Il-lejla aslu wasla sal-Belt Valletta. Għad fadlilna ħafna x’nagħmlu

By
2019-12-01T07:53:15+01:00Fri, 29th Nov '19, 15:42|

Ir-reġim ta' Joseph Muscat rabat flimkien ġgajta ta' ħallelin b'katina ta' rikatti reċiproċi. Din il-katina kienet b'saħħitha daqs il-fasces u ma kienx faċli li titkisser. Madankollu kellna t-tama li malli jidher xaqq żgħir, biż-żmien kollox kien ser jiġġarfilhom. Jidher li kellu jkun kelb mill-K9 unit li qabad qattiel mingħajr ma beża' mill- konsegwenzi. Sigriet li [...]

Sandro Ruotolo: “Qafluna fil-binja tal-gvern ta’ Malta”

By
2019-12-01T07:52:14+01:00Fri, 29th Nov '19, 10:46|

Il-ġurnalist Taljan Sandro Ruotolo li jinsab Malta bħala r-rappreżentat tal-għaqda tal-ġurnalisti tal-Italja kiteb fil-Facebook dwar l-esperjenza li għadda minnha l-bieraħ bil-lejl fuq barra u ġewwa l-bini tal-uffiċċju tal-prim ministru ta' Malta. "Malta tinsab maħsuda. Il-bieraħ bil-lejl Keith Schembri, dak li kien iċ-chief of staff tal-prim ministru, ma baqax taħt investigazzjoni kriminali. Il-lejl li għadda seħħ [...]

L-appell VGH miċħud: Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi huma persuni li huma taħt suspett f’inkjesta kriminali

By
2019-12-01T07:50:12+01:00Fri, 29th Nov '19, 08:54|

Illum l-Imħallef Edwina Grima ċaħdet appell li kien sar minn tliet ministri (minn dakinhar 'l hawn warrab wieħed minnhom) li riedu jirrevokaw digriet ta' maġistrat li kien ordna t-tnedija ta' inkjesta kriminali dwar l-imġieba tagħhom fil-bejgħ ta' tliet sptarijiet pubbliċi lil persuni mhux magħrufa. Legalment Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi issa ma jistgħux [...]

Die Welt: “il-ġrajjiet ta’ dawn l-aħħar ġranet wrew li Malta hi Stat tal-Mafja u ta’ mistħija għall-Ewropa”

By
2019-12-01T07:49:01+01:00Fri, 29th Nov '19, 07:51|

Il-ġurnal ewlieni Ġermaniż Die Welt kellu kliem iebes dwar dak li qed iseħħ f'Malta bħalissa: "Kif rajna f'dawn l-aħħar ġranet, Malta saret stat tal-mafja. Din hi kwistjoni ta' mistħija għall-Ewropa. Issa jmiss li jintervjenu l-istituzzjonijiet Ewropej li ilhom jagħlqu għajnejhom għax-xkiel f'Malta lis-saltna tad-dritt u lil-libertà tal-istampa." Tim Roehn kiteb f'Die Welt taħt it-titlu "Metodi [...]

L-editorjal ta’ The Times ta’ Londra: Joseph Muscat “għandu jżomm ruħu ‘l bogħod mill-investigazzjoni”

By
2019-12-01T07:47:58+01:00Fri, 29th Nov '19, 07:23|

L-editorjal ta' The Times ta' Londra ta' dalgħodu jittratta dwar Malta u jikkonkludi b'dawn il-kliem: "Is-Sur Muscat qed jinsisti li m'għandniex għalxiex niddubitaw l-indipendenza tal-investigazzjoni u jgħid li għandu l-fiduċja li din ser ikollha l-ħila ssib tarf tad-delitt. Jgħid ukoll li mhux ser jagħti l-immunità għal kull min kien implikat fid-delitt. Partiti fl-oppożizzjoni m'humiex jaqblu [...]

Segwu dan il-filmat tal-waħx hekk kif il-manigoldi ta’ Joseph Muscat illegalment jaqflu lill-ġurnalisti f’Kastilja

By
2019-12-01T07:46:48+01:00Fri, 29th Nov '19, 07:12|

Dan il-filmat inġibed minn Monique Agius tan-Newsbook. Din kienet waħda minn bosta ġurnalisti li tħallew jidħlu bil-bini ta' Kastilja fit-3 ta' filgħodu. Sabu ma' wiċċhom prim ministru li wieġeb biss erba' mistoqsijiet meta kellu fejn iwieġeb 4000. Biex jevitaw li jiġu wiċċ imb'wiċċ mal-ġurnalisti, il-ministri mxew 'il barra mis-Sala tal-Ambaxxaturi waqt li l-ġurnalisti inqaflu fil-kamra [...]

Ejjew nuru lid-dinja li m’aħniex bħal Joseph Muscat

By
2019-12-01T07:44:36+01:00Fri, 29th Nov '19, 03:25|

Waqt intervista ma' TVM aktar kmieni llejla James Debono qal li jeħtieġ li noqgħodu attenti li ma nserrħux iżżejjed fuq l-istqarrijiet ta' persuna li għandha ma wiċċha sentenza ta' għomorha fil-ħabs u li qed tipprova ssalva l-ġilda tagħha. Kulma jistqarr Yorgen Fenech dwar persuni kunsidrati bħala l-imħuħ wara d-delitt u li jinsabu f'pożizzjonijiet għoljin fil-gvern [...]

Go to Top