Wed, 23rd Jan '19, 14:56|

Din bgħatitha May Borg b'risposta għal wieħed mill-posts li ktibt wara l-'iskandlu tal-kittieb-fatat'. Grazzi May. Manuel, nifhmek fuq li nifhmek. Ippruvaw ituk daqqa taħt iċ-ċinturin. Iżda jien jidhilrli li s-suġġett li għandna nitkellmu dwaru m'huwiex int. Għaldaqstant se nagħmel sensiela ta' mistoqsijiet li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba. Min verament qatel lil Daphne? Fejn hu Yorgen [...]

Eku mill-imgħoddi

By
2019-01-29T17:33:53+01:00Wed, 23rd Jan '19, 10:41|

Il-bieraħ Pierre Portelli tkellem dwar żmienu fl-Università. Fl-1998 kien iggradwa b'lawrja fil-Komunikazzjonijiet bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien li beda' jxandar in-Net TV, stazzjon li llum imexxih hu stess. Bħala student matur li kien se jillawrja, kiteb teżi f'paġna 7 ta' The Times kien ixxandar bran minn din it-teżi. Dak iż-żmien Eddie Fenech Adami kien [...]

Bħat-tfal

By
2019-01-25T10:26:42+01:00Tue, 22nd Jan '19, 17:21|

Illum fil-Qorti Pierre Portelli xehed u stqarr li kien bis-saħħa ta' deċiżjoni li kien ħa hu li l-mezzi tax-xandir tal-PN naqsu li jxandru r-risposta tiegħi għal storja li kienu xandru fis-sens li dan il-blog kien ħareġ bi storja li tgħid li l-PN ivvota favur liġi dwar il-kannabis. Jien ma kontx ktibt f'dan is-sens. Huma rrifjutaw [...]

THE SUNDAY TIMES: Thirteen reasons why…

By
2019-01-20T09:32:01+01:00Sun, 20th Jan '19, 09:31|

From my article in The Sunday Times today: "Our democracy is not working. Our parliamentarians have no mission. Being an MP is not a job. There is no task, no vocation, no ambition. Parliament is a waiting area for promotion and prestige. The process of seeking re-election is not liberating, it is paralysing. They’re at [...]

Guest Post: ma tistax tittradixxi partit li tkun warrabt minnu

By
2019-01-23T07:32:36+01:00Sat, 19th Jan '19, 17:49|

Miktuba minn Lake: Minn dejjem kont kburi li nissejjaħ Nazzjonalist. Minn dejjem kont konvint li l-partit tiegħi u l-biċċa 'l kbira tal-partitarji jemmnu fl-istess valuri. Valuri li huma msejsa fuq il-prinċipji tad-demokrazija, tal-ġustizzja għal kulħadd u tal-libertà tal-kelma. L-istess valuri li Eddie Fenech Adami kien għallimna ngħożżu. Madankollu tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, kelli naċċetta realta' [...]

Qed nitbegħdu mid-demokrazija ma’ kull jum li jgħaddi

By
2019-01-19T19:11:21+01:00Fri, 18th Jan '19, 12:25|

F'intervista ma' Times Talk illum Robert Musumeci kompla jiddefendi bis-sħiħ lil Adrian Delia. Minkejja l-fatt li bosta minna la huma avukati u lanqas periti jew lanqas it-tnejn f'daqqa, ma tridx wisq biex tintebaħ x'hemm mistur wara din id-dikjarazzjoni ta' Robert Musumeci. Dan jaqbillu u għandu interess li jara li l-affarijiet jinżammu kif inhuma biex b'hekk il-PN [...]

#occupyjustice: Il-pilastri mherrija ta’ Malta

By
2019-01-16T21:23:44+01:00Wed, 16th Jan '19, 21:23|

Din stqarrija ta' Occupy Justice li saret ftit ħin ilu: Il-lejla, tliet strixxuni kbar li juru Tliet Pilastri Mherrija tad-Demokrazija tpoġġew faċċata tal-bini tal-Parlament Malti fil-Belt Valletta minn attivisti ta' #occupyjustice biex ifakkru l-ħmistax il-xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dawn l-istrixxuni juru tliet kolonni mġarrfa li li jirrappreżentaw l- eżekuttiv (il-gvern); il-leġiżlatura (il-parlament) u l- ġudikatura (il-Qorti.) “Jum wara l-ieħor /kuljum, qed inħarsu [...]

Ħbieb tal-annimali

By
2019-01-19T18:50:44+01:00Wed, 16th Jan '19, 14:04|

Tmien borok intlemħu jittajru fuq il-Belt Valletta - ħaġa tant rari li l-kaċċatur li hemm fil-kabinett ta' Joseph Muscat jimmira lejhom bl-uniku "senter" li jista' jġorr miegħu f'Kastilja: il-kamera hi-res li għandu mal-mobile tiegħu. Dan il-kaċċatur, Clint Camilleri - bniedem li ma jafx jissaporti laqgħa kollha tal-Kabinett mingħajr ma joqgħod jintilef f'ħolma li qed jolqot [...]

Guest Post: ir-raġuni għala jriduh jibqa’ f’postu

By
2019-01-19T18:47:02+01:00Tue, 15th Jan '19, 10:00|

Fin-Newsbook, Desmond Zammit Marmarà jintroduċi l-blog tiegħu billi jikteb li “hu partitarju Laburista u għaldaqstant huwa wieħed minn dawk li m'għandhom ebda xewqa li jaraw lil Dr Adrian Delia jsir Prim Ministru ta' Malta.” Huwa jikkonkludi billi jgħid li “huwa wieħed minn dawk li se jkompli jagħmel l-almu tiegħu biex tal-Labour jibqgħu fil-gvern u biex [...]

Kwistjoni privata?

By
2019-01-19T18:45:55+01:00Tue, 15th Jan '19, 08:57|

M'għandux raġun min igħid li l-kwistjonijiet privati ta' Adrian Delia għandhom jinżammu privati. Times of Malta xandret id-dettalji tal-ispejjeż ta' kull xahar ta' Adrian Delia ħlief għal dawk li jkun jeħtieġ jonfoq biex igħix. Adrian Delia qed igħix f'post li m'huwiex daru u għaldaqstant x'aktarx qed iħallas il-kera. Hu jrid jiekol ukoll u xi drabi [...]

Unanimità

By
2019-01-15T09:07:17+01:00Mon, 14th Jan '19, 10:17|

Meta partit politiku jikseb unanimita' fil-voti miksuba, dan x'aktarx jiġri minħabba t-tbagħbis fl-għadd tal-voti. Għalhekk fiċ-Ċina jkollhom maġġoranzi ta' madwar 90% fl-"assemblea nazzjonali tal-poplu" jew f'elezzjonijiet immexxijin minn Castro fil-Kuba. Għaldaqtant mhux korrett min iqis dawk l-10% tal-kumitati sezzjonali li Adrian Delia jikkunsidra li ma vvutawx favurih bħala xi forma ta' ribeljoni. Kif sejħilhom Adrian [...]

Go to Top