Battalja taż-żfin

By
2019-03-02T15:14:29+01:00Thu, 28th Feb '19, 11:06|

It-Times of Malta xandritha bħala "Aħbar Mhux tas-Soltu". Iżda hi tabilħaqq mhux tas-soltu? Fi tweet b'filmat li għamlet Maria Efimova, din tidher tiżfen ma' żewġ nisa oħrajn u fl-istess waqt tisfida lil Joseph Muscat: qaltlu “nisfidak tingħaqad miegħi f'battalja taż-żfin u min minna jitlef din il-battalja huwa sid Egrant”. @JosephMuscat_JM, I challenge you to a [...]

500 jum

By
2019-02-28T08:31:07+01:00Thu, 28th Feb '19, 08:31|

Stqarrija ta' #Reżistenza Wara 500 jum il-mandanti għadhom igawdu impunita’ u l-poter Ħames mitt jum mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, il-madanti ta’ dan id-delitt faħxi għadhom ma’ saqajna, igwadu impunita’ u l-poter. Qatt ma instema’ li ġurnalist inqatel għal gidba li qal. Il-ġurnalisti dejjem inqatlu b’ritaljazzjoni għall-verità li jkunu kixfu jew biex jitwaqqfu milli jistabbilixxu [...]

Skont il-Kummissjoni Ewropea sar “progress limitat” f’Malta fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

By
2019-02-28T16:24:29+01:00Wed, 27th Feb '19, 17:24|

Il-Kummissjoni Ewropea ikkritikat lill-gvern Malti talli ma ħax passi serji biex jiġġieled il-korruzzjoni. Fir-rapport tagħha dwar Malta li xxandar illum, il-Kummissjoni Ewropea lmentat li l-Pulizija għandha nuqqas ta' riżorsi umani filwaqt li l-kummissjoni permanenti dwar il-korruzzjoni m'hix kapaċi taġixxi b'mod indipendenti u effettiv minħabba nuqqasijiet fl-istruttura tagħha.  Il-Kummissjoni nnutat li kien hemm "progress limitat" f'dik [...]

Jinħarġu taħrikiet fl-Indja kontra dawk li ħolqu kumpanniji f’Malta biex jaħarbu mill-ħlas tat-taxxa

By
2019-02-27T16:06:43+01:00Tue, 26th Feb '19, 20:17|

Il-Ministeru tal-Finanzi tal-Indja bi ħsiebu jibda' jħarrek dawk iċ-ċittadini Indjani li nqabdu b'kumpanniji sigrieti li ma kienux ġew dikjarati lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Indja, liema kumpanniji kienu nkixfu bis-saħħa tal-Paradise Papers. F'Novembru tal-2017, l-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ) skopriet numru ta' kumpanniji reġistrati f'diversi pajjiżi kompriż f'Malta. Fil-ġurnal The Indian Express ġie rappurtat li saret kawża [...]

Joseph Muscat lis-Soċjalisti: “Warrbu min-nofs lill-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u affarijiet simili”

By
2019-02-26T10:23:26+01:00Mon, 25th Feb '19, 13:50|

Aqraw din l-intervista li Politico għamel lil Joseph Muscat.  Għal mument, tieħu l-impressjoni li dak li qal jifforma parti minn dibattitu tattiku dejjaq li qed isir fi ħdan is-Soċjalisti Ewropej li fih Joseph Muscat joħroġ bi strateġija inklussiva ċentrista kemmxejn imxaqilba lejn il-lemin. M'hemmx fejn titfixkel f'dak li huwa kuntest. Is-Soċjalisti fl-Ewropa jinsabu minn taħt [...]

Il-familja ta’ Salvu Ellul “tforni tonn illegali lil Spanja” — rapport

By
2019-03-02T15:16:21+01:00Mon, 25th Feb '19, 13:14|

Nota: f'verżjoni aktar bikrija ta' din l-istorja ġie rappurtat li l-MFF tagħmel parti mill-Elbros Group. Dan mhux korrett. Salvu Ellul kien diġà nfired mill-Elbros Group qabel seħħ dak li gie deskritt fir-rapport. F'rapport ieħor li xxandar fil-website ġurnalistiku nvestigattiv Spanjol El Confidencial hemm xiljiet kontra MFF Ltd, li tagħmel parti mill-grupp ta' Salvu Ellul u [...]

Għall-PN ma ġara’ xejn jekk xi ħadd jiġi arrestat illegalment għax ikun espriema fehmtu?

By
2019-02-25T12:03:11+01:00Sun, 24th Feb '19, 18:03|

Huwa verament ta' tħassib il-fatt li l-PN u l-mezzi tax-xandir tiegħu qed ikomplu jinjoraw il-kwistjoni dwar Mario Portelli. Nifhem li wieħed ikun jeħtieġ żmien biex jirrifletti sakemm joħorġu l-fatti kollha. Mhux kulħadd jaf x'fihom il-liġijiet li jipprovdu dwar l-eventwalitajiet li fihom persuna tkun tista' tintbagħat fi sptar mentali kontra r-rieda tagħha, għalkemm il-PN kellu ż-żmien [...]

Xalata fil-kappella tar-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru ta’ Malta

By
2019-02-25T12:02:29+01:00Sat, 23rd Feb '19, 14:09|

Din m'hix xena biss li fiha Joseph Muscat jidher jidderverti. Il-filmat li tellajt ftit ilu f'din website ta' grupp ta' xalaturi nġibed fil-kappella tal-Palazz tal-Girgenti, r-residenza uffiċjali tas-sajf tal-Prim Ministru li suppost tintuża għall-funzjonijiet statali uffiċjali. Michelle Muscat, li tagħti tifsira ġdida għall-kliem "soċjalista tax-xampanja", tidher ixxejjer flixkun tax-xampanja f'idha. Verament fiha x'tiggosta b'dak l-entużjażmu [...]

Il-Pulizija ma tistax taqbad u tarresta

By
2019-02-25T12:01:35+01:00Fri, 22nd Feb '19, 14:08|

Mario Portelli, xhud prinċipali f'ġuri li sentejn ilu kien illibera lil David Gatt minn akkuża dwar sehem f'kriminalità organizzata, aktar kmieni llum xandar filmat fil-paġna tal-Facebook tiegħu li fih jidher qed jiġi arrestat mill-Pulizija biex imbagħad jintbagħat f'sptar mentali. Fil-filmat, Mario Portelli jinstema' jgħid li l-pulizija marru biex jiġbruh wara li kien sar ilment minn [...]

Bħal-lum tliet snin ilu, Konrad Mizzi twarrablu l-aptit għal-laħam tal-ħaruf

By
2019-02-22T13:53:55+01:00Thu, 21st Feb '19, 09:24|

Bħal-lum tliet snin ilu Daphne Caruana Galizia xandret dan il-post. Kien biss il-bidu ta' sensiela ta' stejjer dwar Panamagate. Il-ħaruf huwa riferenza għat-trust li Konrad Mizzi ħoloq fi New Zealand taparsi biex "tieħu ħsieb il-ġid tal-familja". Ivvjaġġa lejn in-naħa l-oħra tad-dinja biex jaħbi l-fatt li huwa sid ta' dar żgħira fl-Ingilterra. Tgħid mhux hekk! L-istejjer [...]

Fejn hi l-prova?

By
2019-02-20T17:44:15+01:00Wed, 20th Feb '19, 14:12|

Jekk il-President ta' Malta ma tixtieqx li tiġi kritikata fuq dak li tlissen fid-diskorsi pubbliċi tagħha, imissha toqgħod lura milli tagħmel diskorsi bħal dawn. Biżżejjed li, lil Marie Louise Coleiro Preca, wieħed ikun irid joqgħod attent li ma jqishiex bħala aġent ieħor tal-Partit Laburista. Dak li stqarret illum dwar il-Pilatus Bank mhux biss kien messha [...]

Huma biss f’sensihom

By
2019-02-20T17:42:50+01:00Wed, 20th Feb '19, 09:39|

M'hix skuża li, biex jaljenak, Joseph Muscat juża l-istess tattiċi ta' Donald Trump. L-imġieba ta' Joseph Muscat tfakkarna fl-imġieba ta' Dom Mintoff. Araw ftit kif irreaġixxa Joseph Muscat għal dak li kkonkluda Kumitat tal-House of Commons fir-Renju Unit minkejja ċ-ċaħdiet persistenti tiegħu fis-sens li jeżistu provi li Joseph Muscat kien f'kuntatt ma' Henley & Partners u [...]

Sinjura President, int m’intix ir-Re tat-Tajlandja

By
2019-02-22T09:38:43+01:00Tue, 19th Feb '19, 17:37|

Fid-dawl tal-iskandli dwar korruzzjoni u ħasil internazzjonali ta' flus, issa qed naraw istituzzjoni oħra tieħu majnata. L-imġieba ta' Marie Louise Coleiro, wara li xxandar il-filmat tal-Oxford Union li fih instemgħet tgħid li ma kienx hemm “provi legali” dwar dak li għamel il-Pilatus Bank, jista' jservi ta' twissija lil dawk li mingħalihom se nistgħu nsibu tarf [...]

Meta l-gvern tiegħek jigdeb

By
2019-02-20T17:41:52+01:00Mon, 18th Feb '19, 17:00|

Ftit minuti biss wara li ntebaħ bir-rapport tal-Kumitat tal-House of Commons li kkonferma li kien ra b'għajnejh provi li jmeru l-verżjoni uffiċjali ta' Malta, il-gvern Malti rrepeta dak li kien stqarr u reġa' qal li l-allegazzjoni li, qabel l-elezzjoni tal-2013, tal-Labour kienu ltaqgħu ma' tal-SCL kienet waħda mingħajr bażi. M'għandniex xi ngħidu, fir-risposta tal-gvern hemm [...]

Repubblika tiltaqa’ mal-isteering committee dwar tibdil fil-Kostituzzjoni

By
2019-02-18T16:07:08+01:00Mon, 18th Feb '19, 16:05|

Delegazzjoni ta’ Repubblika mmexxijja mill-President Marion Pace Asciak iltaqgħat illum mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-isteering committee dwar ir-riforma kostituzzjonali. Kien hemm preżenti mill-isteering committee Louis Grech, Owen Bonnici u Tonio Borg. Fil-laqgħa, Repubblika stqarret li riforma kostituzzjonali teħtieġ tkun parteċipattiva u tinvolvi mill-qrib lis-soċjeta’ ċivili. Għalkemm hu rikonoxxut li deċiżjoni aħħarrija [...]

Kumitat tal-House of Commons fir-Renju Unit jagħti raġun lil rapport imxandar f’manueldelia.com dwar laqgħat bejn tal-SCL u tal-Labour qabel l-elezzjoni tal-2013. Imwarrba xilja tal-gvern li r-rapport kien biss “fake news”.

By
2019-02-18T14:54:37+01:00Mon, 18th Feb '19, 09:24|

Il-Kumitat tal-Parlament tar-Renju Unit dwar kwistjonijiet diġitali, kulturali, xandir u sport ma emmnitx ċaħdiet li kienu saru mill-gvern Malti li l-Partit Laburista ta' Malta “għal snin twal qabel l-elezzjoni tal-2013 kien innegozja mal-SCL Group”. Is-SCL Group hi l-istess organizzazzjoni li mbagħad għaddiet biex toħloq il-Cambridge Analytica li aktar tard sabet ruħħa fiċ-ċentru ta' skandlu enormi [...]

Verita’ u Ġustizzja

By
2019-02-17T14:54:34+01:00Sun, 17th Feb '19, 14:54|

https://youtu.be/5oeTji9o4Es Meta qatlu lil Daphne Caruana Galizia, ħafna kienu xxukkjati. Imma ftit kienu sorpriżi. Għal ħafna snin, u l-aktar fl-aħħar xhur ta’ ħajjitha, neżżgħuha mid-dinjita’ tagħha ta’ bniedma. Kien jonqos biss li jneżżgħuha minn ħajjitha.  Meta libsuha ta’ saħħara ma kinux qed jiċċajtaw. Is-sħaħar nafu x’jiġrilhom. Id-diskors li qed isir illum mhux fuq is-sħaħar imma [...]

Verita’ u Ġustizzja: Vicky Ann Cremona

By
2019-02-17T14:46:25+01:00Sun, 17th Feb '19, 14:46|

https://youtu.be/kLuL9XaCW58 Fit-18 ta’ Novembru, il-gażżetta it-Times ħarġet b’dan il-headline: Daphne murder mastermind suspects identified – investigators Iżda, mid-dehra tal-affarjiet, dawn is-suspects hebu, għax ħadd ma semmihom aktar, u ħadd ma qabadhom. Din gidba oħra min-naħa tal-pulizija u tal-gvern? Jew dawn il-mandanti huma tant protetti li qegħdin nippruvaw innessu l-poplu li jeżistu? Kumbinazzjoni, ftit jiem qabel, [...]

Verita’ u Ġustizzja: Joe Pace Asciak

By
2019-02-17T14:12:30+01:00Sun, 17th Feb '19, 14:12|

https://youtu.be/Tc2w07nxf94 U għalfejn l-istudenti għandhom jitgħallmu l-istorja tal-arti? Għalfejn għandhom jitgħallmu l-istorja, il-ġografija, il-letteratura, l-istorja tal-mużika u tant suġġetti inutli oħra? U wara kollox, għalfejn għandhom jitgħallmu suġġetti bħal matematika u x-xjenzi? U mbagħad xi  ngħidu għall-ekonomija? Dan mhux suġġett għal esperti finanzjarji? Din hi mentalità pragmatika u misħuta, li xxettlet u ssaħħet  matul iż-żmien, [...]

Min qatel lil Daphne?

By
2019-02-16T14:58:03+01:00Sat, 16th Feb '19, 14:58|

Stqarrija ta' #occupyjustice:   Nhar is-Sibt filgħaxija, ittri kbar forma ta’ Scrabble li bla tlaqliq jistaqsu ‘Min qatel lil Daphne?’ tpoġġew fil-pjazza quddiem Kastilja biex ifakkru is-sittax -il xahar mill-qtil tal- ġurnalistà Daphne Caruana Galizia. Dan għamluh #occupyjustice, grupp ta’ attivisti immexxi minn nisa. “Il-Prim Ministru jista’ jħares mit-tieqa tal-uffiċċju tiegħu u jgawdi l-veduta tal-mistoqsija [...]

Go to Top