Dak li ntqal illum għandu jeżonera lil Keith Schembri?

By
2019-12-13T18:06:43+01:00Wed, 11th Dec '19, 17:08|

Hu u jixhed fil-qorti llum l-Ispettur Keith Arnaud qal li darba minnhom Melvin Theuma telgħalu u semma' lil Keith Schembri. “Din kienet l-unika okkażjoni li fiha ssemma' isem Keith Schembri,” qal l-Ispettur. U meta kien qed jixhed huwa stess, Melvin Theuma qal li "taħt ġurament ma jistax jistqarr li Keith qatt għaddieli xi flus jew [...]

Nhar il-Ġimgħa se nerġgħu ninġabru mhux biex inħassru l-festi iżda biex nuru lir-rgħiba, lill-korrotti, lill-kompliċi u lill-inkompetenti li mhux bi ħsiebna nċedulhom.

By
2019-12-13T18:07:52+01:00Wed, 11th Dec '19, 15:58|

Ma tantx fiha x'tifhem. Agħtu daqqa t'għajn lejn dan l-iscreenshot tal-kitba ta' Neville Gafà li wieġeb għal dak li kiteb Simon Busuttil fis-sens li ċ-ċerimonji formali ta' Jum ir-Repubblika se jservu ta' paraventu biex titgħatta l-kriżi kostituzzjonali li għandna fil-pajjiż bħalissa. Neville Gafà moħħu biss biex jibqa' jgawdi. Għalih ma nbidel xejn. Għadu sal-lum ġej [...]

B’seba’ għajnejn fuq Malta

By
2019-12-13T18:10:46+01:00Wed, 11th Dec '19, 10:14|

Huwa ta' sodisfazzjon li l-gvernijiet tal-Ġermanja u tal-Olanda bi ħsiebhom jibgħatu rappreżentanti biex isegwu l-inkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. X'aktarx li ser ikun hemm pajjiżi oħrajn li jagħmlu l-istess. Dan seħħ wara li NGO's internazzjonali dwar il-kelma ħielsa minn madwar id-dinja ffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq Malta u baqgħu jiffokaw fuqha wara dak [...]

Il-klikka żgħira li ħakmet lil pajjiżna

By
2019-12-11T14:32:44+01:00Wed, 11th Dec '19, 08:53|

Dak li kiteb l-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba fil-Facebook m'hu xejn ħlief sensiela ta' gideb. Il-fehma li Joseph Muscat għandu jwarrab minnufiħ m'hix xi waħda estremisti iżda hi waħda msejsa fuq il-fatt li l-uffiċju tiegħu u l-ħaddiema ta' taħtu jinsabu mplikati f'investigazzjoni dwar qtil. Id-diżubbidjenza ċivili hi l-opposta tal-anarkija. Hi żieda fl-intensità tal-protesti qed issir għad-difiża [...]

Ir-Repubblika hi tan-nies

By
2019-12-11T14:32:06+01:00Wed, 11th Dec '19, 08:39|

Il-fatt li qed niġu attakkati kontinwament talli qed nażżardaw li nipprotestaw, aħna u nsejħu għar-riżenja tal-prim ministru u biex issir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia, jindika li dan ir-reġim paranojku m'hu xejn ħlief wieħed anti-demokratiku u ntolleranti. F'dan l-istadju, ftit huma dawk li huma lesti jistqarru li dak li qed nitolbu m'huwiex ġustifikat. Aħna pprotestajna [...]

Go to Top